Legislature:
Category:
Reset
Active:

Heritage Malta – L-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni — xogħol

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19156, jista' l-Ministru jgħid meta ħa jibda x-xogħol ġewwa l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni? Jista' jgħid għaliex dan ix-xogħol ġie pospost minn tal-inqas erba’ darbiet u ma bediex fiż-żmien kif kien stipulat?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 28234, li għamel hu stess, fejn diġà ġie mwieġeb li x-xogħol ilu li beda xhur. Ix-xogħol kien ġie pospost peress li l-ewwel darba li ħareġ it-tender ma kien hemm l-ebda offerta, fit-tieni darba ma kien hemm l-ebda offerta li kienet eleġibbli, filwaqt li fit-tielet darba saret negotiated procedure ma' dawk li kienu tefgħu l-offerta fit-tieni darba.

Heritage Malta – Principal Curator

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta ingaġġat żewġ Principal Curators - Phoenician, Roman and Medieval filwaqt li s-sejħa kienet għal Principal Curator - Phoenician, Roman and Medieval wieħed biss?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li dan sar minħabba li kien hemm żewġ kandidati ta’ livell għoli u għalhekk ġie deċiż li jinħatru tnejn peress li d-dipartiment imsemmi għandu bżonn ta’ iktar riżorsi umani.

Proġett MUŻA – post ta’ project manager

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19165, jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta mhux se tingaġġa full-time project manager fuq dan l-proġett ta' importanza nazzjonali (MUŻA)? Jista' jgħid għaliex mhux se jintuża l-mudell li ntuża fi proġetti oħra li mexxiet tant tajjeb Heritage Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li mhemmx għalfejn jiġi ingaġġat full-time project manager fuq il-proġett tal-MUZA peress li l-aġenzija għandha fi ħdanha impjegati professjonali li jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol, u għalhekk il-flus li kieku marru għal dan is-servizz jistgħu jintefqu fi ħwejjeġ oħra iżjed important fil-proġett innifsu. Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li impjegati ta’ Heritage Malta diġà qdew il-funzjoni ta’ project management fil-proġett ta’ Sant Anġlu.

Heritage Malta – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25668 u jgħid jekk impjegat ġdid f'Heritage Malta, li jkun għadu taħt probation ta' sena hux eleġibbli biex joqgħod għall-interview għall-post ieħor li jkun mitqies bħala promozzjoni fi grad għax minn dakinhar li saret il-mistoqsija oriġinali ngħata l-ittra ta' ħatra l-ġdida hekk kif spiċċat is-sena probation?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda regolament li jeskludi lil xi ħadd milli joqgħod għal xi interview ladarba jkollu r-rekwiżiti meħtieġa.

Ħal Qormi – lifts f’appartamenti ta’ akkomodazzjoni soċjali

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28784, jista’ l-Ministru jagħti s-sena li fiha sar kull lift li sar fi blokk ta’ appartamenti ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Qormi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’żieda mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 28784, il-lifts istallati mill-Awtorità tad-Djr, ġewwa l-blokkok ta’ appartamenti fil-lokalità ta’ Ħal Qormi, ġew istallati fis-snin imsemmija u kif qiegħed jidher fit-tabella t’hawn taħt: Data ta’ istallar Blokk / Indirizz Lokalità 2004 Blk 1 Triq id-Deheb Fin Ħal Qormi 2009 Blk 3 Triq id-Deheb Fin Ħal Qormi 2003 Blk 4 Triq id-Deheb Fin Ħal Qormi 2006 Blk 5 Triq id-Deheb Fin Ħal Qormi 2011 Blk 6 Triq id-Deheb Fin Ħal Qormi 2009 Blk B, Ta' Paskarella Triq Guze' Duca Ħal Qormi 2006 Blk 6 Triq il-Fontanier Ħal Qormi 2006 Blk 11 Vjal de la Cruz Ħal Qormi 2011 Blk C Triq is-Sebħ Ħal Qormi 2016 Blk D Triq is-Sebħ Ħal Qormi

