Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – San Pawl il-Baħar — drenaġġ
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar xi preparazzjoni qed tagħmel il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tassigura li s-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar tkun tiflaħ għaż-żieda kbira fin-numru ta’ residenzi u negozji? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji li saru s’issa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-qisien tal-mains tad-drenaġġ ta’ San Pawl il-Baħar huma kbar bi¿¿ejjed biex ilaħħqu mal-i¿vilupp li hemm.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28815, jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir it-tisbiħ tal-pjazza quddiem il-Knisja ta’ Wied il-Għajn u fejn se ssir il-pixxina l-ġdida?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Fondazzjoni għall-Iżvilupp ta’ Żoni Turistiċi qed tikkoordina x-xogħol neċessarju fejn jidħol disinn tal-pjazza quddiem il-Knisja, konsultazzjonijiet, kif ukoll diskussjonijiet mal-Awtoritajiet ikkonċernati. Huwa maħsub li l-applikazzjoni tiddaħħal il-Planning Authority fil-ġimgħat li ġejjin. Huwa pjanat li dan it-tisbiħ isir fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla sabiex jitlesta’ u jkun jista’ jitgawda fis-sajf 2017.
Rigward id-domanda fuq il-pixxina, l-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jindika kemm hija l-ispiża għal kull kors mogħti mill-Università ta’ Malta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li rendikont tal-ispejjeż tal-korsijiet offruti mill-Università ta’ Malta għas-sena akkademika 2013/14 hu kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-figuri jirrappreżentaw l-ispiża għas-sena akkademika 2013/14 u mhux l-ispiża tal-kors kollu, li jista’ jieħu iktar minn sena sa massimu ta’ ħames snin.
Attachments:PQ 28958 - L-Universita' ta' Malta - korsijiet - spejjeż.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew diagnosed każijiet ġodda tal-HIV fl-2015 u fl-2016 sakemm inżammu records? Bħalissa kemm hemm każijiet ta’ persuni f’Malta li qegħdin jieħdu kura għall-HIV? Jista’ jgħid in-nazzjonalità ta’ dawk li bħalissa qed jieħdu l-kura u l-gender state ta’ kull persuna? Jista’ jgħid jekk huwiex magħruf jekk u kemm hawn nies f’Malta jew f’Għawdex li huma reġistrati li huma HIV positive u ma jieħdux kura? Kemm hawn nies li attwalment għandhom full blown l-AIDS?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2015 kien hemm 61 każ ġdid tal-HIV filwaqt li minn Jannar sa l-aħħar t’ Ottubru tal-2016, ġew irrappurtati 58 każ ġdid tal-HIV. B’kollox ġewwa Malta u Għawdex hawn madwar 400 persuna rreġistrata li hija HIV positive. Fl-aħħar 5 snin, sal-aħħar t’Ottubru ta’ din is-sena kien hawn 15 il-każ ta’ AIDS.
Riforma fil-Livell Sekondarju – spiża tal-attivitajiet u inizjattivi li ttieħdu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew l-attivitajiet organizzati s’issa u l-inizjattivi li ttieħdu s’issa b'relazzjoni mal-introduzzjoni tar-riforma fil-livell sekondarju li tħabbret fit-23 ta' Novembru li għadda?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tnedija ta’ ‘Il-Vjaġġ Tiegħi: Nasal minn Toroq Differenti’, li hija dwar it-tiġdid fis-sistema skolastika sekondarja f’pajjiżna, li saret fit-23 ta’ Novembru 2016 ittellgħet f’wieħed mill-hangars ta’ Lufthansa Technik. Infurmat li għal din l-attività li għaliha attendew madwar 200 persuna, il-Ministeru, wara li ġabar il-Kwotazzjonijiet neċessarji, xtara s-servizz ta’ events manager (€220) li kellu wkoll l-inkarigu li jieħu ħsieb il-loġistika kollha tal-attività, ta’ compere (€250), u għall-catering (€474). Intrama wkoll set up ta’ palk (€1,750), screen frames, sar il-carpeting, podju, backdrops u stallazzjonijiet oħra (€5,450), u nkrew u ntramaw sistemi tal-awdjo u dwal (€3,320).
Il-Ministeru fassal ukoll sensiela ta’ laqgħat li ser isiru mal-professjonisti fl-iskejjel u mal-ġenituri. Għal dawn l-attivitajiet tfasslu wkoll websajt partikolari, dokument konsultattiv, dokument ieħor informattiv u videografija, ilkoll b’verżjonijiet kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż (total ta’ €6,814).
