Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeri – bdil ta’ toilets

Question

Tista’ l-Ministru tagħti rendikont ta’ kemm-il sinjaletika għal gender neutral toilet inbidlu f’Ministeri u entitajiet oħra sabiex isiru aċċessibbli għal kull ġeneru, wara ċ-ċirkolari maħruġa mill-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel il-ħruġ ta’ Memo intern għas-Segretarji Permanenti nhar it-8 ta’ Lulju 2016 in-numru ta’ toilets gender neutral kienu jammontaw għal 368. Wara l-implementazzjoni ta’ dan il-Memo, in-numru ta’ dawn it-toilets tela’ għal 674, jiġifieri żieda ta’ 306 jew 83%.

Learning Support Assistants f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Learning Support Assistants Għawdxin li kienu jaħdmu Malta però ġew trasferiti għal Għawdex minħabba mard kroniku? Jista’ jgħid x'tip ta’ mard qed ibatu dawn il-ħaddiema?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li hemm 14-il LSA li ġew trasferiti Għawdex minħabba mard kroniku. It-tip ta’ mard li jbatu minnu dawn il-ħaddiema huwa kif se nsemmi: Numru ta’ LSAs Isem tal-marda 1 Multiple Sclerosis 1 Spina Bifida 1 Psoriatic Arthritis 1 Irritable bowel Syndrome 1 Left Interparenchymal Haemorrhage 1 Migraine Associated Dizziness 1 Failed Back Surgery Syndrome 1 Spinal Injury 1 Cerebral Pulsy 1 Disc Prolapse 1 Talus Bone Coalition 1 Low Back Pain 1 LUPUS 1 Extensive Deep Vein Thrombosis

Malta Gaming Authority – riżultati miksuba mill-Enforcement

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tar-riżultati miksuba mill-enforcement tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA) fl-2013, 2014 u l-2015, sena b’sena?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Riżultati ta' nfurzar fuq liċenzji tal-logħob minn distanza: SENA 2013 Sospensjonijiet = 8 Kanċellazzjonijiet = N/A Multi Maħruġa = 6 SENA 2014 Sospensjonijiet = 5 Kanċellazzjonijiet = N/A Multi Maħruġa = 16 SENA 2015 Sospensjonijiet = 21 Kanċellazzjonijiet = 9 Multi Maħruġa = 47 Rizultati ta' nfurzar fuq stabbilimenti ta' divertiment: Fl-2013 saru tmien spezjonijiet għall-kaxxi tal-logħob illegali Fl- 2014 saru 14 -il spezzjoni għall-kaxxi tal-logħob illegali u 24 spezzjoni rigward tombla illegali Fl-2015 saru 16 -il spezzjoni għall-kaxxi tal-logħob illegali u 11-il spezzjoni għall-tombli illegali Ta' min wieħed issemmi li l-ispezzjonijiet għall-kaxxi tal-logħob illegali jsiru biss konġunti mal-membri tal-Korp tal-Pulizija u sta għall-pulizija jekk jittieħdux passi kriminali jekk ikun il-każ.

MITA – servizzi tal-e-Government

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 23944 għas-servizzi kollha tal-e-Government operati fuq is-sistemi tal-MITA?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Submarine cable bejn Malta u Marsilja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuwa t-timeline biex jitwettaq il-proġett tas-submarine cable bejn Malta u Marsilja?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Kif ġie indikat fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28363, il-Gvern qiegħed f’diskussjonijiet mal-European Investment Advisory Hub (EIAH) fi ħdan il-European Investment Bank. It-timeline kif ukoll il-mudell ta’ kif is-submarine cable se jiġi mħaddem se jiġu ddeterminati meta d-diskussjonijiet mal-EIAH ikunu konklużi.

MCA – Net Neutrality

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) hijiex qiegħda tinforza l-prinċipji ta’ Net Neutrality u jekk iva, kif qed tagħmel dan?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-Awtorità ta’ Malta dwar il Kommunikazzjoni kompliet fil-ħidma tagħha dwar in-Net Neutrality tar-Regolament (UE) 2015/2120 billi fost oħrajn ikkomunikat mal-operaturi kkonċernati sabiex tassigura li ikun hemm konformità da parti tal-istess operaturi mad-dispożizzjonijiet applikabbli, fosthom dawk dwar it-trasparenza fil-kuntratti dwar ġestjoni ta’ traffiku, rimedji u għoti ta’ kumpens. Sabiex tagħmel dan, l-Awtorità qiset sew l-artikoli applikabbli tar-Regolament, kif ukoll il-linji gwida li ppubblikat il BEREC f’Awwissu ta’ 2016, fir-rigward ta’ liema l-Awtorità tat is-sehem tagħha fit-tfassil tagħhom.

