Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċekkijiet — ammonti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ kull cheque li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ingħata mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada jew mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol biex jgħaddihom lil ħaddieħor? Lil min kien indirizzat kull cheque?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada illi ċ-Cheque Receipt Register tal-Fondazzjoni qiegħed għand il-Pulizija fuq talba tagħhom. Għalhekk ma tistax tingħata l-informazzjoni mitluba.

Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada – Kap Eżekuttiv — kitba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal min kien jirreferi l-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada meta kitiblu “and his chum, the billiards player, will be moving to Mtarfa today.”? Min hu l-billiard player li qed jirreferi għalih?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Isem l-individwu li qed issir referenza għalih qiegħed jingħata lill-Onor. Interpellant separatament.

MCAST – Part-Time Lecturers – ħlas kull xahrejn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux veru li ġie deċiż li l-ħlas lil part-time lecturers fl-MCAST jibda jsir kull xahrejn? Jekk jikkonferma, jista’ jispjega għaliex ittieħdet tali deċiżjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċedura għall-ħlasijiet ta’ xogħol għal sigħat part-time issir regolarment kull xahar fejn il-ħlas ikun għal sigħat ta’ xogħol li jkunu ġew ivverifikati li saru xahrejn qabel. Biex wieħed jispjega aħjar, sigħat li jkunu nħadmu f’Jannar jiġu mħallsa mal-paga ta’ Marzu, dawk ta’ Frar mal-paga t’April. Dan huwa meħtieġ minħabba n-numru sostanzjali ta’ Part-Timers li l-MCAST timpjega fejn is-sigħat ta’ attendenza jkunu jridu jiġu ppreparati u vverifikati kollha f’daqqa skont kif jitolbu l-kontrolli interni ta’ Amministrazzjoni u Finanzi.

MCAST – Full-time lecturers – ħlas ta’ overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux veru li ġie deċiż li l-ħlas tal-overtime lil full-time lecturers fl-MCAST jibda jsir kull xahrejn? Jekk jikkonferma, jista’ jispjega għaliex ittieħdet tali deċiżjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċedura għall-ħlasijiet ta’ xogħol addizzjonali (u mhux overtime) lill-letturi li jaħdmu full-time issir regolarment kull xahar fejn il-ħlas ikun għal sigħat ta’ xogħol li jkunu ġew ivverifikati li saru xahrejn qabel. Biex wieħed jispjega aħjar, sigħat li jkunu nħadmu f’Jannar jiġu mħallsa mal-paga ta’ Marzu, dawk ta’ Frar mal-paga t’April. Dan huwa meħtieġ minħabba n-numru sostanzjali ta’ sigħat li jkunu mitluba biex isiru extra li l-MCAST titlob fejn is-sigħat ta’ attendenza jkunu jridu jiġu ppreparati u vverifikati kollha f’daqqa skont kif jitolbu l-kontrolli interni ta’ Amministrazzjoni u Finanzi.

Kunsilli Lokali – allokazzjoni finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’se tkun l-allokazzjoni finanzjarja għal kull kunsill lokali għas-sena 2017? Jista’ jgħid kif irid iqassam, jew jekk hemmx ringfencing, għal kull kunsill lokali għal dawn l-fondi?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28667 fir-rigward tal-allokazzjoni finanzjarja. Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Ċirkulari 43/2016 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali kif ukoll l-allokazzjoni kif imqassma u ngħatat diġa lil kull Kunsill Lokali mal-istess ċirkulari.
Leg 12 PQ #29114 Sitting 461 2016-12-12 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar – promozzjoni ta’ persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-sejħa skont il-collective agreement tal-Awtorità tal-Ippjanar, li biha l-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħatat promotion għal Skala 8?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li gejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma ngħatat l-ebda promotion għal skala 8.
Leg 12 PQ #29115 Sitting 461 2016-12-12 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar – overtime ta’ persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-overtime f'termini ta' sigħat u ħlas separatment tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bħala impjegata tal-Awtorità tal-Ippjanar minn Lulju 2016 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija maqsuma għal kull xahar ? Jista’ jgħid min approva dan l-overtime?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern lokali, Kunsilli Lokali u dipartimenti – ħlas lill-individwi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29028 u jgħid kemm intefqu flus li ngħataw lil individwi li b'xi mod taw is-servizzi tagħhom lill-kunsill lokali, dipartiment jew segretarjat jew Ministeru, u li tħallsu mill-voti tal-istess dipartiment, segretarjat jew Ministeru, sena b'sena fl-2014, 2015 u 2016 sal-aħħar ta’ Novembru 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni ghada qed tingabar u ser tinghata f’seduta ohra.

