Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeri – uffiċjali tal-komunikazzjoni — rwolijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid x’se jkun l-irwol tal-Uffiċjali ta’ Komunikazzjoni tal-Ministeri waqt il-Presidenza?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Uffiċjali ta’ Komunikazzjoni fil-Ministeri se jkollhom rwol importanti ħafna, speċjalment fil-ġranet tal-laqgħat rispettivi li fihom se jkunu nvoluti l-Ministeri tagħhom. Huma se jkun l-pont bejn it-taqsima tal-Presidenza u l-Ministri. Se jkunu qed jimmoderaw il-konferenzi stampa, jiktbu stqarrijiet u jirrispondu għad-domandi li jagħmlu l-ġurnalisti. Se jkunu wkoll qed jippreparaw kontenut marbut mal-aspetti relatati mal-Ministeri tagħhom.

Uffiċjali tal-Ministeri – taħriġ fuq il-Presidenza

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid x’tip ta’ taħriġ qed jingħata lill-uffiċjali tal-Ministeri li se jkunu qed jaħdmu direttament fuq il-Presidenza?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena ingħata taħriġ għal uffiċjali bi preparazzjoni għall-Presidenza Maltija kemm f’Malta kif ukoll fi Brussell. Bejn Jannar u Settembru ingħata taħriġ mis-Segretarjat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ntiż sabiex isaħħaħ l-għarfien ta’ dawn l-uffiċjali fil-ħidma tagħhom fit-tmexxija tal-laqgħat tal-Kunsill. F’Mejju kienu organizzati żewġ sessjonijiet ta’ tagħrif dwar id-dimensjoni parlamentari tax-xogħol tal-Presidenza bl-għajnuna tas-segretarjat tal-Parlament Ewropew. Bejn Mejju u Ottubru sar taħriġ intensiv u prattiku mill-Ecole Nationale d’Administration ta’ Franza biex ikompli jsaħħaħ il-ħiliet tal-uffiċjali sabiex imexxu l-laqgħat tal-Kunsill b’mod effettiv. Saru ukoll sessjonijiet dwar relazzjonijiet mal-midja u taħriġ dwar komunikazzjoni effettiva, kif ukoll korsijiet fil-lingwa Franċiża.

Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea — Ambaxxaturi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk l-Ambaxxaturi, kemm dawk għal Malta fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll dawk tal-Unjoni Ewropea għal Malta, hux qed jinżammu mgħarrfa bil-preparamenti marbuta mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ambaxxaturi kollha qed inkunu mgħarrfa bil-preparamenti marbuta mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ sensiela ta’ laqgħat regolari miegħi u mas-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej li fihom qed nispjegaw it-temi ewlenin tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE. Tqassmitilhom ukoll dokumentazzjoni li fiha informazzjoni dwar arranġamenti prattiċi marbutin mal-laqgħat li se jsiru f’Malta. Matul dan iż-żmien, l-uffiċjali responsabbli għall-preparamenti tal-Presidenza huma kostantement għad-dispożizzjoni tal-Ambaxxaturi, kemm b’mod dirett, kif ukoll permezz ta’ kollaborazzjoni stretta mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.

Presidenza tal-Unjoni Ewropea – sit elettroniku

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid meta se jkun imniedi s-sit elettroniku tal-Presidenza u jagħti ftit tagħrif dwar il-funzjonijiet li se jkollu, inkluż kemm lingwi se jkun fih?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit elettroniku tal-Presidenza tnieda nhar it-Tnejn 21 ta’ Novembru 2016. Fis-sit wieħed se jkun jista’ jikseb informazzjoni fuq il-funzjoni tal-Kunsill tal-UE, ir-rwol ta’ Malta, il-programm politiku, il-kalendarju tal-attivitajiet, l-aħħar aħbarijiet, informazzjoni għall-midja u informazzjoni dwar Malta fost l-affarijiet oħra. Is-sit elettroniku se jkun bil-Malti, Ingliż, Franċiż u Ġermaniż.

Programmi Kulturali tal-Presidenza – siti elettroniċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xi siti elettroniċi oħra li se jwasslu tagħrif dwar il-programm kulturali tal-Presidenza?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li apparti s-sit elettroniku uffiċjali tal-Presidenza se jkun hemm sit ieħor iffukat fuq il-programm kulturali, fejn nies interessati jkunu jistgħu iżommu aġġornati mal-programm kulturali li se jkun qed jittella’.

