Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali tal-Pharmacy of Your Choice kull sena minn meta bdiet topera?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali tal-POYC minn meta bdiet topera sal-bidu ta’ Diċembru tal-2016 hija €30,403,334. Din ma tinkludix l-ispiża tal-mediċini.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett tar-restawr taċ-Ċittadella, li sar bl-għajnuna ta’ Fondi Ewropej, huwiex imniżżel bħala revenue generating project fil-Programm miftiehem mal-Kummissjoni Ewropea? Jista’ jikkonferma li jekk dan mhux imniżżel hekk, u b'hekk l-aġġustamenti relevanti tal-iffinanzjar ma sarx, ma jistax jiddaħħal ebda ħlas għaċ-Ċittadella qabel mill-inqas ħames snin minn meta tlesta? Jista' jikkonferma li jekk jiddaħħal xi forma ta’ ħlas f'dawn il-ħames snin, dan ikun ifisser li Malta jkollha tħallas lura persentaġġ mill-Fondi Ewropej li ntużaw għal dan il-proġett, liema ħlas lura jkun jammonta eżatt għall-85% tal-ammont ta' flus miġbura?
Response (REFALO, ANTON)
Nikkonferma li mhux ser ikunu introdotti miżuri ta’ revenue generation li jistgħu jaffetwaw l-ammont ta’ ko-finanzjament tal-proġett.
Bini ta’ pool f’Għawdex – Memorandum of Understanding
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat mal-privat għall-bini ta' pool f’Għawdex? Jista' jgħid ma’ min ġie ffirmat u kemm kienu dawk li tefgħu l-applikazzjoni tagħhom għall-Expression of Interest li kienet inħarġet?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm inġabru żewġ Expression of Interest intefgħet waħda biss. Il-Memorandum of Understanding ġie iffirmat ma’ GNI Limited. Din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.
Direttur Ġenerali – talbiet għall-ħruġ ta’ interim measures
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28528 tista’ l-Ministru tgħid kemm-il interim measure, id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) ħareġ fuq inizjattiva tiegħu għall-perjodu msemmi?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-twegiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari 28528.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi Memorandum of Understanding li jirregola r-relazzjonijiet bejn l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni? Jekk iva, tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tiegħu?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ma hemmx Memorandum of Understanding bejn l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni u dan peress li kull entità formanti parti mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur hija reċiprokatament indipendenti u awtonoma mill-entitajiet oħra skont l-Att dwar Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-business plans tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur li ġew magħmula u maqbula skont l-Att li jwaqqaf l-Awtorità minn Marzu 2013 ‘l hawn?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ma ġewx ippubblikati business plans mill-Awtorità, skont l-Att tal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur minn mindu din twaqfet.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm deċiżjonijiet tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni li kienu mressqa quddiem it-Tribunal tal-Appell tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumatur u ma tkomplewx jiġu mismugħa mit-Tribunal?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li llum, 6 ta’ Diċembru 2016, it-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur ssospenda il-proċeduri fil-kawża bl-ismijiet Falzon Group Holdings Limited Et Vs Direttur Generali (Kompetizzjoni) minħabba l-kawża kostituzzjonali pendenti Falzon Group Holdings Limited Et Vs Direttur Generali (Kompetizzjoni) Et. Dan huwa l-unika każ fejn it-Tribunal ssospenda il-proċeduri.
Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – ksur ta’ artikolu 5 u 9 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid, sena b’sena, minn Marzu 2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il deċiżjoni ġiet meħuda mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni rigward ksur ta’ artikolu 5 u 9 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni, u kemm minnhom ġew appellati biex jiġu mismugħa quddiem it-Tribunal tal-Appell tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumatur?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li minn Marzu 2013, fir-rigward tal-ksur tal-artikolu 5 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ħareġ deċiżjoni waħda fl-4 ta’ Ottubru 2016 li tikkonċerna s-settur tal-fuel, liema deċiżjoni ġiet appellata.