Transport Malta – records ta’ karozzi barranin

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta solvietx id-diffikultajiet li kellha mas-sistema ta' records ta’ karozzi barranin, biex fil-każ li dawn jiksru r-regolamenti tat-traffiku, ikunu jistgħu jittieħdu passi kontra tagħhom? Kemm hu n-numru ta’ vetturi barranin li qegħdin hawn Malta u li tagħhom Transport Malta għandha records? Minn liema pajjiżi huma reġistrati u kemm minn kull pajjiżi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta, permezz tad-Direttiva 2015/413 tal-Unjoni Ewropea, bdiet tiġbor informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza, li permezz tagħha jkunu jistgħu jiġu traċċati vetturi ta' sidien barranin li jwettqu kontravenzjonijiet f'Malta. Is-sistema bdiet taħdem mill-1 ta’ Awwissu ta’ din is-sena. Jiena nfurmat illi matul Awwissu u Settembru ta’ din is-sena kien hemm 488 vettura bi pjanċi barranin li kissru r-regolamenti tat-traffiku u li kienu qegħdin hawn Malta u li tagħhom Transport Malta għandha records inkluż il-pajjiżi li huma reġistrati fihom.
Leg 12 PQ #29120 Sitting 461 2016-12-12 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għas-Saħħa

Siġġiewi – għoti tal-mediċini ‘Warfarin’ mill-Berġa tas-Saħħa

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29024, jista' l-Ministru jara li t-test tad-demm li jikkonċerna l-Warfarin jibda jingħata fil-Berġa tas-Siġġiewi biex jiġi evitat l-iskariġġ għall-pazjenti, speċjalment dawk anzjani?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-testijiet tal-INR għal-pazjenti li jieħdu l-warfarina jsiru fit-8 ċentri tas-Saħħa ġewwa Malta kif ukoll fl-isptar Ġenerali t’Għawdex. Din is-sistema l-gdida u iktar efficjenti fejn il-pazjent b’semplici tingiza ikun jaf dak il-hin ir-rizultat u jinghata d-doza addata ghalih , bdiet minn din il-legizlatura ezattament minn April tal-2014.

Liċenzji tas-sewqan — persuni b'vista batuta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi liċenzji tas-sewqan li nħarġu għal persuni b'vista batuta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li persuni b’vista batuta tinħarġilhom liċenzja tas-sewqan biss wara li dawn jiġu ċċertifikati min tabib li huma tajbin biex isuqu, skont ir-Regolamenti dwar Vetturi bil-Mutur (Licenzji tas-Sewqan) – Leġislazzjoni Sussidjarja 65.18, it-Tmien Skeda Regolament 2. Nitlob lill-Onor. Interpellant li jekk jaf b’ xi każ, jgħaddili l-informazzjoni ħalli jittieħdu passi.
Leg 12 PQ #29122 Sitting 461 2016-12-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ftuħ ta’ Kawża — klawsola 21

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28884, jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-klawzola 21 li hemm imsemmija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Żoni ta’ Kummerċ Ħieles — entità

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx ħsieb li jkun hawn entità waħda governattiva li tirregola ż-żoni kollha ta’ Kummerċ Ħieles (Free Trade Zones) f'Malta u f'Għawdex?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Iva, bħalissa għaddej proċess biex jiġi emendat l-Att dwar il-Port Ħieles biex l-Awtorità għal Port Ħieles tinbidel għal Awtorità Maltija għal żoni ta` kummerċ Ħieles. Dan l-abbozz għandu jitressaq fil-Parlament fiż-żmien li ġej.

