Awtorità tax-Xandir – lista ta’ tenders u kuntratti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31588 u jagħti lista ta’ tenders u kuntratti ta’ xiri u kiri li ngħataw mill-Awtorità tax-Xandir? X’inxtara u x’inkera? Liema minnhom ingħataw b’direct order? Kemm kien il-valur ta’ kull tender li ngħata? Jista’ jagħti din il-lista sena b’sena mill-2013 lil hawn?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31587 u jgħid minn fejn qed tippjana li tibda topera l-Awtorità tax-Xandir? B’liema kundizzjonijiet u b’liema valur qed jinxtara jew jinkera l-post il-ġdid li se tibda topera minnu l-Awtorità tax-Xandir? Xi proċess sar biex din ix-xirja jew kirja sseħħ? Saret sejħa pubblika? Kif ġie assigurat li jkun hemm proċess trasparenti u mingħajr kunflitti ta’ interess? X’inhuma l-istimi li saru biex jiġi rranġat il-post il-ġdid?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija 31586 u jgħid minn liema binja qed topera sal-lum l-Awtorità tax-Xandir? Min hu s-sid ta’ din il-proprjetà? Jista’ jgħid ukoll hux minnu li l-Awtorità tax-Xandir se tiċċaqlaq minn dan il-bini u x’inhi r-raġuni? Jista’ jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan iċ-ċaqlieq?
Awtorità tal-Ippjanar — applikazzjoni biex titwaqqa l-Freedom Press u bini tal-madwar
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru tal-applikazzjoni li saret mal-Awtorità tal-Ippjanar biex titwaqqa’ l-Freedom Press u l-bini tal-madwar? Jista' jgħid min għamel ix-xogħol ta' twaqqigħ, taħmil u ġarr ta' materjal? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan ingħatax b'tender jew b'direct order? Kemm sewa b'kollox dan ix-xogħol?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Freedom Press tifforma parti mis-sit li għadda b'ċens għand operatur privat. Għalhekk il-Gvern ma kellu l-ebda rwol fix-xogħolijiet imsemmija u mhux fil-pussess tal-informazzjoni mitluba.
Ministeru għal Għawdex – uffiċjali mhux regolati b’kuntratt
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30496 li issa ilha pendenti diversi ġimgħat u jgħid kemm uffiċjali fil-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u li x-xogħol tagħhom mhux regolat b’kuntratt, irċevew xi tip ta’ kumpens għas-servizz telefoniku permezz ta’ amenda fis-salarju rispettiv tagħhom jew permezz ta’ rimbors jew inkella permezz ta’ għotja ta’ top up mobile cards? Jista’ jgħid min kienu dawn l-uffiċjali kif ukoll jispeċifika r-raġuni u fiex kien jikkonsisti l-kumpens f’kull każ, inkluż l-ammont rispettiv u jagħti dan it-tagħrif minn Marzu 2013 sal-lum, maqsum sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Aġenzija Zgħażagħ – ħlas lill-impjegata minn kuntrattur – każ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament rigward ħlas bil-prekarjat minn kuntrattur fl-Aġenzija Żgħażagħ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-kuntratt li għandha l-Aġenzija Żgħażagħ mal-kuntrattur m'huwiex b'rata ta' prekarjat. Madankollu, il-persuna indikata separatament mill-Onor. interpellant qed tiġi kkuntattjata minn dan il-Ministeru biex issir verifika u jekk ikun il-każ jittieħdu l-passi meħtieġa.
Awtorità tad-Djar – sussidju tal-kera – każ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mill-Awtorità tad-Djar rigward każ ta’ sussidju tal-kera mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu ngħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mit-tender CT2276/2016 'Tender for the Upgrading and Finishing Works in an Environmentally Friendly Manner of the Second Floor level at Sir M.A. Refalo Sixth Form, Victoria, Gozo'?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tender imsemmija ġiet kanċellata mill-Awtorità Kontraenti wara li l-uffiċċju tal-Green Public Procurement (GPP) sab li ma kenitx GPP compliant f’dawk il-kriterji li huma meqjusa mandatorji.
