Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #28940 Sitting 457 2016-11-30 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — trinek jew house connections

Question

Billi f'San Pawl il-Baħar hemm iktar minn elf trinka jew house connection tal-WSC li kollha ikussru l-lokalità, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn jiġu rranġati sew?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sabiex l-Onorevoli Interpellant jelenka dettalji partikolari li jista’ jkun li għandu, bil-għan li jiġu evalwati.

Persuni li jirċievu l-għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-preżent jirċievu l-għajnuna soċjali u kemm kien in-numru fl-istess żmien, sena ilu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li jirċievu l-Għajnuna Soċjali fil-preżent huwa ta’ 9,670 filwaqt li sena ilu in-numru ta’ benefiċċjarju tal-Għajnuna Soċjali kien jammonta għal 11,260 kif muri fit-tabella t’hawn taħt: Tip ta’ Għajnuna Soċjali Benefiċjarji Benefiċjarji Ottubru 2015 Ottubru 2016 SA 5,481 5,258 SUP 3,172 2,897 UA 2,607 1,515 Total 11,260 9,670

Ċentri LEAP

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm infetħu s’issa Ċentri LEAP ma’ Malta u Għawdex u jekk hemmx il-ħsieb li jinfetħu aktar ċentri ta’ din ix-xorta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sal-lum għandna 10 Ċentri LEAP f’Malta u 1 f’Għawdex, fil-lokalitajiet imsemmija hawn taħt: · Għargħur · Qawra · Qormi · Kirkop · Żurrieq · Marsaskala · Birgu · Santa Luċija · Valletta · Msida · Xewkija Għawdex Fil-futur qrib, sal-aħħar ta’ din is-sena, ser ikun qiegħed jinfetaħ ċentru LEAP ieħor ġewwa l-Mosta. Huwa ippjanat li sal-aħħar ta’ din il-leġislatura jinfetħu 5 Ċentri LEAP oħra.

Ċentri LEAP — servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’servizzi qed jingħataw miċ-Ċentri LEAP u jekk minn dawn iċ-Ċentri hux jingħata s-servizz tal-Outreach?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nnforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fiċ-Ċentri LEAP mferrxin madwar Malta u Għawdex, hemm professjonisti li qegħdin jagħtu servizz ta’ ‘outreach’ f’lokalitajiet diversi fejn huma assenjati, sabiex jaħdmu mill-qrib ma’ persuni vulnerabli. Dan qiegħed iwassal sabiex hafna mill-klijenti tal-programm LEAP jiġu ‘mentored’ minn dawn l-impjegati, u wkoll mgħejuna jsibu xogħol, f’ħafna mill-każijiet, bil-għan li ngħinu lil dawn il-persuni jimxu ‘l quddiem u sabiex eventwalment itejbu ‘l qagħda finanzjarja tagħhom.

Family Resource Centres

Question

Jista’ l-Ministru jgħidilna minn fejn se jibdew joperaw il-Family Resource Centres, u jekk din il-ħidma hix se tkun mogħtija wkoll miċ-Ċentri LEAP?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sa issa għandna ħames Ċentri li ser ikunu qegħdin jaqdu l-funzjoni ta’ Family Resource Centre. Dawn jinkludu; L-Imsida, l-Għargħur, Santa Luċija, Marsaskala u ¿-¯urrieq. Għandna pjanat li jinfetħu aktar Family Resource Centres madwar Malta u Għawdex fi¿-¿mien li ġej.

Family Resource Centres — professjonisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ professjonisti se jkun hemm fil-Family Resource Centres biex jgħinu lil kull min iżur dawn iċ-ċentri?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, ġewwa l-Family Resource Centers, ser ikun hemm timijiet mutidixxiplinarji magħmulin minn 8 sa 10 professjonijisti fil-kariga tagħhom bħala ħaddiema soċjali, councilors, family therapists, child therapists, pyschologists, u pyschotherapists Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, dawn il-professjonisti ser ikunu qegħdin jaħdmu mal-familji sabiex dawn jiġu mogħtija l-għajnuna meħtieġa kemm fejn Child Protection kif ukoll sostenn mill-Aġenzija Appoġġ fuq kif irabbu lil uliedhom. Ser inkunu qegħdin naraw ukoll li dawn il-familji jingħataw l-għajnuna neċessarja bil-għan li l-minuri jibqghu jirrisjedu mal-familjari tagħhom fl-ambjent li jkunu trabbew fih. L-għan ta’ dan it-tim multidixxiplinarju ser ikun li l-familji tagħna jkunu esposti għas-servizzi meħtieġa fuq plajn ħolistiku.

