Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid minn fejn se tkun qed tiġi ko-ordinata l-ħidma marbuta mal-qasam tal-komunikazzjoni tal-Presidenza?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-ħidma fil-qasam tal-komunikazzjoni se tkun qed tiġi koordinata mill-Uffiċċjali responsabbli fi ħdan il-Presidency Unit ġewwa Malta, b’ħidma konġunta mal-Uffiċċjali responsabbli tal-komunikazzjoni ġewwa Dar Malta fi Brussell.
Laqgħat tal-Ministri matul il-Presidenza – faċilitajiet għall-ġurnalisti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ faċilitajiet se jkunu pprovduti bihom il-ġurnalisti li se jattendu għal-laqgħat tal-Ministri matul il-Presidenza?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li nbena media centre li jospita sa 250 ġurnalist ġewwa l-Palazz tal-Gran Mastru biex jaqdi l-ħtiġijiet tal-ġurnalisti. Dan se jkun fih l-faċilitajiet kollha meħtieġa nkluż is-servizz tal-internet, 11-il TV u radio booth, faċilitajiet ta’ trasmissjoni u żewġ swali għall-konferenzi stampa.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xi programmi u arranġamenti speċjali għall-ġurnalisti sabiex Malta tieħu promozzjoni?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li matul il-Presidenza huwa maħsub li jiġu ‘l fuq minn 1,500 ġurnalist. Dawn se jingħataw tagħrif u materjal dwar Malta bil-ħsieb li tingħata promozzjoni lill-pajjiżna. Se jiġu wkoll 60 ġurnalist influwenti bbażati fi Brussell biex ikollhom laqgħat mal-Ministri qabel il-Presidenza.
Dawn il-laqgħat se jsiru f’diversi lokalitajiet, inkluż Għawdex, bil-għan li jkollhom l-opportunità li jaraw b’għajnejhom is-sbuħija tal-pajjiż.
Jista’ l-Ministru jweieġeb il-mistoqsija parlamentari 23935 u jagħti rendikont ta’ kemm ingħataw eżenzjonijiet minn taxxa jew ħlasijiet ta’ bolla dovuti lill-entitajiet mis-settur privat mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2015? F’kull każ, jista’ jagħti dawn id-dettalji:
a) l-isem tal-entità partikolari;
b) kemm kienet l-eżenzjoni f’termini ta’ flus; u
c) fuq liema bażi/kriterji ngħatat l-eżenzjoni?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jikklarifika xi jrid ifisser bil-kliem “eżenzjonijiet minn taxxa jew ħlasijiet ta bolla”, u l-isfond ta liema artiklu tal-liġi jkun qed jingħata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22340 u 23936 u jgħid kemm hawn kumpaniji reġistrati f’Malta (mal-MFSA) li għandhom azzjonisti ta’ nazzjonalità li mhijiex Maltija u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
B’riferenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 22335, 22336, 23964 u 23965, jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata ta’ kif jiġi komputat l-investiment kapitali lokali f’pajjiżna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li għandha l-Malta Enterprise hija relatata ma' investiment li sar minn azjendi li rrikorrew għand il-Korporazzjoni għal għajnuna fuq twettiq ta' investiment. Il-figuri mogħtija mill-Korporazzjoni ma jinkludux investiment li twettaq minn azjendi li ma rċevew l-ebda għajnuna mingħand il-Korporazzjoni.