Is-Siġġiewi – lifts f’appartamenti ta’ akkomodazzjoni soċjali

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28786, jista’ l-Ministru jagħti s-sena li fiha sar kull lift li sar fi blokk ta’ appartamenti ta’ akkomodazzjoni soċjali fis-Siġġiewi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’żieda mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 28786, il-lifts istallati mill-Awtorità tad-Djar, ġewwa l-blokkok ta’ appartamenti fil-lokalità tas-Siġġiewi, ġew istallati fis-snin imsemmija u kif qiegħed jidher fit-tabella t’hawn taħt: Data ta’ istallar Blokk / Indirizz Lokalità 1993 Binja Hesri, Ent B Is-Siġġiewi 1993 Binja Hesri, Ent C Is-Siġġiewi 1993 Binja Hesri, Ent D Is-Siġġiewi 1993 Binja Hesri, Ent E Is-Siġġiewi 1993 Binja Hesri, Ent F Is-Siġġiewi 1993 Binja Hesri, Ent G Is-Siġġiewi 1993 Binja Hesri, Ent H Is-Siġġiewi 2005 Blk 2, Ent B Triq Ramija Is-Siġġiewi 2005 Blk 3, Ent A Triq Ramija Is-Siġġiewi 2016 Blk 3, Ent B Triq Ramija Is-Siġġiewi

Transport Malta — xogħlijiet fuq toroq ġodda - kriterji

Question

Billi repetutamnt jingħadd li Transport Malta ma tagħmilx xogħol fuq toroq ġodda jekk is-sidien ma jkunux iffirmaw it-triq u jekk ma jkunx hemm 70 fil-mija tat-triq mibnija, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk matul din is-sena sarux toroq li ma kienx jilħqu dawn iż-żewġ kriterji? Jekk iva fejn jinsabu dawn l-istess toroq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm każijiet matul din is-sena fejn saru toroq li ma kinux jilħqu l-kriterji msemmija. Dawn it-toroq kienu: - Żebbuġ, Triq Patri Andrea Azzopardi - Marsaskala, parti minn Triq il-Vjola - Marsaskala, partijiet minn Triq id-Dugħ u Triq Lorry Sant - Birżebbuġia, n/s fi Triq il- Kus (Wied il-Klima) - Fgura, parti minn Triq Pawlu Micallef - San Pawl il-Baħar, parti minn Triq it-Tamar u n/s fi Triq Port Ruman - San Ġiljan, parti minn Triq Brydone, Ta’ Ġiorni

Transport Malta — Belisha Lights

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn jinsabu u kemm hawn Belisha lights madwar Malta, raħal b'raħal jew belt b'belt rispettivament? Tista' Transport Malta tikkunsidra li tbiddel dawn il-lights f'pelican lights jew traffic lights normali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta tikkunsidra talbiet għal pelican lights każ każ wara li tirċievi talba mingħand il-kunsill lokali rispettiv. Qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ zebra crossings f’kull lokalità skont l-informazzjoni li għandha t-Taqsima tal-Immaniġġar tat-Traffiku fi ħdan Transport Malta.
Leg 12 PQ #29033 Sitting 460 2016-12-07 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn — bini ta' breakwater

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi għal dak li jikkonċerna l-bini ta' breakwater f'Marsalforn? Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 28672 u 27718.
Leg 12 PQ #29034 Sitting 460 2016-12-07 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ir-Rabat - Triq Għajn Qatet - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar ix-xogħol sar fi Triq Għajn Qatet, ir-Rabat, Għawdex, matul din is-sena? X'inhi r-raġuni li għaliha ma sarx ix-xogħol kollu meħtieġ f'din l-istess triq?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat illi sa issa tlesta x-xogħol fuq l-ewwel fażi. Ix-xogħol fuq il-kumplament tat-triq ser jitkomplew u jitlestew matul s-sena d-dieħla wara li jitlesta xi xogħol mill-Enemalta.