Suġġetti relatati mal-edukazzjoni vokazzjonali — għalliema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi se jittieħdu biex fis-snin li ġejjin jiġu mħarrġa l-għalliema li eventwalment se jkunu qegħdin jgħallmu s-suġġetti relatati mal-edukazzjoni vokazzjonali u applikata fil-livell sekondarju in vista anki tar-riforma li se tkun għaddejja fil-livell sekondarju? Jista’ jgħid x'korsijiet se jkunu offruti bi preparazzjoni għal dawn l-għalliema u liema entità se tkun qiegħda tipprepara u toffri dawn il-korsijiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol waqqaf Working Group li qed jiffoka u jaħdem fuq il-kwistjoni tat-taħriġ għall-għalliema fit-tagħlim ta' suġġetti vokazzjonali u applikati fl-iskejjel sekondarji. Dan il-Working Group hu magħmul minn stakeholders ewlenin u jinkludi wkoll rappreżentanza mill-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta' Malta, mill-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija, mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi, u mill-Istitut għall-Edukazzjoni. Dan il-Working Group qiegħed jaħdem ukoll ma' Haaga-Helia University for Applied Science li hija Università Fillandiża speċjalizzata fis-settur.
Bħalissa d-Dipartiment għall-Immaniġjar tal-Kurrikulu u l-Istitut għall-Edukazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qed jorganizza kors ta’ taħriġ għall-għalliema li jgħallmu suġġetti relatati mas-suġġetti vokazzjonali tas-SEC u li huma interessati li jgħallmu xi wieħed mill-ħames suġġetti vokazzjonali. Dan huwa kors ta’ taħriġ ta’ 80 siegħa mifrux fuq tliet snin kif ġej:
· Fl-ewwel sena: taħriġ ta’ 40 siegħa fuq l-ewwel Unit (Form 3)
· Fit-tieni sena: taħriġ ta’ 20 siegħa fuq it-tieni Unit (Form 4)
· Fit-tielet sena: taħriġ ta’ 20 siegħa fuq it-tielet Unit (Form 5)
Il-kors joffri taħriġ fuq:
id-dokument uffiċjali fuq is-suġġetti vokazzjonali maħruġ mill-Bord tal-MATSEC;
il-kontenut tal-sillabi tas-suġġetti vokazzjonali miktubin fuq il-metidoloġija tal-Kisbiet mit-Tagħlim (
Learning Outcomes
);
il-kitba tal-programmi tat-tagħlim;
il-mod applikat ta’ kif għandhom jiġu mgħallma dawn is-suġġetti;
il-proċeduri innovattivi ta’ assessjar; u
il-mili ta’ dokumenti uffiċċjali tal-MATSEC marbutin mal-proċess tat-tagħlim u l-assessjar.
Bi ftehim mal-Fakultà tal-Edukazzjoni tal-Università ta’ Malta, dan il-kors huwa offrut ukoll lill-istudenti tal-Fakultà li waslu fl-aħħar sena tal-kors tal-B.Ed jew li qegħdin jagħmlu l-PGCE.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa ż-żjara li għamel dan l-aħħar f'pajji¿na l-Professur li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament b'relazzjoni mal-introduzzjoni tar-riforma fil-Livell Sekondarju? Jista’ jgħid jekk il-professur hux involut ukoll direttament f'din ir-riforma u jekk huwiex qiegħed joffri servizz ta' konsulenza lill-Gvern Malti f'dan ir-rigward?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-ispejjeż involuti b’rabta mal-ewwel preżenza f'pajjiżna tal-Professur indikat mill-Onor. Interpellant għat-tnedija ta’ ‘Il-Vjaġġ Tiegħi: Nasal minn Toroq Differenti’ huma marbutin mal-ivjaġġar (€1,655.30) u mal-akkomodazzjoni (€110.50). Il-Ministeru qiegħed jikkonsulta direttament ma’ dan il-Professur, kif ukoll ma’ awtoritajiet oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 28818, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-hostel Russu hux se jkun fi Triq il-Mielaħ High Ridge l-Madliena li hija f’żona residenzjali? Jista’ jgħid jekk il-villa in kwistjoni hux se jkolla 30 student residenti? Jista’ jgħid jekk il-permessi nħarġux diġà? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm konsultazzjoni mar-residenti u l-Kunsill Lokali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li ma hemm l-ebda applikazzjoni, u lanqas permessi maħruġa, għal xi tip ta’ hostel fi Triq il-Mielaħ, High Ridge, Swieqi (Madliena.)
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba għall-akkomodazzjoni soċjali li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuni indikati m’għandhomx applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali pendenti mal-Awtorità tad-Djar u għalhekk huma mħeġġa jirrikorru s-sezzjoni tal-Customer Care sabiex ikunu jistgħu japplikaw jekk ikunu konformi mal-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni.