Il-figuri kkwotati mill-Korporazzjoni huma dawk hekk kif mogħtija minn negozji rispettivi fit-
tax returns
li jiġu sottomessi għal fini ta' Investment Aid. Ma' dawn jiżdied ukoll investiment li fuqu l-Korporazzjoni tapprova għajnuna oħra minn skemi eżistenti oltre minn Investment Aid u li għaldaqstant fuqu ma jintalabx għajnuna mill-iskema tal-Investment Aid. F'dan il-każ, l-informazzjoni dwar l-investiment tittieħed minn
invoices
li jiġu sottomessi lill-korporazzjoni bħala parti minn
claims
marbuta ma' għajnuna approvata mill-Korporazzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25172 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li permezz tiegħu qiegħed jgħaddi s-sit tal-Marsa Shipbuilding lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk hux ser tiġi stabbilita xi forma ta’ Free Zone fil-proġett tal-hub marittimu fil-Marsa? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji ta’ fiex ser tkun tikkonsisti u kif ser tkun regolata?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat
Jista’ l-Ministru jgħid minn min hi komposta l-eSkills Foundation u jgħid x’inhuma r-remunerazzjoni/benefiċċji ta’ kull membru?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-eSkills Malta Foundation hija komposta minn membri ġejjin mill-MITA, l-MCA u l-Malta Gaming Authority, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, il-Malta Enterprise u l-Malta Chamber of Commerce and Industry. L-ebda membru ma jiġi rremunerat jew għandu xi benefiċċju.
Membri November 2016:
Mr Carmelo Formosa - Chief Administrator - MITA
Mr Nicholas Vella - MCA
Mr Paul Fenech - MGA
Mr James Catania - Ministry for Education and Employment
Mr Anthony Vassallo - Malta Enterprise
Mr Marcel Cutajar - The Malta Chamber of Commerce and Industry
The Foundation also has the following employees:
Mr Carm Cachia - Executive Coordinator w.e.f. 1st April 2016
Basic Salary €40,000 p.a.
Mobile Phone €120 p.a.
Performance Bonus 0% to 15% of basic salary
Ms Bernadette Zerafa - Manager - seconded from MITA
Basic Salary €25,121 (based on 40 Hrs per week)
Fuel Allowance €2,100 p.a.
Car Cash Allowance €3,420 p.a.
Mobile Phone €120 p.a.
Mobile Internet €120 p.a.
Performance Bonus 0% to 10% of basic salary
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar mill-eSkills Foundation fl-2014, l-2015 u s’issa matul l-2016?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’konformità mal-għanijiet statutorji tal-Fondazzjoni, I-attivitajiet matul is-snin 2014, 2015 u 2016 kienu iffukati fuq Ii jkun hemm impatt f'oqsma rilevanti għall-eSkills. Dawn jinkludu:
- Żieda fl-għarfien fost il-
policy makers
u
stakeholders
fuq I-importanza tal-eSkills bħala rekwiżit ewlieni għall-impjiegi tal-ġejjieni;
- Għarfien akbar fl-industrija tal-ICT u fost I-aġenziji tal-impjieg fuq il-qafas tal
eCompetence Framework
;
- Żieda ta' għarfien fost I-istudenti u I-korpi rappreżentattivi tal-istudenti dwar l-opportunitajiet ta' karrieri u I-kompetenzi meħtieġa għall-impjiegi fl-ICT.
Attivitajiet fl-2014:
- Milħuqa aktar minn 50,000 Ċittadini Maltin permezz tal-midja soċjali (
Twitter
u
Facebook
). Il-messaġġi kienu mmirati għall-
policy makers
u dawk Ii jħaddmu.
- Milħuqa ‘I fuq minn 200,000 Ċittadini Maltin permezz tal-midja, aħbarijiet stampati u siti socjali.
- Ġew ittrenjati aktar minn 50 konsulenti tal-karrieri fil-kulleġġi taI-istat u l-konsulenti tal-impjiegi. It -taħriġ kien fuq il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-impjiegi fl-ICT.
- Il-Fondazzjoni ħadmet ukoll bħala l-Koordinatur Nazzjonali ta'
eSkills for Jobs
- proġett għall-kampanja Impjiegi fl-ICT fl-Ewropa kollha.
- Ikkoordinat il-parteċipazzjoni ta' Malta fil-kompetizzjoni taI-ICT taI-
eskills for Jobs
. ICTSA (korp ta studenti Maltin taI-ICT fl-Università ta' Malta) ġew fit-tieni post fil-kategorija taċ-Ċittadinanza Diġitali.
- Involuti mas-segretarjat
tal-Grand Coalition of Digital Jobs
u ġiet formalizzata l-
eSkills Malta Foundation
bħala Koalizzjoni Nazzjonali għall-Impjiegi Diġitali.