Kunsilliera Lokali li spiċċaw mill-kunsilli tagħhom

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu n-numru ta' kunsilliera lokali li spiċċaw mill-kunsilli tagħhom matul is-sena li għaddiet, lokalità b'lokalità? Kemm kien hemm membri tal-kumitati lokali li spiċċaw mill-Kumitat tagħhom matul l-istess perjodu? Minn fejn huma?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena li ser tintemm dalwaqt, sa isse kien hemm total ta’ għaxar (10) kunsillieri li spiċċaw. F’dan l-istess żmien ma kien hemm l-ebda membru ta’ Kumitat Amministrattiv li spiċċa. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Qrati Maltin — każjiet ta' mandati ta' arrest għal xhieda

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet ta' mandati ta' arrest għal xhieda li ma dehrux quddiem il-Qrati Maltin matul din is-sena? Kemm minnhom ġew esegwiti?

Response (BONNICI, OWEN)

Matul din is-sena, fil-Qorti u Tribunali Ċivili Malta kien hemm 61 mandat t`arrest u fil-Qorti ta` Għawdex għal dak li jirrigwarda kawżi ċivili kien hemm 13-il mandat t`arrest. S'issa għadha ma tinżammx statistika dwar jekk il-mandat ikunx ġie eżegwit jew le.

Transport Malta — Advertising u Proġett tal-Kappara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min qiegħed jieħu ħsieb l-advertising ta’ Transport Malta u/jew il-Ministeru dwar il-Proġett tal-Kappara? Jista’ jgħid jekk din il-kumpanija/persuna ntgħażlietx wara sejħa pubblika?

Response (MIZZI, JOE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 29042, inżid ukoll li Transport Malta użat is-servizzi tal-kumpanija Ikona għad-disinn ta’ artwork relatat mal-kampanja tal-proġett tal-Kappara. Kif intqal fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29042, placements mal-mezzi tax-xandir saru direttament minn Transport Malta mingħajr l-involviment tal-ebda aġenzija u għaldaqstant ma kienx hemm bżonn ta’ sejħiet pubbliċi.

Kampanja tal-Proġett tal-Kappara — ħatra ta' konsulent

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk inħatarx konsulent biex jieħu ħsieb il-kampanja tal-Proġett tal-Kappara? Jekk iva, min hu jew min hi? Kif ġiet magħżula din il-persuna?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ħadet ħsieb il-kampanja tal-Proġett tal-Kappara internament. Transport Malta użat is-servizzi ta’ konsulenza tal-kumpanija Striped Sox biex tgħin fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-kampanja.

Awtorità Maltija dwar il-Logħob – dħul mit-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien id-dħul mit-taxxa għas-sena 2015, miġbura mill-Awtorità Maltija dwar il-Logħob?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Fl-2015, il-MGA għaddiet lill-Gvern €55.8 miljun f'taxxi fuq il-logħob li nġabru matul is-sena. Għas-sena finanzjarja li ninsabu fiha, jiġifieri 2016, dan id-dħul mistenni li jitla għall-€56.7 miljun. Ta' min wieħed issemmi li l-Gvern apparti t-taxxi fuq il-logħob, idaħħal dħul ieħor bħal per eżempju taxxa fuq l-Income u VAT li jiġu ġġenerati mill-industrija u s-servizzi anċillari. Fis-sena 2015, l-industrija tal-gaming f'Malta ġġenerat mas-€700 miljun f'attività ekonomika li jfisser madwar 10% tal-ekonomija ta' Malta.