Inter country adoptions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ftehim sar ma’ pajjiżi barranin fl-aħħar sentejn għall-Inter-Country Adoptions? Jista’ jgħid jekk hemmx pjanijiet biex isiru aktar Memorandum of Understanding ma’ pajjiżi oħrajn?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fl-aħħar sentejn ġew iffirmati, ftehim mal-Islovakkja ffirmat nhar it-23 ta’ Jannar 2014, ftehim mal-Vjetnam iffirmat fis-27 ta’ Ġunju 2015, u ftehim mal-Kambodja iffirmat fl-10 ta’ Ġunju 2016. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, sabiex żewġ pajjiżi jikkoperaw flimkien, fil-qasam tal-addozzjoni, fuq livell internazzjonali, mhux neċessarjament li jkun hemm Memorandum of Understanding . Filfatt, fost l-oħrajn, qegħdin naħdmu mal-Gvern Indjan u Portugiż minkejja li ma għandniex ftehim ma’ dawn il-pajjiżi.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – relazzjonijiet diplomatiċi mal-Bożnja-Ħerzegovina

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li saret mill-Ministeru tiegħu biex jissaħħu r-relazzjonijiet diplomatiċi mal-Bożnja- Ħerzegovina?

Response (VELLA, GEORGE)

Il-ħidma li saret mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin biex jissaħħu r-relazzjonijiet diplomatiċi mal-Bożnija-Ħerzegovina huma: · Preżentazzjoni tal-kredenzjali tal-ewwel Ambaxxatur Malti għall-Bożnija-Ħerzegovina, l-E.T. Saviour Borg; · Żjara uffiċċjali f’Malta tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-E.T. Igor Crnadak f’Lulju li għadda; · Propost Memorandum ta’ Ftehim fuq il-bdil bilaterali u t-taħriġ tad-diplomatiċi; · Żjara f’Malta tas-Segretarju tal-Istat u Direttur tad-Direttorat għall-Integrazzjoni Ewropea u n-Negozjatur Ewlieni, l- E.T. Erin Dilberović f’Ottubru; · Uffiċċjal mill-Bożnija-Ħerzegovina qed jagħmel programm ta’ Masters mogħti mill- International Maritime Law Institute (l- IMLI ); · Uffiċċjal ieħor se jieħu sehem f’kors fil- Mediterranean Academy for Diplomatic Studies (il- MEDAC ); · Qed ikun ikkunsidrat Ftehim ta’ Ħelsien mit-Taxxa Doppja bejn iż-żewġ pajjiżi; · Possibilta’ li sal-aħħar tas-sena jżur Malta iċ- Chairman tal-Kunsill tal-Ministri, l-E.T. Denis Zvizdić · Jien se nżur il-Bożnija-Ħerzegovina fil-bidu tas-sena d-dieħla biex niltaqa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport iktar iddettaljat ta’ din il-ħidma.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Family-friendly measures

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed igawdu minn family-friendly measures?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 69 impjegat li qed jibbenefika minn family friendly measures fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – impjegati nisa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati nisa fi gradi 1 – 4 fid-dekasteru tiegħu?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin hemm 11-il mara fil-gradi 1-4, kif spjegat hawn taħt: 2 1 Grad 3 4 4 6

Ministeru għall-Affarijiet Barranin- impjegati li qed jagħmlu korsijiet fl-Università

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu korsijiet fl-Università ta’ Malta jew universitajiet barranin? Liema huma l-korsijiet li qed jagħmlu dawn l-impjegati? X’inhu l-grad ta’ dawn l-impjegati? Qed tingħata xi forma ta’ għajnuna lil dawn l-impjegati?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Minsiteru għall-Affarijiet Barranin hemm sitt impjegati li qed jagħmlu korsijiet fl-Universita' ta' Malta jew Universitajiet Barranin. Id-dettalji mitluba jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Memorandum of understanding pendenti ma’ pajjiżi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm Memorandum of Understanding pendenti ma’ pajjiżi Ewropej?

Response (VELLA, GEORGE)

Hemm sitt Memoranda of Understanding pendenti ma' pajjiżi Ewropej.