- Parteċipazzjoni fl-
EU Code Week
.
- Ħidma fuq kampanja tal-midja bbażata fuq assi
online
tal-eskills.org.mt
Attivitajiet fl-2015:
- Ħidma b'enfasi speċjali fuq l-adozzjoni ta' kompetenzi tal-ICT mill-istudenti.
- Attivitajiet fost l-istudenti u l-korpi tal-istudenti rappreżentattivi.
- Parteċipazzjoni fl-avvenimenti tal-karriera organizzati mill-MCAST u mill-Università ta’ Malta.
- Ħidma mal-komunità tan-negozju Maltija b'informazzjoni dwar il-mandat u I-proġetti tal-Fondazzjoni.
- Parteċipazzjoni fil-Forum IDC Leadership ICT.
- Parteċipazzjoni bħala parti mill-ġurija matul iI-fażi ta' kompetizzjoni annwali organizzata mill-lCTSA mmirata lejn intraprendituri żgħażagħ.
- Parteċipazzjoni fil-
Career Exposure Experience
billi assigurat 'l fuq minn 100 post għall-studenti taI-ICT tal-Form 4. Dan qed isir b'kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet privati u pubbliċi.
- Parteċipazzjoni fir-raba' edizzjoni tal-MCAST EXPO 2015 bil-promozzjoni ta' profili ta' karrieri fl-ICT.
- Parteċipazzjoni fil-
Freshers Week
fl-Università ta' Malta b'kollaborazzjoni mall-ICTSA.
- B'kollaborazzjoni mal-MCAST, issieħbet mal-bqija tal-Ewropa billi organizzat numru ta' sessjonijiet dwar iI-
coding
matul iI-
Coding Week
tal-Unjoni Ewropea.
- B'kollaborazzjoni mal-MITA organizzat numru ta' żjarat fl-iskejjel għal aktar minn 500 student f'25 skola taI-istat, knisja u indipendenti.
- Ħidma kontinwa bħala I-Koordinatur Nazzjonali tal-
eSkills for Jobs
.
- Għal darb'oħra kkoordinat il-parteċipazzjoni ta' Malta fil-kompetizzjoni tal-ICT tal-
eSkils for Jobs
. ICTSA iI-korp studenti tal-ICT taI-Università ta' Malta kienu rrebbieħa tal-Kategorija
Digital Entrepreneurship
.
- Milħuqa aktar minn 300,000 Ċittadini Maltin permezz tal-midja socjali (
Twitter
u
Facebook)
.
- Pubblikazzjoni kontinwa ta' artikli fuq istampa lokali u onlajn.
- Pubblikazzjoni tar-rapport annwali tal-Fondazzjoni għas-sena 2014.
- Parteċipazzjoni fil-konferenzi ta' liveII għoli organizzata mis-Segretarjat tal-
Grand Coalition for Digital Jobs
.
Attivitajiet fl-2016:
- Parteċipazzjoni fl-avvenimenti dwar il-karrieri organizzati mill-MCAST u I-Università ta' Malta.
- Partecipazzjoni fil-
Careers and Research Fair
organizzata mill-KSU tal-Univeristà ta' Malta fi Frar 2016.
- Parteċipazzjoni fil-
Career Exposure Experience
2016/2017 billi għal darb'oħra ġew assigurati 'l fuq minn 100 post għall-istudenti tal- ICT tal-Form 4 b'kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet privati u pubbliċi.
- B'kollaborazzjoni mal-MCAST u din is-sena wkoll mal-Università ta' Malta ssieħbet mal-bqija tal-Ewropa billi organizzat numru ta 'sessjonijiet ta’
coding
matul il-
Coding Week
tal-Unjoni Ewropea.
- Parteċipazzjoni fil-konferenza ta' livell għoli għall-Impjiegi fl-ICT fi Bratislava Ii jinkludi l-iffirmar mill-fondazzjoni għal dikjarazzjoni fuq ħiliet diġitali msejħa
The Bratislava Convention
tal-Unjoni Ewropea.
