Kunsill tan-Nurses u l-Midwives – elezzjoni – tbagħbis fil-voti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilha għaddeja l-inkjesta fuq l-allegat tbagħbis fil-voti tal-elezzjoni tal-Kunsill tan-Nurses u l-Midwives? Meta huwa l-ħsieb li din l-inkjesta tiġi konkluża?
Jista’ l-Ministru jgħid meta twaqqfet l-Aġenzija Appoġġ? Jista’ jgħid kemm kellha impjegati din l-Aġenzija fl-ewwel sena tagħha u kemm għandha impjegati din l-Aġenzija llum? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa ta’ din l-Aġenzija fl-ewwel sena tagħha u kemm kienet in-nefqa fl-aħħar sena finanzjarja tagħha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Aġenzija Appoġġ twaqqfet fl-1994 bl-isem ta’ Social Work Development Programme (SWDP). Lura f’dan iż-żmien, l-Aġenzija, jew aħjar il-programm kien jimpjega 16-il persuna. Fil-bidu tiegħu, dan il-programm kien responsabbli biss mis-Servizz għall-Ħarsien Tat-Tfal, mis-Servizz tal-Vjolenza Domestika u mis-Servizz fil-Kommnita’ ġewwa l-Kottonera.
Kif jirriżulta mill-Estimi approvati mill-Parlamenti, in-nefqa għal SWDP għas-sena 1994 kienet kif ġej: (source Estimi għas-sena 1996 – Actual Expenditure 1994) għan-nefqa
· Line Item 4216: Child Protection Service Lm 1,001
· Line Item 4217: Adoption and Fostering Serivce Lm 5,999
· Line Item 4218: Community Development Lm 10,000
Fil-preżent, l-Aġenzija Appoġġ timpjega 309 ħaddiem b’baġit li għas-sena finanzjarja li ser tgħalaq f’Diċembru 2016, din is-sena kien ta’ € 5,400,000.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ servizzi toffri l-Aġenzija Appoġġ? Jista’ jgħid kemm każijiet ħadet ħsieb din l-aġenzija fl-ewwel sena mit-twaqqif tagħha u x’tip ta’ każijiet kienu? Jista’ jgħid kemm ħadet ħsieb każijiet din l-aġenzija fl-aħħar sena u x’tip ta’ każijiet kienu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu jinsab fit-tabella li tinsab aktar ‘l isfel.
Aġenzija Appoġġ (Social Welfare Development Programme)
Kazijiet – 1994
1994
Servizz ta’ Protezzjoni tat- Tfal
(
Child Protection Service
)
65
Vjolenza Domestika
(
Domestic Violence Service
)
41
Servizzi fil- Komunita’ –Kottonera
(
Cottonera Community Service
)
24
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, għal fini ta’ statistika, matul l-2010 kienu jiġu kkalkulati biss dawk il-każijiet li jkunu ġew trattati u ma jinkludux il-każijiet l-oħra li ma kienux trattati mill-ħaddiema tal-Aġenzija.
Każijiet
trattati mill-Aġenzija Appoġġ – 2015
2015
Servizz ta’ Protezzjoni tat- Tfal (
Child Protection Service
)
1607
Intake & Family Support Service
*
-
Vjolenza Domestika (
Domestic Violence Service
)
689
Xelter Għabex
55
Servizz ta’ mmanigjar ta’ inġieba abbusiva
84
High Support Service
43
Residenza St. Venera
16
Ħidma Soċjali fl-Isptar Mater Dei
2475
Servizz Benniena
286
Ħidma Soċjali fl-Isptar Boffa
269
Ħidma Socjali fic-Ċentru ta Saħħa Qormi
136
Ħidma Socjali fir-Residenza
St Vincent de Paule
265
Ħidma Soċjali fil- Komunità
St Vincent de Paule
344
Servizzi fil-Komunita’- Kotttonera
262
Istitut Paolo Freire
82
Servizzi fil-Komunita’-Birkirkara
150
Servizzi fil-Komunita’- Msida
71
Servizzi fil-Komunita’ - Qawra
223
Servizzi fil-Komunita’- Valletta
163
Embark for Life (E4L)
203
Looked After Children Service
434
Servizzi mal-Qrati
113
Żjarat ta’ Aċċess taħt Superviżżjoni(
Supervised Access Visits
)
320
Youth in Focus Services
282
* L-informazzjoni għadha mhix disponibbli minħabba diffikutà tekninka fil-qalba għall-Case Management System il-ġdida.