Memorandum of Understanding pendenti ma’ pajjiżi Asjatiċi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm Memorandum of Understanding pendenti ma’ pajjiżi Asjatiċi?

Response (VELLA, GEORGE)

Hemm ħames Memoranda of Understanding pendenti ma' pajjiżi Asjatiċi.

Il-Belt Valletta – Triq San Kristofru — bankini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iqisx li l-bankini fi Triq San Kristofru, il-Belt Valletta huma xierqa għar-residenti, b’mod partikolari għall-anzjani?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-Triq hija responsabilta’ tal-Kunsill Lokali. Pero’, l-Valletta Servicing Directorate, Unit ġdid li tifforma parti mill-Grand Harbour Regeneration Corporation, taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastuttura, qiegħda tevalwa x’tista tagħmel biex tirranġa xi bankini fiż-żmien li ġej.

Il-Belt Valletta – Triq l-Ar·isqof — bankini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iqisx li l-bankini fi Triq l-Arċisqof, il-Belt Valletta huma xierqa għar-residenti, b’mod partikolari għall-anzjani?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-Triq hija responsabilta’ tal-Kunsill Lokali. Pero’, l-Valletta Servicing Directorate, Unit ġdid li tifforma parti mill-Grand Harbour Regeneration Corporation, taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastuttura, qiegħda tevalwa x’tista tagħmel biex tirranġa xi bankini fiż-żmien li ġej.

Il-Belt Valletta – Triq l-Arċisqof — żona pedonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk meta għażel li jagħmel parti minn Triq l-Arċisqof żona pedonali, il-Gvern ħax in konsiderazzjoni l-impatt ambjentali li qed iħalli l-ammont akbar ta’ traġitt għall-vetturi li issa biex ikomplu l-aċċess għall-parti l-oħra tat-triq iridu jgħaddu ’l isfel minn Triq Merkanti, lejn Triq San Kristofru u lura ’l fuq minn Triq ir-Repubblika?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta t-Taqsima tal-Immaniġġjar tat-Traffiku fi ħdan l-Transport Malta tagħmel xi intervent u tibdiliet, tkun għamlet ukoll l-istudju neċessarju biex tinstab l-aħjar soluzzjoni fiċ-ċirkustanzi.

Il-Belt Valletta — Parkeġġi riżervati għal persuni li jaħdmu f’Ministeri jew dipartimenti tal-Gvern

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26450, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parkeġġi riżervati għall-persuni li jaħdmu f’Ministeri jew dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern fil-Belt Valletta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li sar l-eżerċizzju msemmi, il-Ministeri ġew allokati ħames postijiet riservati li jinkludu l-vettura tal-Ministru. Fejn hemm Segretarji Parlamentari, dawn ġew allokati erba’ parkeġġi lis-Segretarjat tagħhom.

Valletta Rehabilitation Committee

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk li jiffurmaw il-Valleta Rehabilitation Committee u jgħid x’inhuma r-remunerazzjoni/benefiċċji ta’ kull persuna appuntata?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Valletta and Floriana Rehabilitation Committee huwa kompost kif ġej: Chairman: Mr Kenneth Zammit Tabona Segretarju: Joseph Bonello Membri: Perit Reuben Abela Perit Norbert Gatt Perit Adrian Falzon Perit Samuel Formosa Mr. Dennis Dowling Mr. Charles Farrugia Mr. Norbert Grech Dr. Michela Spiteri Dr. Alexei Dingli Mr. Davina Sammut Hili Ninfurmah ukoll li c-Chairman biss għandu rinumerazzjoni ta’ €3,494 kull sena.
Leg 12 PQ #28309 Sitting 456 2016-11-29 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Dħul mill-VAT fis-Settur tar-retail

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26109 u jgħid kemm daħħal VAT il-Gvern minn bejgħ fis-settur tar-retail bejn l-2010 u l-2016 sal-lum, u jagħti l-informazzjoni sena b’sena, maqsuma skont il-lokalità?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #28442 Sitting 456 2016-11-29 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bajja ta’ Birżebbuġa – sports tas-sailing affettwat mill-LNG tanker

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jkun affetwat l-isports tas-sailing li jiġi pprattikat fil-Bajja ta' Birżebbuġa minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk speċjalment meta jkun qiegħed isir ir-refuelling tal-istess tanker?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.