Skont sub-klaw¿ola 18.3(b) tal-General Rules Governing Tendering, wara li sejħa għall-offerti tkun ippublikata, ma jistgħux isiru bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u f’każ bħal dan, is-sejħa għandha tiġi kanċellata.
Jista' l-Ministru jgħid u jispjega x-xogħol li se jsir fl-Iskola Sir M.A. Refalo Sixth Form fir-Rabat Għawdex biex parti minnha tintuża minn Barts? Kemm hu maħsub li se jiswa dan ix-xogħol? Lil min ingħata x-xogħol u kif ingħata: b'direct order jew b’tender? Għaliex dan ix-xogħol se jsir u jitħallas minn Malta Enterprise u mhux minn Vitals Global Healthcare li suppost a spejjeż tagħhom kellhom jibnu l-iskola sa Settembru 2016?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet jikkonsistu f’upgrading u refurbishing tal-parti tal-iskola li Barts ħa jkunu qed jagħmlu użu minnha. Dan ix-xogħol mistenni jiswa madwar €150,000. It-tender ħa tkun ippublikata fil-jiem li ġejjin. Il-ħlas huwa arranġament kummerċjali bejn il-Malta Enterprise u Barts u d-dettalji huma kunfidenzjali.
Ministeru għal Għawdex – rimborż għall-użu ta’ karozzi privati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30921 li issa ilha pendenti diversi ġimgħat u jgħid kemm uffiċjali fil-Ministeru għal Għawdex, inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, qegħdin jiġi rimborżati għall-użu tal-karozza privata tagħhom fuq xogħol uffiċjali? Jista’ jgħid x’inhu l-grad tagħhom u l-pożizzjoni li qegħdin jokkupaw, kif ukoll l-ammont ta’ flus li rċevew matul is-sena 2016 għal dan il-għan? Jista’ jgħid ukoll min ta l-approvazzjoni tiegħu għal tali rimborż f’kull każ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Sptar Mater Dei u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex — spiża
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28859 u jgħid kemm kienet l-ispiża totali fl-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena:
(1) għall-Isptar Mater Dei u
(2) għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-medja fis-sena ta’ l-ispiża totali fl-aħħar 10 snin taż-żewġ sptarijiet msemmija kienet €173,377,914.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni (mhux persons of trusts jew persuni f'positions of trust) f'Dipartimenti u kumpanniji parastatali li jaqgħu taħt it-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 'il hawn maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u anki bir-rwol li ddaħħlu fih?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni (mhux persons of trusts jew persuni f'positions of trust) f'Dipartimenti u kumpanniji parastatali li jaqgħu taħt it-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 'il hawn maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u anki bir-rwol li ddaħħlu fih?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — ingaġġ ta' persuni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni (mhux persons of trusts jew persuni f'positions of trust) f'Dipartimenti u kumpanniji parastatali li jaqgħu taħt it-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 'il hawn maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u anki bir-rwol li ddaħħlu fih?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — ingaġġ ta' persuni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni (mhux persons of trusts jew persuni f'positions of trust) f'Dipartimenti u kumpanniji parastatali li jaqgħu taħt it-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 'il hawn maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u anki bir-rwol li ddaħħlu fih?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nixtieq ninforma lill-Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — ingaġġ ta' persuni
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati persuni (mhux persons of trusts jew persuni f'positions of trust) f'Dipartimenti u kumpanniji parastatali li jaqgħu taħt it-responsabilità tagħha minn Marzu 2013 'il hawn maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u anki bir-rwol li ddaħħlu fih?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-oġġetti kollha li jinbiegħu mill-ħanut ġewwa l-ħabs minn fejn il-priġunieri jistgħu jixtru l-bżonnijiet tagħhom, flimkien mal-prezz li bih jinbiegħ kull oġġett?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni kollha mitluba.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31576, jista’ l-Ministru jerġa' jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għadhom ma kkuntattjawhx?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu kkonċernat intbaghtitlu ittra bl-appuntament fit-28 ta' Frar.