Proċeduri biex Fond/proprjetà tal-Gvern ikun allokat għal operat retail

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk teżistix proċedura stabbilita biex persuna tkun allokata fond/proprjetà tal-Gvern biex jintuża għal operat retail?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Safi Aviation Park – proġett

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26773, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx aktar proġetti ta’ avjazzjoni ġodda/addizzjonali li huma kommessi li jsiru fis-Safi Aviation Park jew f’xi art fil-viċinanza?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li apparti mill-proġetti msemmija fit-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 26773, qiegħed isir titjieb fl-infrastruttura billi titwessa t-Taxiway eżistenti biex tkun tista' tieħu ajruplani akbar.

Produzzjoni u promozzjoni ta’ prodotti agrikoli

Question

B'referenza għall-miżura fl-aħħar baġit fir-rigward tal-produzzjoni u promozzjoni ta' prodotti agrikoli, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti li qed jaħdmu fuq din l-inizjattiva?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil Onor. Interpellant li fl-2014, Il-Gvern qabbad lill-CIHEAM sabiex iservu bħala konsulenti għat-twaqqif tal-iskema ta’ kwalità. Il-qafas ġie mfassal u kkomunikat lill-Kummissjoni Ewropea. Bħalissa m’hemm l-ebda konsulenti jaħdmu fuq din l-iskema ta’ kwalità.
Leg 12 PQ #28880 Sitting 460 2016-12-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet Pubbliċi – interventi ta’ IVF / ICSI/ PESA / TESA / IVU

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm pazjenti għamlu l-intervent tal-IVF / ICSI / PESA / TESA / IVU fl-isptarijiet pubbliċi minn meta bdew isiru dawn l-interventi, sal-lum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta beda jingħata s-servizz tal-IVF/ICSI ġewwa Sptar Mater Dei saru 386 intervent li minnhom ibbenefikaw 278 koppja, għaliex kien hemm koppji li għamlu iktar minn intervent wieħed. Kien hemm ukoll 17-il intervent ta’ TESA/PESA fuq pazjenti irġiel.
Leg 12 PQ #28881 Sitting 460 2016-12-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei u Sptar Ġenerali t’Għawdex — sodod

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija kkalkulata li swiet kull sodda fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex (separatament) kull sena fl-aħħar sitt snin? X’tinkludi din l-ispiża?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-medja ta’ kemm swiet kull sodda kull lejl mill-2012 sal-2015 fl-Isptar Mater Dei kienet €874.40.
Leg 12 PQ #28882 Sitting 460 2016-12-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Spiża għas-Saħħa — ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif titħallas l-ispiża għas-saħħa? Jista’ jispjega jekk hemmx persentaġġi mill-VAT, mill-NI u mit-taxxi li jmorru direttament għall-ispiża tas-saħħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża tas-saħħa titħallas mill-budget hekk kif approvat fil-Parlament. Għat-tieni parti tal-mistoqsija nitolbu biex jirreferiha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #28883 Sitting 460 2016-12-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

ART Unit — somma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija s-somma totali – kollox inkluż (laboratorju, impjegati, speċjalisti, maintenance, apparat, dawl, work-up, stationery, kmamar tal-operazzjoni) li l-Gvern nefaq minn mindu bdiet topera l-ART (Assisted Reproductive Technology) Unit?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-somma totali li l-Gvern nefaq minn mindu bdiet topera l-ART iġifieri mill-2013 sal- 2016 hija ta’ €1,512,801.13.
Leg 12 PQ #28894 Sitting 460 2016-12-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Awtoritá għall-Protezzjoni ta’ Embrijuni – miżata għall-interventi tal-IVF/ICSI