Proġett tal-FTTH

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ fiex wasal il-proġett tal-Fibre to the Home (FTTH)?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Fibre-to-the-Home (FTTH) flimkien ma’ Next Generation Access Networks, jiġifieri teknoloġiji avvanzati Ii huma kapaċi jipprovdu internet veloċi bi speeds ferm għola minn dawk ta' networks tradizzjonali, qed ikomplu jiġu rolled-out permezz ta' investiment qawwi mis-settur privat. II-Gvern qed ikompli jiffaċilità dan I-iżvilupp permezz ta' numru ta’ inizjattivi kif imsemmi hawn taħt: - Tkomplew I-isforzi sabiex tisaħħaħ il-koordinazzjoni bejn entitajiet differenti tal-Gvern, fosthom Transport Malta (TM), il-Planning Authority (preċedentement il-MEPA) u I-Awtorità ta' Malta dwar iI-Komunikazzjoni (MCA), fejn jidħol xogħlijiet Ii jkun hemm bżonn isiru fuq dawn in- networks . Fost I-oħrajn, wara ħidma intensa bejn I-MCA, TM u I-Building Regulations Office, ġiet trasposta direttiva Ewropea bil-għan Ii tonqos I-ispiża biex jitqegħdu networks Ii kapaċi joffru servizz tal- Internet b'veloċità għolja. Malta kienet minn ta' quddiem biex din id-Direttiva tiġi addottata bil-għan Ii jiġu riveduti I-elementi involuti fit-tnedija ta' networks ġodda, kif ukoll biex jiġu indirizzati I-problemi Ii jiffaċċjaw I-operaturi f'dan ir-rigward u Ii jistgħu jxekklu l-investiment fis-suq. - L-MCA ukoll ħarġet deċiżjoni, wara Ii nehdiet eżerċizzju ta' konsultazzjoni pubblika, Ii titratta I-aċċess virtwali għall-infrastruttura tal-FTTH fejn dan jitqiegħed mill-kumpanija GO plc. Din is-soluzzjoni tippermetti Ii I-operaturi oħra jkunu jistgħu jixtru I-aċċess virtwali mingħand GO plc b'mod ġust, filwaqt Ii jiġi aċċertat Ii I-istess investiment sostanzjali ma jiġix ippreġudikat. - Bil-għian Ii tiżdied id-domanda għal servizzi tal-broadband ta' veloċità għolja, qed tkompli I-ħidma minn aġenziji tal-Gvern, fosthom I-MCA u I-MITA, biex titnaqqas kemm jista' jkun il-firda diġitali u jiżdied I-għarfien fl-uu tal-ICT fost iċ-ċittadini u n-negozji Maltin. Permezz ta' diversi programmi, qiegħda tingħata opportunità ta' taħriġ Iill-individwi u negozji żagħar biex iressaqhom iktar viċin it-teknoloġija. II-Gvern jinsab kommess li jsostni il-progress milħuq minn Malta f'dan is-settur tal-broadband fuq networks fissi, kif jixhed ii-Broadband Coverage Report ikkummisjunat mill-Unjoni Ewropea. Dan ipoġġi Iii Malta minn ta' quddiem nett fl-Ewropa fejn tidħol iddisponibbilità għal servizzi broadband ta' veloċità 'I fuq minn 100 Megabits per second, fejn f'Malta din tkopri 99.4 fil-mija tal-pajjiż, waqt Ii I-medja Ewropea hija ta' 49 fil-mija (fis-sena 2015).

Konnessjonijiet tal-fibre optic

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux ser jinvesti u/jew jinċentiva aktar konnessjonijiet fibre optic bejn pajjiżna u pajjiżi oħra? Jekk iva, jista’ jgħid kif u meta ser jagħmel dan?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Kif ġie indikat fid-diskors tal-baġit tal-Ministru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi, I-Awtorità dwar il-Kommunikazzjoni għadha kemm nediet studju dwar il-fattibilità teknika, ekonomika u finanzjarja ta' submarine cable ġdid bejn Malta u postijiet alternattivi oħra fil-kontinent Ewropew bil-għan Ii titjieb I-adattabbilità u I-kwalità tal-konnettività tat-telekomunikazzjoni internazzjonali attwali. Dan I-istudju ġie iffinanzjat permezz ta' Fondi Ewropej. Fost affarijiet oħra, I-istudju jikkonferma li konnettività elettronika internazzjonali b'saħħitha, effiċjenti u effettiva tibqa' kritika sabiex Malta tkompli iżżid I-kompettività fis-settur tal-informatika. Il-Gvern qiegħed jikkonsidra diversi metodi kif dan I-investiment jista’ jseħħ billi fost l-oħrajn qiegħed f'diskussjonijiet mal-European Investment Advisory Hub fi ħdan il-European Investment Bank u dan sabiex jiddetermina kif il-Ggvern jista' jibbenefika minn strumenti finanzjarji taħt il-kappa tal Connecting Europe Facility Broadband Fund.