- Ħidma kontinwa bħala l-Koordinatur Nazzjonali tal-
eSkills for Jobs
.
- Ikkoordinat il-parteċipazzjoni ta' Malta fil-kompetizzjoni tal-ICT tal-
eSkills for Jobs
.
- Rabtiet mal-
eSkills for Jobs
Ewropea bil-pubblikazzjoni ta'
infographics
dwar karrieri fl-ICT magħmulin mill-Fondazzjoni.
- Pubblikazzjoni kontinwa ta 'artikli fl-istampa lokali u onlajn.
- II-Ħolqien ta' aktar għarfien dwar il-Fondazzjoni permezz ta' parteċipazzjoni fi programmi fuq it-televiżijoni Nazzjonali.
- It-tkomplija ta' numru ta' żjarat tal-iskejjel għall 2016/2017 fl-industrija tal-ICT u korpi governattivi li jużaw I-ICT.
- Laqgħat ta' kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni u l-2 Ambaxxaturi tal-
eSkills
u MEPs - Dr. Therese Comodini Cachia u Dr. Miriam Dalli.
- Parteċipazzjoni fis-Sotto Grupp ta' Esperti tal-Ħiliet Diġitali fi Brussell.
- Parteċipazzjoni u indirizzar ġo konferenza tal-Unjoni Ewropea fuq il-Professjonalità tal-ICT.
- Pubblikazzjoni tar-rapport annwali tal-Fondazzjoni għas-2015.
- Organizzat Jum Professjonali tal-IT bl-involviment ta' numru ta' individwi li jiffurmaw parti mill-akkademja u l-industrija.
- Laqgħat kontinwi mal-Industrija, Akkademja, u korpi tal-Gvern.
- Kollaborazzjoni mal-'Fastrack into IT' (FIT) tal-Irlanda; il-FITA; u l-Assocjazzjoni ta' min iħaddem f'Malta, permezz ta’ iffirmar ta' MOUs.
- Seminar organizzat b'kollaborazzjoni maċ-CEPIS dwar l-
eCompetence Framework
.
- Saru membri tal-ITPE Ii hija organizzazjoni Ewropea tal-professjonalità tal-ICT.
- Beda ix-xogħol fuq l-
ICT Skills Audit
u
Industry eSkills Gap
jew kif inhu magħruf l-
eSkills Demand and Supply monitor
.
- Twaqqaf Sotto Grupp tal-
eSkills
fl-Industrija u fil-proċess li jitwaqqaf Sotto Grupp tal-edukazzjoni tal-eSkills.
- Prodotti
videos
ta' Ambaxxaturi tal-
eskills
kemm ta' studenti u kif ukoll nies mill-Industrija biex iħeġġu kemm studenti jistudjaw I-ICT kif ukoll individwi biex jaħdmu f’industrija tal-ICT.
- Tifforma parti minn inizjattiva ewlenija ġdida tad-
Digital Skills
and
Jobs Coalition
Ii se tiġi imnedija fl-1 ta' Diċembru 2016.
- PR kontinwu biex titqajjem kuxjenza dwar l-
eSkills
permezz tal-midja soċjali, djalogu mal-
key stakeholders
tal-Fondazzjoni u permezz ta'
partnerships
.
- Twaqfet sezzjoni fis-sit tal-fondazzjoni biex tinkludi korsijiet bla ħlas fuq bażi tal-
elearning
u MOOCs li ġejjin minn organizzazjonijiet internazzjonali, xi ftit minnhom wara kollaborazzjoni ma' entitajiet lokali.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux minnu li sa sena oħra se jintfew il-magni tal-LNG tanker li jinsab marbut fix-xatt ta' Marsaxlokk u għalhekk se jiġi qisu floating barge? Jekk jinqala’ xi aċċident jew inkella jkun il-maltemp, dan it-tanker kif se jinħareġ barra l-port?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28438.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se jibqa’ jinħaraq xogħol pirotekniku għall-festi taż-Żejtun, Marsaxlokk u Birżebbuġa minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 28441.