Servizzi oħra tal-Aġenzija Appoġġ - 2015
Servizz
Informazzjoni oħra ta’ Servizzi 2015
Out of Home Care Programme
7 kuntatti , 26carer SHBC* families, 35 tfal u 26 familja jirċievu SHBC f’Dicembru
Servizz ta’
Fostering
216 tfal u 216
foster carers
Servizz ta Addozzjoni
Pre-adoption:
103 kaz ġdidu 361 kazijiet ma
Post-adoption:
28 digrieti godda , 260 tfal u 200 familja
PUD Tere
ż
a
Donazzjonijiet:
60 donazzjoni utilizzati 25
Talbiet :
33 talba u 11 indirizzat
Hotline
223 rapport
Helpline
223 rapport
Support Line 179
Total ta’ 13,541 telefonata li minhom 10,262 kienu ġenwieni.
Programm Ulied Darna
Medja ta’ 2 allokazjoni jiet ġodda u 0 kazijiet maghrufa fi xahar u 21 kaz iehor fuq il-waiting list sa aħħar ta Diċembru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-per capita expenditure fis-Saħħa kull sena fis-snin 2014, 2015 u l-2016? Kemm hi stmata li se tkun din l-ispiża fis-sena 2017?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi waqt li n-nefqa tal-Gvern ras għal ras fil-qasam tas-saħħa fis-sena 2012 kienet ta’ €787, għas-sena 2017 ser tkun ta’ €1,210.
L-Isptar Mater Dei, l-Isptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – spiża ta’ mediċini wżati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali ta’ mediċini wżati f’kull wieħed minn dawn l-isptarijiet b’mod separat u għal kull sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u s-sena 2016 sal-lum:
a. Mater Dei;
b. Sptar Karen Grech;
c. l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja tal-ispiża ta’ mediċini wżati fl-isptarijiet imsemmija bejn l-2013 u l-2015 kienet ta’ Euro25,122,607.
Interventi fuq pazjenti li għandhom mard tal-qalb — waiting time u l-waiting list
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-waiting time u l-waiting list għall-interventi fuq pazjenti li għandhom mard tal-qalb:
a.
Angiogram
b.
Angioplasty
c.
By-pass surgery
d.
Cardiac Transplants
?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-waiting time għal proċeduri tal-Angiogram u Angioplasty huwa massimu ta’ 10 t’ijiem filwaqt li l-waiting time għal bypass surgery huwa bejn gimgħa u xahar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn sodod fl-isptarijiet ta’ Malta u Għawdex għal kull 100,000 abitant li għandna fil-pajjiż? Kemm minn dawn is-sodod jinsabu fl-Isptar Mater Dei, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u fl-Isptar Karen Grech?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2015 kien hemm 487.5 sodod fl-isptarijiet għal kull 100,000 abitant li għandna fil-pajjiż.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28524 peress li tliet responsabilitajiet ewlenin tad-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) skont l-Att li jistabilixxi l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 510) huma (i) isegwi l-prattiċi ta’ negozju relatati mal-provvista ta’ oġġetti u servizzi lill-konsumatur, u li jieħu miżuri għat-trażżin u l-prevenzjoni ta’ kull prattika li tista’ tkun ta’ detriment lill-konsumatur; (ii) jirrevedi s-swieq u l-attivitajiet kummerċjali li għandhom x’jaqsmu mal-provvista ta’ oġġetti u servizzi u li jiġbor informazzjoni u provi sabiex ikun jista’ jaċċerta jekk dawk is-swieq u attivitajiet jistgħux jaffetwaw b’mod ħażin l-interessi tal-konsumatur u (iii) jistudja s-swieq u jirrakkomanda azzjoni ta’ rimedju fejn meħtieġ; tista’ l-Ministru tispjega, għal kull waħda mir-responsabilitajiet imsemmija fil-liġi, għaliex id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) ddeċieda li dawn ir-responsabilitajiet ma japplikawx u ddeċieda li ma jeżaminax jekk il-ġenituri humiex affetwati b’mod ħażin?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li d-disposizzjonijiet li jirreferi għalihom fil-mistoqsija parlamentari tiegħu, japplikaw strettament kemm-il darba ikun hemm ksur tad-disposizzjoninjiet tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur fir-rigward tal-protezzjoni tal-interessi u tad-drittijiet tal-konsumaturi, u dan sabiex kull azzjoni regolatorja li tista tittieħed skont il-liġi tkun rigorożament skont il-parametri stabbiliti fl-istess liġi u mhux oltre.
Ta’ min jirrimarka li l-kwistjoni msemmija fil-mistoqsija tal-Onor Interpellant, tirreferi għal żieda fit-tariffi tas-servizz u t-tariffi fis-suq li huwa liberalizzat. Għaldaqstant ma jistgħux jiġu soġġettati għal xi forma ta’ kontroll, peress li tali kontroll mhuwiex ammissibbli.
Federation of Estate Agents kontra Direttur Ġenerali
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28525, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni bagħat lill-Kummissjoni Ewropea?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li peress li l-email hija deskrizzjoni tas-sentenza li hija pubblika qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din l-email.