Dik kienet l-unika deċiżjoni li ħa l-Uffiċċju minn mindu twaqqfet l-Awtorità f’Mejju 2011 f’dak li għandu x’jaqsam ma' ksur tal-Artiklu 5 jew 9. Deċiżjoni li kien ħa l-Uffiċċju ukoll din is-sena kien fir-rigward ta’ ‘
school transport fees
’ iżda f’dan il-każ ma nstabx ksur ta’ Artiklu 9.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm deċiżjonijiet meħuda mit-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur li ma ġewx onorati, minn Marzu 2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn id-deċiżjonijiet?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Anzjani rikoverati fl-Isptar San Luqa u Sptar Mater Dei
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux żewġ modi (jew iktar) dwar kif jiġu kkunsidrati l-anzjani li jkunu se jiġu rikoverati fl-Isptar San Luqa, waħda li hi riferuta bħala Sptar Mater Dei u l-oħra PPP? Jista' jagħti tagħrif dwar x'inhi r-raġuni għal din id-differenza u x'differenza hemm (jekk hemm) għal dak li jikkonċerna drittijiet tal-istess anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fid-Direttorat għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità hemm proċess wieħed li jwassal għall-admissions għal kura fit-tul.
Heritage Malta – Kumitat tas-Saħħa u s-Sigurtà – membri u laqgħat
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk f'Heritage Malta jeżistix Kumitat tas-Saħħa u s-Sigurtà? Jekk fl-affermattiv, min huma l-membri li jservu fih u meta ltaqa’ l-aħħar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li f’Heritage Malta jeżisti kumitat tas-saħħa u sigurtà, li jiltaqa skont il-bżonn u ċ-ċirkostanzi. Dan il-kumitat huwa magħmul minn rappreżentanti tal-impjegati, li huma Paul Portelli, Ivan Bezzina, Pierre Dalli, Martin Borg, Anton Catania, William Powney u Keith Camilleri. Il-kumitat ilu żmien ma' jiltaqa, madanakollu jibgħat regolarment email lill-impjegati kollha li fiha jaġġornahom fuq għadd ta’ materji ta’ saħħa u sigurtà.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jkun il-kontribut ta' Heritage Malta għall-Presidenza 2017? Jista' jgħid jekk Heritage Malta hux se tingħata fondi addizzjonali u riżorsa umana sabiex jitwettaq dan il-kontribut? Jekk fl-affermattiv, kemm se tkun din l-għajnuna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li għall-Presidenza 2017, Heritage Malta għamlet ħafna xogħol ta’ restawr fil-Palazz tal-Gran Mastru b’kooperazzjoni mal-GHRC u uffiċjali tal-Presidenza. Heritage Malta se torganizza għadd ta’ attivitajiet u tospita wkoll għadd konsiderevoli ta’ attivitajiet oħra marbuta mal-Presidenza fil-mużewijiet u s-siti tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-management ta' Heritage Malta tatx permess lil xi ħaddiema biex jippanċjaw qabel il-core hours u allura qabel is-7am u filgħaxija qabel l-4pm? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fuq liema kriterji jingħata dan il-permess? Għaliex lil ċertu ħaddiema ma ngħatalhomx dan il-konċessjoni? Jista' jgħid kemm ħaddiema qed jibbenifikaw minn dan il-permess u x'pożizzjoni għandhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li hemm impjegat wieħed ta’ Heritage Malta li ntalab mill-management sabiex jibda xogħol 30 minuta qabel (u allura jispiċċa 30 minuta qabel). Dan sar peress li l-impjegat imsemmi (Assistant Administrator) huwa inkarigat mir-reception tal-uffiċċju prinċipali ta’ Heritage Malta, u għaliex instab li mhuwiex prattiku li ssir handover eżatt fl-istess ħin li fih jirrapurtaw għax-xogħol l-impjegati l-oħra. Għalhekk, jirraporta għax-xogħol nofs siegħa qabel ħalli dan ikun jista’ jsir kif xieraq.