Malta Gaming Authority – żieda fl-ispejjeż amministrattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex, skont il-Financial Statements tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA), fl-2015 l-ispejjeż amministrattivi tal-MGA żdiedu bi 53% u telgħu għal €8.6m?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Kmieni fis-sena 2013, l-Awtorità kienet qed topera b'livell baxx ħafna ta' riżorsi interni li assolutament ma kienux suffiċjenti biex taqdi il-funzjoni tagħha ta' superviżjoni u moniteraġ effettiv ta' settur daqstant kbir, kemm dak land based kif ukoll dak online. Għaldaqstant, il-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità ħass il-ħtieġa li saħħaħ il-kapaċitajiet u riżorsi organizzattivi kemm f’dak li hu infurzar, awtorizzazzjoni u compliance kif ukoll f’dak li hu finanzi, assikurazzjoni tad-dħul, l-infrastruttura tal-informatika, u t-tim legali. Barra minn hekk it-twettieq tal-Pjan Stateġiku ta' tliet snin imfassal fil-bidu tal-2014, li apparti Ii kien ikopri id-dmirijiet tal-Awtorità bħala regolatur, kien jinkludi diversi riformi u miri ambizzjuzi li għaldaqstant kien jirrikjedi it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tekniċi, iżjed promozzjoni ta' Malta fuq livel internazzjonali u riżorsi adekwati biex l-Awtorità tilhaq il-miri tagħha. Apparti minn hekk, eżerċizzju professjonali ta' right sizing li kien ikkummisjonat, l-Awtorità flimkien ma' eżercizzju ta' benchmarking ma' Awtoritajiet lokali u barranin, wera li l-Awtorità kellha bżonn tissaħħaħ sostanzjalment fir-riżorsi umani tagħha. Dan kollu wassal biex l-ispejjeż amministrattivi tal-Awtorità żdiedu għall-€8.6m.

Malta Gaming Authority — line item Contribution to other entities

Question

Jista’ l-Ministru jagħti break down dettaljat ta’ line item Contribution to other entities li skont il-Financial Statements tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA) tal-2015, għas-sena 2015 kienet tammonta għal €537,245?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Contribution to other Entities, għas-sena 2015 kienu kif ġej: Responsable Gaming Foundation - €490,685 Gaming Malta - €38,890 Gaming Academy - €7,670

MGA — Provision for Claims u Contingent Liabilities

Question

Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata dwar is-sitwazzjoni tal-Provision for Claims u Contingent Liabilities li jidhru f’noti 14 u 19 tal-Financial Statements tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA) għas-sena 2015?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-MGA għamlet proviżjoni ta’ €3.3 miljun fil-Financial Statements għas-sena 2014 bi qbil mal-awdituri tagħha Ernst & Young. Dan sabiex l-Awtorità tapplika l-prinċipju tal-prudenza fil-kontijiet tagħha li għandu jiġi applikat f’ċirkostanzi simili skont International Accounting Standard 37 (IAS37). II-Provision for claims saret fir-rigward ta' claims minn individwi li qed jinsistu li baqgħu ma tħallsux ammonti dovuti lilhom mill-operaturi liċenzjati mill-Awtorità u qegħdin iżommu lill-Awtorità responsabbli għal dan in-nuqqas. L-Awtorità talbet parir legali fuq dawn il-każijiet. Fl-aħħar ta' kull sena, l-Awtorità tirrevedi il-Provision for Claims u tagħmel aġġustamenti li jistgħu jkunu meħtieġa wara li tikkunsidra xi żviluppi li jkunu seħħew matul is-sena. Din ir-reviżjoni ssir b'konsultazzjoni mal-awdituri tagħha. Kif spjegat fNota 4 tal-Financial Statements, l-Awtorità tevalwa il-claims li jkollha u wara parir legali u konsultazzjoni mal-awdituri tieħu deċiżjoni jekk tagħmilx proviżjoni jew tagħmel nota fil-Financial Statements skont lAS 37. L-eżerċizzju tar-reviżjoni tal-claims kif spjegat aktar ‘il fuq ikopri kemm il-Provision for claims kif ukoll il-Contingent liabilities.

Marsaxlokk – LNG Tanker – External Emergency Plan

Question

Peress li fl-External Emergency Plan relatat mal-irbit tat-tanker tal-LNG fil-port ta' Marsaxlokk jistipola li għandu jkun hemm proċeduri ta' evakwazzjoni għan-nies f'każ ta' inċident fil-Power Station ta' Delimara u/jew fit-tanker tal-LNG u/jew fir-refuelling tanker, tista’ l-Ministru tgħid liema residenti jridu jiġu evakwati, ta' liema lokalità, kemm nies għandhom jiġu evakwati f'każ ta' inċident, kif se jiġu evakwati u x'inhu l-pjan ta' emerġenza?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28445.