Port Ħieles – tnaqqis ta’ ħsejjes

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-miżuri li ttieħdu fil-Port Ħieles biex jonqsu l-ħsejjes u l-istorbju fl-akkwati?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Fl-2014 il-Malta Freeport Terminals Ltd ikkummissjonat rapport sabiex isir studju dettaljat fuq il-livelli ta’ ħsejjes f’Birżebbugia u l-akwati, koppja tar-rapport u is-sommarju tiegħu flimkien ma' power point presentation li jiġbor id-dettalji saljenti ta' dan ir-rapport qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Fl-opinjoni tagħna il-miżuri qed jittieħdu on an on-going basis.

Settur ta’ Loġistika f’Malta — tagħlim

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx ippjanat li jkun offrut iktar tagħlim fis-settur tal-loġistika f'Malta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-Universita ta` Malta diġà toffri courses fil-loġistika minn esperti fis-settur. L-istess qiegħed isir fl-MCAST fejn isiru courses għal dawk li jridu jaħdmu fil-Port Ħieles. Madankollu, nemmnu li l-approach fis-settur tal-loġistika għandu jkun ħolistiku u dan fid dawl li l-loġistika hija settur li l-Amministrazzjoni preżenti tixtieq timraħ fih fiż-żmien li ġej. Fid-dawl ta' dan kollu infurmat li hemm pjanati laqgħat bejn il-Ministru għall-Kompetittivita u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi u l-Fakultà tal-Ekonomija, Management u Accountancy fejn din tal-aħħar tinsab diġà f'kuntatti ma' universitajiet barranin biex ikun hemm numru ta' courses fil-loġistika, shipping u maritime economy. Fl-istess ħin is-settur privat ukoll qiegħed jaħdem f'dan is-sens fejn fil-preżent, il-Malta Maritime Forum qiegħed jagħmel analiżi tal-iskills gap li hemm fis-settur.

Port Ħieles — Investiment

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’investiment sar fl-aħħar snin fil-Port Ħieles?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Bejn Settembru tal-2009 u Mejju 2015 sar investiment totali ta’ €117.6m dawn huma maqsumin f’Infrastruttura €63.5m u Makkinarju €54.1m kif indikat fl-attachment ta' MFT Investments li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Transhipment Hub — pożizzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’inhi l-pożizzjoni ta` Malta bħala Transhipment Hub fil-Mediterran u fl-Ewropa?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Malta Freeport jinsab fit-48 post globali fil klassifika ta’ containers li jiġu maniġġjati fil-Portijiet din hija qabża ta' 5 postijiet mill-pożizzjoni tal-2014. Din l-istess klassifika fil-Mediterran issib lill-Malta Freeport fir-raba' post wara Valencia u Algeciras fi Spanja u Piraeus fil-Grecja. Dawn il-portijiet jimmanniġġaw 4.6m,4.5m u 3.3m rispettivament komparat ma’ 3.06m tal-Malta Freeport. Ta min wieħed jinnota li 2015 kienet l-ewwel darba li Malta Freeport kellha throughput akbar min tal-aktar kompetitur viċin li huwa Gioia Tauro fis-South ta’ l-Italja li immanniġġaw 2.5m.

Siti soċjali għall-promozzjoni tal-presidenza

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk hux se jintużaw siti soċjali sabiex tiġi promossa l-Presidenza?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-Presidenza se jintużaw diversi siti soċjali, fosthom: Twitter li jintuża’ l-aktar mill-politiċi u l-midja bbażata ġewwa Brussell; Facebook sabiex nikkomunikaw aktar maċ-ċittadin; Instagram għal ritratti aktar informali; Flickr għar-ritratti uffiċjali tal-Presidenza u Vimeo għall-fimati.

Attivitajiet għal setturi differenti tas-soċjetà

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xi attivitajiet li se jkunu qed jinvolvu setturi differenti tas-soċjetà?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programm kulturali tal-Presidenza li ser jittellá f’Malta se jkun wieħed varjat u se jinvolvi setturi differenti tas-soċjetà. Biex dan li skop jintlaħaq, dawn l-attivitajiet kulturali se jittellgħu flimkien ma’ dawk is-setturi li ta’ kull sena jkunu nvoluti fil-programm kulturali malti ippreparat mill-Kunsill Malti għall-Arti.