Heritage Malta – couriers – oġġetti esebiti barra minn Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuni (couriers) li Heritage Malta tibgħat mal-oġġetti biex jiġu esebiti barra minn Malta, għandhomx għarfien ta' konservazzjoni u handling ta' artifatti? Jekk fl-affermattiv, x'tip ta' training ingħataw dawn l-individwi u meta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-uffiċjali li jakkumpanjaw oġġetti barra minn Malta jkunu dejjem kuraturi, konservaturi jew uffiċjali li għandhom esperjenza ta’ għexieren ta’ snin f’dan ix-xogħol (jew taħlita bejniethom skont il-każ), u għalhekk ikollhom dejjem l-għarfien kollu meħtieġ.
B'referenza għat-tinda li qatt ma ntużat u li ttellgħet f'Ħaġar Qim għaċ-CHOGM li għadda, jista' l-Ministru jgħid jekk fil-futur, Heritage Malta hijiex se taċċetta li jittellgħu tined simili viċin ħafna tas-siti tal-wirt patrimonju dinji?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li kull talba għal xi atività fil-mużewijiet u s-siti kollha ta’ Heritage Malta, inkluż it-tempji neolitiċi, tiġi evalwata fuq il-merti tagħha, u b’mod li dejjem jiġu salvagwardjati l-ewwel u qabel kollox is-siti nfushom.
Heritage Malta – sistema ta’ commission għall-persuni li jġibu l-business
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk Heritage Malta taddottax skema ta' commissions għal nies li jġibu business lejn Heritage Malta? Jekk fl-affermattiv, jista’ jagħti aktar dettalji ta' kif titħaddem din l-iskema?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Heritage Malta thaddem skema ta’ incentivi ghal gwidi kwalifikati li jgibu vizitaturi fil-muzewijiet u siti taghha. Qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra in-newsletter tal-Malta Union of Tourist Guides tal-10 ta’ Mejju 2016 (p. 15), li tispjega kif tahdem din l-iskema.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28763, jista’ l-Ministru jgħid taħt il-kompetenza ta' min jaqgħu r-regolamenti jew policies marbuta ma' ħlasijiet ta' commissions oħra barra dawk imħallsa mit-Teżor lill-aġenti awtorizzati tiegħu meta jkun hemm offerti inizjali ta' stocks tal-Gvern ta' Malta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MFSA ma għandha l-ebda regolamenti jew policies marbuta ma’ ħlasijiet ta’ commissions lill-aġenti awtorizzati minnha meta jkun hemm offerti inizjali ta’ stocks tal-Gvern ta’ Malta.
Billi skont ir-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti jirriżulta li Projects Malta m'għandhiex pjani quddiemha biex tiżviluppa xi parkeġġi pubbliċi, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'żamm lill-istess Projects Malta milli fil-fatt tfassal tali ħsieb għall-parkeġġi sal-lum? Meta hu maħsub li Projects Malta tibda proċess ta' talba għal tali żvilupp ukoll jekk bħala Public–Private Partnership (PPP)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Kif tħabbar fl-aħħar ġimgħat, ħarġet sejħa għal proposta ta’ parkeġġ fil-Mosta. Fil-jiem li ġejjin se jkunu qed jintlaqgħu s-sottomisjonijiet. Għaddejjin studji wkoll dwar Marsascala. Iktar studji tekniċi ġew mitluba speċjalment wara li wieħed jikkonsidra li l-lokalità konċernata hi mdawwra bil-baħar li jagħmilha iżjed diffiċli għall-mudell ta’ parkeġġ taħt l-art.
Kontribuzzjoni ta’ 50 ċenteżmu mit-turisti — proġetti
Question
Billi issa s-somma miġbura mill-kontribuzzjoni ta' 50 ċenteżmu mit-turisti suppost li tlaħħaq il-miljuni, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema se jkunu l-proġetti li se jkunu qed isiru matul l-2017? Liema minn dawn il-proġetti jeħtieġu permessi minn awtoritajiet oħra? Liema huma l-proġetti li għalihom diġà saru l-applikazzjonijiet?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 27450, 26661 u 25761.