Polishing Plants – dispensers elettroniċi – top up cards

Question

B'referenza għall-miżura fl-aħħar baġit fir-rigward ta' żvilupp tal-infrastruttura relatata mat-tqassim tal-ilma mill-polishing plants permess ta' dispensers elettroniċi li jaħdmu b'top-up cards, jista’ l-Ministru jgħid kif dan l-ilma se jitwassal għand il-bdiewa, jekk hux permezz ta' pajpijiet fl-għelieqi tagħhom, jekk ikollhomx imorru għalih bil-bowsers il-bdiewa u r-raħħala stess, jew jekk hux se jitwassal bil-bowser għand il-bdiewa minn terzi? Jekk se jitwassal għand il-bdiewa minn terzi, min se jħallas għal dan is-servizz? Il-bdiewa se jiġu mġegħla jħallsu għal dan l-ilma jew se jingħata lilhom b'xejn ħalli jinċentiva lill-bdiewa u r-raħħala jużaw l-ilma mill-polishing plants?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Polishing Plants – dispenser elettroniċi – tqassim ta’ ilma

Question

B'referenza għall-miżura fl-aħħar baġit fir-rigward ta' żvilupp tal-infrastruttura relatata mat-tqassim tal-ilma mill-polishing plants permess ta' dispensers elettroniċi li jaħdmu b'top-up cards, jista’ l-Ministru jgħid f'liema rħula u areas f'Malta u Għawdex se jitwassal dan l-ilma? Kemm-il bidwi se jkun jista’ jagħmel użu minn dan l-ilma?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Polishing plants – dispensers elettroniċi

Question

B'referenza għall-miżura fl-aħħar baġit fir-rigward ta' żvilupp tal-infrastruttura relatata mat-tqassim tal-ilma mill-polishing plants permess ta' dispensers elettroniċi li jaħdmu b'top-up cards, jista’ l-Ministru jgħid kemm metri kubi ta' ilma se jitqassam lill-bdiewa? X'inċentivi se jingħataw il-bdiewa biex jużaw dan l-ilma?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Produzzjoni u promozzjoni ta' prodotti agrikoli – fondi vvutati

Question

B'referenza għall-miżura fl-aħħar baġit fir-rigward tal-produzzjoni u promozzjoni ta' prodotti agrikoli, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fondi vvutati biex jippromwovu l-prodott agrikolu Malti?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif imsemmi fil-baġit, se jintużaw Fondi Ewropej kofinanzjati ma’ fondi nazzjonali fil-qafas ta’ dak li hu previst u permess fil-programm tal-iżvilupp rurali sabiex issir ċertifikazzjoni u promozzjoni ta’ prodotti agrikoli ta’ kwalità fil-qafas tal-iskema ‘Ikel ta’ Kwalità’. Il-miżura relevanti (Miżura 03) hija programmata b’massimu ta’ kontribuzzjoni minn Fondi Ewropej ta’ €3,375,000 li jirrapreżentaw 75% mill-finanzjament totali, b’25% oħra bħala kofinanzjament nazzjonali mill-Gvern.

Produzzjoni u promozzjoni ta’ prodotti agrikoli – liġi ta’ marka ta’ kwalità

Question

B'referenza għall-miżura fl-aħħar baġit fir-rigward tal-produzzjoni u promozzjoni ta' prodotti agrikoli, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet il-liġi biex tingħata l-marka ta' kwalità? Fuq liema prodotti agrikoli se tingħata l-marka ta' kwalità? Meta tali liġi se tgħaddi mill-Parlament?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-abbozz leġeżlattiv ġie nnotifikat lill-Kummissjoni Ewropea u qegħdin nistennew, b’mod uffiċjali, l-approvazzjoni tal-abbozz. Il-marka ta’ kwalità se tkun eliġibli fuq il-prodotti kollha li jilħqu standards ogħla minn dawk stabbiliti mill-liġijiet eżistenti. Peress li hi liġi sussidjarja din mhux se jkollha bżonn tgħadddi mill-Parlament iżda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra bħala avviżi legali skont il-proċedura.
Leg 12 PQ #28858 Sitting 459 2016-12-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Acute case u long term care case – spiża ta’ kuljum

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li acute case tqum lill-Gvern kuljum? Jista’ jgħid jekk dan jinkludix l-investigazzjonijiet u trattament kollu? Jista' jgħid kemm huwa kkalkulat li long-term care case iqum kuljum lill-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża ta' trattament ivarja skont n-natura tiegħu, bejn minimu ta' €105 għal vista fid-dipartiment tal-emerġenza sa 'l fuq minn €15,000 għal każijiet ta' operazzjonijiet kumplessi.
Leg 12 PQ #28859 Sitting 459 2016-12-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex — spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali fl-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena: (1) għall-Isptar Mater Dei u (2) l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'seduta ohra.