L-Uffiċċju ngassa dik il-parti tal-
email
li hu jqis li hija informazzjoni interna ai termini tal-artikolu 28 tal-Kap 510.
Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – investigazzjoni dwar xandir ta’ sports
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28527 tista’ l-Ministru tgħid meta fl-2011 l-Uffiċċju kkonkluda li mill-analiżi li għamel, ma kienx hemm ksur tal-Att għall-Kompetizzjoni? Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-analiżi li għamel l-Uffiċċju?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata illi mir-riċerka li saret fil-fajls, l-aħħar analizi li sab l-Uffiċċju relatata mal-kaz hija datata Awissu 2011.
Skont artikolu 19(2) tal-Att dwar il-Kompetizzjoni, id-Direttur Ġenerali huwa legalment marbut li jippubblika d-deċizjonijiet jew Ordnijiet li jkunu ttieħdu skont dan l-Att.
Illi l-Uffiċċju jista’ wkoll jippubblika deċizjonijiet taħt l-artikolu 19 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni qabel ma ġew introdotti l-emendi fl-2011.
Peress li l-analizi mitluba ma taqax taħt id-definizzjoni ta’ deċizjoni hekk kif hawn fuq spjegat u titqies biss analizi interna l-Uffiċċju ma jistax jagħmel aċċessibli dan id-dokument ai termini tal-artikolu 28 tal-Kap 510 tal-liġijiet ta’ Malta.
Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – investigazzjoni dwar xandir ta’ sports
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28527 rigward ix-xandir tal-isports, partikolarment tal-football, tista’ l-Ministru tgħid meta l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ddeċieda li l-każ ma baqax iktar relevanti? Tista’ tgħid x’kriterji uża l-Uffiċċju biex iddeċieda li l-kwistjoni m’għadhiex aktar rilevanti?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li fid-dawl tal-poteri mogħtija mill-artikolu 15 tal-Kap 510 tal-liġijiet ta' Malta, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni jista’ jalloka gradi differenti ta’ prijorità għall-każijiet miġjuba jew pendenti quddiemu u meta jagħmel hekk għandu jikkonsidra, fost fatturi oħra, jekk il-prattiċi allegati għadhomx għaddejjin jew jekk l-effetti ta’ ħsara għadhomx jippersistu.
Fl-aħħar tas-sena 2011 operatur kien ħabbar li kien akkwista d-drittijiet li jxandar l-logħbiet tal-futbol li qabel kien ixandarhom operatur ieħor. Peress li l-prattiċi li kienu allegati fis-sena 2010 ma baqgħux għaddejjin skont artikolu 15(1)(e) u minħabba l-fatt li dawn l-aħħar sentejn l-Uffiċċju kellu numru ta' investigazzjonjiet, li skont artikoli 15(1)(a) u 15(1)(ċ) tal-Kap 510 kienu jimmeritaw iktar attenzjoni l-Uffiċċju ddeċieda li għandu jiffoka r-riżorsi tiegħu fuq dawn l-investigazzjonjiet. Filfatt taht dawn l-artikoli l-Uffiċċju ħa in konsiderazzjoni l-livell ta’ ħsara lill-konsumatur li rriżulta mill-allegat jew suspettat ksur tal-liġi u n-natura u l-gravità tal-allegat jew suspettat ksur tal-liġi. Inoltre mir-riċerka li għamel fil-fajls, l-aħħar analiżi li sab l-Uffiċċju relatata mal-każ in kwistjoni hija datata Awwissu 2011.
Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – investigazzjoni dwar xandir ta’ sports
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28527 rigward ix-xandir tal-isports, partikolarment tal-football, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-partijiet investigati ġewx infurmati bil-konklużjonijiet tal-Uffiċċju? Jekk iva, meta sar dan? Jekk ma ġewx infurmati għaliex dan ma sarx?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li kif ġie spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija 28527, l-Uffiċċju qatt ma ħareġ deċiżjoni finali. Għaldaqstant il-partijiet ma ġewx infurmati.
Dan ifisser li peress li m'hemmx deċiżjoni finali, l-Uffiċċju m'għandux x'jikkomunika lill-partijiet ikkonċernati.