Bajja ta’ Birżebbuġa – sports tas-sailing affettwat mill-LNG tanker
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se jkun affetwat l-isports tas-sailing li jiġi pprattikat fil-Bajja ta' Birżebbuġa minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk speċjalment meta jkun qiegħed isir ir-refuelling tal-istess tanker?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28442.
LNG Tanker – manuvrar ta’ vapur deħlin u ħerġin mill-Freeport
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se jkunu affetwati l-manuvrar ta' vapuri li jkunu deħlin u ħerġin mill-Freeport minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk speċjalment meta jkun qiegħed isir ir-refuelling tal-istess tanker?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28443.
LNG Tanker – ħruġ ta’ bastimenti tas-sajd mill-port ta’ Marsaxlokk
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se jkun affetwat id-dħul u l-ħruġ tal-bastimenti tas-sajd mill-port ta' Marsaxlokk minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fl-istess port speċjalment meta jkun qiegħed isir ir-refuelling tal-istess tanker?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28444.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhuwa n-numru totali tal-impjegati fil-qasam tas-saħħa f’Malta u f’Għawdex? Kemm minn dawn huma professjonisti mediċi u x’inhuma t-tipi ta’ professjonijiet? Kemm minnhom huma klerikali, kemm inġiniera u kemm ħaddiema f’oqsma oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru totali ta’ mpjegati fil-qasam tas-saħħa huwa ta’ 7,378 li 5,751 minnhom huma professjonisti.
Sptar Mater Dei, Sptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – budget totali għall-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhuwa l-budget totali (għal kull sptar individwali ) għall-ħaddiema kollha f' kull wieħed minn dawn l-isptarijiet:
(1) Sptar Mater Dei,
(2) Sptar Karen Grech u
(3) l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika għal liema sena qed jirreferi.
Sptar Mater Dei, Sptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – budget
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li ser ikun il-budget rikorrenti tas-saħħa fis-sena 2017 għal kull wieħed minn dawn l-isptarijiet:
(1) Sptar Mater Dei,
(2) Sptar Karen Grech u
(3) l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?
Kemm huwa stmat li se jkun l-istess budget rikorrenti fl-istess sptarijiet sal-aħħar tas-sena kurrenti 2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għas-sena 2017 t-total tal-budget rikorrenti tad-dipartiment tas-Saħħa tat-3 sptarijiet msemmija huwa ta’ Ewro 278,486,000 waqt illi fl-2012 s-somma totali kienet Ewro170,730,900. Dawn ma jinkludux l-ispiża tal-mediċini u consumables oħra li jidhru taħt line item separat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti fuq il-waiting lists għall-operazzjonijiet kemm f’Malta kif ukoll f' Għawdex? Kemm minn dawn huma għall-operazzjonijiet maġġuri, kemm huma għall-operazzjonijiet intermediate, u kemm għall-operazzjonijiet minuri?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-isptar Mater Dei f'Ottubru tal-2016 hemm madwar 14,000 pazjent jistenna biex issirlu xi operazzjoni, b'9,000 minnhom jistennew anqas minn sena, filwaqt li nfakkar illi f’Ottubru tal-2012 kien hemm madwar 23,000 pazjent.
Vitals Global Healthcare — amministrazzjoni u r-responsabilità tal-isptarijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta Vitals Global Healthcare ħadu l-amministrazzjoni, ir-responsabilità u l-immanniġġjar ta’ Karen Grech, Sptar San Luqa u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Minn meta ħaduhom f' idejhom, x’ammont ta’ flus ġew mgħoddija mill-Gvern lill-Vitals Global Healthcare u meta tħallsu dawn l-ammonti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratti bejn il-gvern u VGH ġew effettivi fid-19 ta’ Mejju 2016, u huma soġġetti għal perjodu ta’ transizzjoni gradwali. Sal lum l-gvern għadda total ta’ Ewro11,000,000 lil VGH. Dawn ikopru l-ispejjeż rikorrenti tal-isptarijiet San Luqa, Karen Grech u l-isptar Ġenerali t’Għawdex.