Jista' l-Ministru jivverifika jekk l-ammont ta' pensjoni li qed jieħu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hiex maħduma b'mod korrett?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat ġiet ikkuntattjata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28477 u 28562 u jgħid b’liema kuntratti qed taħdem il-Local Enforcement System Agency (LESA) biex tkun tista’ tqabbad il-Gwardjani Lokali? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-kuntratti? Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ffirmat kull kuntratt, minn min, meta jiskadi u kemm jiswa’ kull kuntratt?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Paceville — masterplan - attrazzjonijiet u kumplessi sportivi
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28584 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Masterplan ta' Paceville jinkludiex kumplessi jew attrazzjonijiet sportivi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li l-Masterplan ta’ Paceville jipproteġi ż-żona eżistenti f’Pembroke għal attivitajiet sportivi u rikrejattivi. Qed jipproproni wkoll numru ta’ open spaces ġodda fejn jistgħu jigu akkomodati faċilitajiet sportivi.
Hemm ukoll il-proposta għal coastal walkway li tfisser kważi tlett kilometri ta’ spazju fejn jistgħu jsiru attivitajiet sportivi bhħal jogging jew cycling.
Il-Pjan jipprovdi wkoll opportunita biex fil-proġetti maġġuri jiġu nklużi faċilitajiet sportivi biex tiġi msaħħa l-viżjoni għal Paceville bħala żona li kullhadd, inkluż familji, jista’ jżur aktar milli żona ta’ nightlife biss.
Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separament minħabba allegat każ ta’ żball fuq kont ta' taxxa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li uffiċjali mit-taqsima tad-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża ta’ kull kors mill-Università ta’ Malta? Issir evalwazzjoni dwar kull kors mogħti mill-Università? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamru kopja tal-aħħar evalwazzjoni li saret?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 28958.
Jista’ l-Ministru jippubblika l-aħħar statistika li għandu fejn hemm indikat ir-rata tat-tfal illitterati li qed jattendu fl-iskejjel kollha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-definizzjoni ta’ studenti illitterati fil-Malti u l-Ingliż toħroġ parzjalment mill-istatistika ta’ tfal ta’ ħdax-il sena li jiġu eżentati milli joqogħdu għall-Benċmark Nazzjonali skont it-tabelli ta’ hawn taħt għall-2016. Hemm studenti barranin li jiġu eżentati u hemm studenti oħra Maltin li jiġu eżentati minħabba li jkollhom diffikultà fit-tagħlim.
Tabella: Exemptions: Tmiem tal-Primarja Benċmark 2016
Komponent
Tfal ta’
Returned Migrants
u Immigranti
Tfal
b’Alternative Learning Programmes
u/jew
functioning at or below Year 3
jew b’Diżabiltajiet Severi
Il-Malti
It-Taħdit
98
118
Is-Smigħ
99
127
Il-Qari
99
150
Il-Kitba
99
165
L-Ingliż
It-Taħdit
13
110
Is-Smigħ
15
117
Il-Qari
15
149
Il-Kitba
15
161
Dawn l-istudenti jingħataw għajnuna addizzjonali permezz ta’ għalliema kumplimentari, fi gruppi żgħar, waqt il-ħin tal-iskola. Hemm opportunità wkoll ta’ għajnuna wara l-ħin tal-iskola permezz ta’ programmi tal-Aġenzija tal-Litteriżmu.
Jista’ l-Ministru jgħid xi programmi prattiċi se jkunu implimentati mill-amministrazzjoni tal-Family Resource Centre ta’ Marsaskala issa li se jinfetaħ f’Diċembru?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 28191.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex il-pjanti li għaddew mingħand l-Awtorità tal-Ippjanar, għal għand Identity Malta, liema pjanti jridu jinxtraw mill-persuni li jkunu se jirreġistraw il-proprjetà li jkunu ser jixtru, fil-fatt mhumiex aġġornati bl-aħħar bini li nbena, u f'xi każijiet anke bini li ilu mibni iktar minn għaxar snin lanqas mhu qed jirriżulta fil-pjanti li għaddew mill-Awtorità tal-Ippjanar għal għand Identity Malta? X'passi se jittieħdu biex din il-pożizzjoni tiġi rrimedjata?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li l-istess Awtorità għamlet kuntratt ma' Identity Malta għax-xiri tal-Basemap aġġornata f’Novembru 2014. Kull sena, kif hemm stipulat fil-kuntratt, l-Awtorità tal-Ippjanar tibgħat id-data lil Identity Malta biex tiġi aġġornata il-Basemap.
Dwar l-aġġornament tal-Basemap nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.