Question

B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 28549 u 28550, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-miżata dovuta lill-Awtorità għall-Protezzjoni ta' Embrijuni għal kull intervent ta' IVF/ICSI li jsir, għolietx minn €90 għall-€130? Jaf il-Ministru li din hija taxxa ġdida fuq koppji li jiddeċiedu li jagħmlu dawn l-interventi fi sptarjiet jew kliniċi privati għax għalkemm din titħallas mill-isptar/klinika privata lill-Awtorità, iżda finalment huwa l-pazjent li jġorrha? Ma jaħsibx li dan huwa piż żejjed fuq dawn il-koppji? Jista' jieħu l-passi biex din titneħħa jew almenu terġa’ tiġi ridotta għall-€90 għal kull intervent?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 28549 u 28550, nerġa' nfakkru li hi l-klinika liċenzjata li tħallas għal dawn il-miżati.
Leg 12 PQ #28895 Sitting 460 2016-12-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Iż-Żebbuġ Għawdex – shooting range — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol sar fuq ix-shooting range taż-Żebbuġ, Għawdex f’dawn l-aħħar tliet snin? Kemm sewa dan ix-xogħol u jekk dan sarx b'direct order jew tender? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar l-amministrazzjoni ta' din ix-shooting range mill-Gozo Clay Target Association? Kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'din ix-shooting range llum u min iħallas il-pagi ta' dawn il-ħaddiema?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li din is-sena saret tinda li tiprotegi t-tiraturi mill-elementi peress li t-tinda li kien hemm kellha bzonn tinbidel u li din ġiet mħallsa minn Sport Malta. Saret manutenzjoni kostanti tas-sit mill-Ministeru għal Għawdex. Ninsab infurmat ukoll li ma hemm l-ebda ftehim formali mal-Gozo Clay Target Association dwar l-amministrazzjoni ta’ din ix-shooting range. Il-Ministeru għal Għawdex jipprovdi tlett watchmen u ħaddiem ieħor li jagħmel xogħol ta’ manutenzjoni.

Is-Siġġiewi – każijiet ta’ serq irrapportati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrapportati fis-Siġġiewi xahar b’xahar mill-2013 sal-lum? X’tip ta’ serq ġie rrapportat? Kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li kien hemm mitejn u disa’ u tletin (239) każ ta’ serq irrapportati fis-Siġġiewi mis-sena 2013 sal-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata ta’ dawn il-każijiet xahar b’xahar li tinkludi wkoll it-tip ta’ serq irrapportat. Minn dawn il-każijiet tnejn u għoxrin (22) każ ġew solvuti.

Ħal Luqa – każijiet ta’ serq irrapportati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrapportati f’Ħal Luqa xahar b’xahar mill-2013 sal-lum? X’tip ta’ serq ġie rrapportat? Kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li kien hemm tlett mija u wieħed u sebgħin (371) każ ta’ serq irrapportati f’Ħal Luqa mis-sena 2013 sal-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista dettaljata ta’ dawn il-każijiet xahar b’xahar li tinkludi wkoll it-tip ta’ serq irrapportat. Minn dawn il-każijiet erbgħa u erbghin (44) każ ġew solvuti.

Ħal Qormi – każijiet ta’ serq irrapportati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrapportati f’Ħal Qormi xahar b’xahar mill-2013 sal-lum? X’tip ta’ serq ġie rrapportat? Kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li kien hemm tmien mija u żewġ (802) każi ta’ serq irrapportati f’Ħal Qormi mis-sena 2013 sal-aħħar t’Ottubru ta’ din is-sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista dettaljata ta’ dawn il-każijiet xahar b’xahar, li tinkludi wkoll it-tip ta’ serq irrapportat. Minn dawn il-każijiet ħamsa u tmenin (85) ġew solvuti.

Ħal Qormi – serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hux konxju tal-biża’ li tnissel speċjalment fost l-anzjani minħabba serq li qed isir fit-toroq ta’ Ħal Qormi wara każijiet fejn l-aggressur kien qed jiġbed il-ġiżirajjen minn ma’ għonq l-anzjani, u fejn issa reġa’ kellna każ fejn l-aggressur sawwat anzjana biex jisraqha wara li ħarġet minn supermarket? Jista’ jassigurana li qed jittieħdu l-passi kollha neċessarji biex din l-aggressjoni tiġi mrażżna? X’qed isir?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-Pulizija hija konxja mill-każijiet li qed jirreferi għalihom. Fil-fatt saru u għadhom qed isiru diversi investigazzjonijiet mill-pulizija tad-Distrett u tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali. B’riżultat ta’ dan fix-xahar ta’ Ottubru persuna tressqet il-Qorti mill-Pulizija tad-Distrett u ġiet akkużata b’diversi reati, fosthom b’serq fuq persuna anzjana. L-istess persuna ġiet ikkundannata għal 3 snin priġunerija. Barra minn dan, id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali ressaq ukoll żewg persuni oħra fuq sensiela ta’ serq ta’ ġiżirajjen minn fuq l-anzjani u dan il-każ għadu għaddej. Fl-istess ħin qed isiru wkoll diversi rondi f’ħinijiet differenti tal-ġurnata.

Heritage Malta – voluntiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa xogħol għamlu l-voluntiera ta' Heritage Malta matul is-sena 2015? Jista' jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-policy tal-voluntiera?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li ma jinżammx kont formali tas-sigħat ta’ xogħol li jagħmlu l-voluntiera ma’ Heritage Malta. Ninsab infurmat ukoll li għadha ma ġietx stabbilità policy uffiċjali f’dan ir-rigward.