Awtorità Maltija dwar il-Logħob — ftehim mal-Microsoft

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-għan tal-ftehim bejn l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob u l-Microsoft?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-għan tal-ftehim mal-Microsoft hu li jiġu mmodernizzati s-sistemi kollha ta' kif taħdem l-Awtorità. Filfatt, dan huwa parti minn proċess ta' riformi kbar li għaddejja minnu l-MGA biex tkun iżjed effiċjenti u effikaċi fil-mod kif topera. Hu strategikament importanti li f'settur daqshekk dinamiku bħar-remote gaming, ir-regulatur ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu sistemi u teknoloġiji mill-aktar moderni u sofistikati biex b'hekk l-operat regolatorju u l-komunikazzjoni bejn l-Awtorità u l-operatur isir kollu online. Fost is-sistemi li se jiġu implimentati hemm document management system fejn id-dokumentazzjoni kollha tal-Awtorità tiġi diġitalizzata, online portal u customer relationship management system li se tagħti faċilità lill-Awtorità ta' informazzjoni kompleta b'rappurtaġġ u immedjatezza biex b'hekk tiżdied l-effiċjenza. Dawn kollha se jkunu ibbażati fuq it-teknoloġija ta' Microsoft.

Awtorità Maltija dwar il-Logħob – dħul iġġenerat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi dħul iġġenerat l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob matul is-sena li għaddiet?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Fl-2015, il-MGA għaddiet lill-Gvern €55.8 miljun f'taxxi fuq il-logħob li nġabru matul is-sena. Għas-sena finanzjarja li ninsabu fiha, jiġifieri 2016, dan id-dħul mistenni li jitla għall-€56.7 miljun. Ta' min wieħed issemmi li l-Gvern apparti t-taxxi fuq il-logħob, idaħħal dħul ieħor bħal per eżempju taxxa fuq l-Income u VAT li jiġu ġġenerati mill-industrija u s-servizzi anċillari. Fis-sena 2015, l-industrija tal-gaming f'Malta ġġenerat mas-€700 miljun f'attività ekonomika li jfisser madwar 10% tal-ekonomija ta' Malta.

Awtorità Maltija dwar il-Logħob — liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu liċenzji mill-Awtorità Maltija dwar il-Logħob fis-sena 2015?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Infurmat hekk: Banek tal-Lottu - 246 Casinos - 4 Kumpaniji iGaming - 269 Fis-sena 2015, l-Awtorità ħarġet 88 liċenza ġdida f'dak li għandu x'jaqsam ir-remote gaming. Dan iffisser żieda ta' 4% fuq is-sena ta' qabel. Ta' min isemmi ukoll li l-kontribuzzjoni ekonomika tas-settur tal-gaming fl-ekonomija Maltija kibret bi 3.7% meta mqabbla mal-2014.

Awtorità Maltija dwar il-Logħob – titjib fis-servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi tagħmel l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob biex tkompli ttejjeb is-servizzi tagħha biex tindirizza l-ilmenti tal-konsumaturi?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Is-sena li għaddiet, l-Awtorità bdiet toffri mezz ta' komunikazzjoni hekk imsejjaħ chat channel. Dan iċ-chat channel jopera bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa u jintuża minn dawk il-konsumaturi li jridu aġġornament fuq l-ilmenti li ssottomettew għall-iskrutinju tal-Awtorità. Fis-sena 2015, it-tim tal-player support itratta 1,083 interazzjoni mal-konsumaturi fuq dan il-mezz ta' komunikazzjoni innovattiv. Barra minnhekk, it-tim tal-player support se jkun qed jaġġorna s-sistema tar-reġistri min dik ibbażata fuq waħda manwali għal sistema totalment diġitali biex b'hekk iżid l-effiċjenza tal-mod kif jindirizza u jittrata dawn l-ilmenti. Ta' min jirrimarka li f'dan il-każ, il-konsumatur ikun fil-maġġoranza assoluta tal-każijiet, ġugatur barrani li jkollu xi probelma ma' wieħed mis-siti tal-logħob awtorizzati mill-MGA.