Tista’ l-Ministru tgħid għal kemm-il laqgħa tal-European Competition Network l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni attenda minn Marzu 2013 ‘l hawn, sena b’sena? Kemm kien hemm laqgħat fejn l-ebda rappreżentant mill-Uffiċċju ma attenda?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-attendenza ghal-laqghat tal-European Competition Network kienet kif gej:
Sena
Laqghat
Attenda
Ma attendiex
2013
28
19
9
2014
29
16
13
2015
29
21
8
2016
28
20
8
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27616, jista' l-Ministru jispjega lil min ingħatat id-direct order ta' €624,000 għal due diligence lill-kuntrattur hemm imsemmi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi s-servizz ta' Due Diligence jsir minn numru ta’ kumpaniji internazzjonali speċjalizzati f’dan ix-xogħol investigattiv madwar id-dinja. L-ammont imsemmi hu maqsum bejn dawn il-kumpaniji. Informat li anke fid-dawl ta’ prassi kostanti matul is-snin f’dan il-qasam, biex ix-xogħol ta’ Due Diligence u investigazzjoni jsir b’mod serju u ta' valur, u għal raġuni ta’ sigurtà m'huwiex indikat li l-ismijiet ta’ dawn il-kumpaniji jiġu ppublikati.
Min-naħa ta’ Identity Malta hija l-ewwel darba li qed jintuża dan it-tip ta’ servizz però entitajiet oħra bħal MFSA li wkoll ikollhom bżonn servizzi ta’
Due Dilligence
dejjem iżommu l-ismijiet tal-kumpaniji sigrieta minħabba s-sensittività t’informazzjoni li jipprovdu fuq persuni kkonċernati.
Jista’ l-Ministru tal-Ġustizzja jara għalfejn l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ilha pendenti minn Awwissu 2014, skont kif ġiet riferuta lili?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza jeziġu pproċessar rigoruz illi jsir primarjament mill-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta. Għaldaqstant l-applikant jista’ jagħmel kuntatt mal-Unit taċ-Ċittadinanza billi jibgħat e-mail fuq citizenship@gov.mt jew billi jċempel fuq 25904168/69 u jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu lill-uffiċjali responsabbli.
Ċimiteru ta' Burmarrad — twaħħil ta' bozza quddiem il-bieb prinċipali
Question
Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fiċ-Ċimiterju ta' Burmarrad titwaħħal bozza quddiem il-bieb prinċipali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-installazjoni ta’ bozoz ġodda f’toroq u postijiet pubbliċi oħrajn mhijiex responsabilta’ tal-Enemalta plc peress li xi snin ilu dawn is-servizzi għaddew f’idejn il-Kunsilli Lokali u għadd ta’ entitajiet governattivi oħrajn. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Xogħlijiet fit-toroq — tneħħija ta' sinjali mal-art
Question
Billi meta jsiru xogħlijiet fit-toroq tagħna mhux darba jew tnejn ikun hemm każijiet fejn is-sinjali mal-art jitneħħew minħabba l-istess xogħlijiet, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif imbagħad jiġi assigurat li l-istess sinjali jerġgħu jinżebgħu kif suppost?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kundizzjonijiet tar-reinstatement jinkludu li kull tip ta’ żebgħa u markings eżistenti qabel jibda x-xogħol irridu jsiru mill-ġdid wara li jitlestew ix-xogħlijiet. Għaldaqstant, kwalunkwe ċertifikazzjoni tinkludi tali żebgħa u markings.
Transport Malta — każijiet kontra persuni li għamlu xogħol mingħajr permess
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet, matul l-aħħar sitt xhur fejn ittieħdu passi kontra persuni li għamlu xogħol fit-toroq mingħajr ma kellhom il-permessi neċessarji minn Transport Malta? Fejn kienu dawn ix-xogħlijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dawn l-aħħar sitt xhur, ma rriżultax li l-uffiċċjali ta’ Transport Malta ltaqgħu ma’ xi xogħol li kien illegali matul l-ispezzjonijiet regolari li saru. Isiru diversi rapporti mill-pubbliku fuq irregolaritajiet fejn jiġu mgħoddija fis-sezzjoni tal-infurzar biex kull każ jiġi investigat u tittieħed azzjoni fejn meħtieġ.
Transport Malta — spezzjonijiet fuq xogħol li sar mill-kumpanija GO
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru spezzjonijiet fuq xogħol li sar mill-kumpanija GO matul l-aħħar sitt xhur u li kellu l-permessi neċessarji ta' Transport Malta? X'irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet? X'passi ttieħdu minn Transport Malta minħabba dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar sitt xhur saru 57 spezzjoni fuq ammont ta’ permessi li jikkonsistu f’xogħlijiet maġġuri u dawk ta’ emerġenza mill-kumpanija GO.
Dawn l-ispezzjonijiet saru f’diversi fażijiet tax-xogħol, kemm matul l-eżekuzzjoni tax-xogħol, kemm meta ġie komplut u kemm waqt il-verifikazzjoni tax-xogħol.
Transport Malta ħadet il-passi kollha biex issegwi x-xogħol matul l-istadji kollha u tassigura li tali xogħlijiet isegwu l-kundizzjonijiet tal-permess kif ukoll li x-xogħol jitlesta skont is-sengħa u l-arti.