Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #29077 Sitting 461 2016-12-12 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ARMS LTD – ħlas minħabba danni minn power surges

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28867, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li tintuża mill-Enemalta p.l.c. sabiex l-ARMS tħallas id-danni lill-konsumaturi li jkunu sofrew ħsarat kawża ta' power surge? Jista' jgħid f'kemm żmien isir il-ħlas minn meta ssir it-talba mill-konsumatur?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28867.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi

Question

B'referenza għat-tweġibiet tiegħu għall-mistoqsijiet parlamentari 28506 u 28728, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma jridx jgħid min huma l-persuni, il-kumpaniji jew il-partnerships li ngħataw il-kuntratti u x-xogħlijiet kif imsemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28506? Jista' jgħid għalfejn mhuwiex qiegħed iwettaq il-wegħdiet tiegħu stess tal-programm elettorali ta' transparenza u kontabilità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li jiena tajt għall-mistoqsija parlamentari 28728.

Awtorità tad-Djar – ftehim ġdid ta’ kirja

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28903, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ħlas annwali ta' kera li qed tħallas l-Awtorità tad-Djar għall-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista' l-Ministru jgħid għal kemm żmien sar dan il-ftehim ta' kiri?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jiena tajt għall-mistoqsija parlamentari 28903

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – persuni li rċevew talba – rifużjoni ta’ ħlasijiet żejda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li rċevew talba mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sabiex jagħmlu rifużjoni ta' ħlasijiet żejda li saru mill-istess Dipartiment u dan minħabba żball min-naħa tad-Dipartiment fis-sena 2014, 2015 u 2016 sal-lum? Jista' jgħid ukoll għal kemm kienu jammontaw dawn il-ħlasijiet f'dawn is-snin, separatament minn xulxin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, tali informazzjoni qatt ma nżammet mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Kull ħlas żejjed li jiġi nnotat, jiddaħħal fis-sistema kompjuterizzata mingħajr distinzjoni.

Dipartiment tas-Sigurtà – mewt tal-konjugi

Question

Jista’ l-Ministru jekk pensjonant għandux obbligu li jinforma lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bid-data tal-mewt tal-konjuġi tiegħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, pensjonant u kull benefiċjarju ieħor, huwa obbligat li jinforma lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bid-data tal-mewt tal-konjugi tiegħu skont Artiklu 117 (1) tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, u kull bidla fiċ-ċirkostanzi tiegħu.
Leg 12 PQ #29082 Sitting 461 2016-12-12 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – ħsarat fit-toroq minħabba l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma

Question

B'referenza għar-risposta parlamentari preċedenti dwar ħsarat li qed jirriżultaw fit-toroq b'riżultat ta' xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'San Pawl il-Baħar, jista’ l-Prim Ministru jinvestiga l-ħsarat li hemm fi Triq il-Mosta, fi Triq Sir Luigi Preziosi, fi Triq Ċensu Tanti u fi Triq il-Qawra, fejn il-ħsarat huma evidenti ħafna?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa sabiex jiġi identifikat jekk il-ħsarat imsemmija jaqgħux taħt ir-responsabbilta’ taghha.
Leg 12 PQ #29083 Sitting 461 2016-12-12 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Memorandum of Understading iffirmati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il Memorandum of Understanding ġie ffirmat ma’ pajjiżi barranin minn Marzu 2013 sal-lum? Liema minn dawn ġew segwiti bi ftehim iktar konkret? Kemm pazjenti Maltin gawdew minn dan il-ftehim? Minn liema minnhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Marzu tal-2013 sal-lum ġew iffirmati 9 Memoranda of Understanding ma’ diversi pajji¿i barranin fosthom mal-Israel, Russja, L-Italja, San Marino, Montenegro, L-Irlanda, L-Ingilterra u l-Ġermanja.

Ħal Tarxien – Triq Birżebbuġa — asfaltar

Question

Jista’ l-Ministru jara li Triq Birżebbuġa, f’Ħal Tarxien tiġi asfaltata mill-iktar fis wara xogħlijiet li sarulha fl-aħħar xhur peress li l-istat tagħha issa hu ferm agħar milli kien qabel, b’periklu serju sija għar-residenti kif ukoll għal min jgħaddi minn hemm?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq it-triq imsemmija għadhom għaddejjin. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fuq il-gutter, u ġaladarba jispiċċaw dawn ix-xogħlijiet, isir l-asfaltar tat-triq.
Leg 12 PQ #29090 Sitting 461 2016-12-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Direct Orders

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29016 u 28712 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija, minn kull entità, Ministeru, Dipartiment, korporazzjoni u/jew awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015 u l-2016 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill Onor Interpellant ghat-twegiba nru 28712.
Leg 12 PQ #29091 Sitting 461 2016-12-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Nurses and Midwives Council — investigazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet marbuta mal-elezzjoni tal-Kunsill tan-Nurses u l-Midwives? X'inhi r-raġuni għalfejn din l-inkjesta qed tieħu daqshekk fit-tul?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28737.
Leg 12 PQ #29092 Sitting 461 2016-12-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli – ħaddiema mal-kuntrattur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu mal-kuntrattur fl-Isptar Monte Carmeli, f'Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottubru, Novembru u Diċembru 2016, separatament? X'tip ta' xogħol kienu qed jagħmlu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-medja ta’ ħaddiema li jaħdmu mal-kuntrattur fl-Isptar Monte Carmeli minn Ġunju sa Novembru tal-2016 kienet ta’ 439. Dawn il-ħaddiema kienu qed jagħmlu diversi xogħlijiet f’diversi dipartimenti u swali fosthom tindif, klerikali u carers.
Leg 12 PQ #29093 Sitting 461 2016-12-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini – xiri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw mediċini b'direct order u/jew emergency order minn Ġunju sa Diċembru 2016, xahar b'xahar,? Kemm-il direct order kien hemm? Kemm kien il-valur totali ta' dawn il-mediċini?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm mat-12,000 mediċini li nxtraw minn Ġunju sa Novembru tal-2016, 20 inxtraw bi proċess negozjat u 258 bi process t’emerġenza.
Leg 12 PQ #29094 Sitting 461 2016-12-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tad-Dentistrija — appuntamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm appuntamenti mad-Dipartiment tad-Dentistrija għall-Jannar, Frar u Marzu 2017 minħabba li tul Novembru u Diċembru 2016 dawn tħassru jew ġew posposti? Jista' jgħid ukoll għalfejn tħassru dawn l-appuntamenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi appuntamenti mad-dipartiment tad-dentistrija li tul Novembru u Diċembru ġew posposti se jsiru mill-aktar fis possibbli kemm fl-isptar Mater Dei u kif ukoll fi kliniċi dentali privati li aċċettaw li jagħmlu xogħol fil-privat bi ħlas mill-Gvern.Tajjeb li ngħid illi kuljum ikun hemm mat-80 pazjent li jżur l-Emerġenza minħabba problemi dentali.
Leg 12 PQ #29095 Sitting 461 2016-12-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Dentisti – xogħol privat bi ħlas mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm dentisti li aċċettaw li jagħmlu xogħol fil-privat bi ħlas mill-Gvern? Jista jagħti r-rata ta' ħlas għal dawn l-istess servizzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 4 dentisti li aċċettaw li jagħmlu xogħol fil-privat bi ħlas mill-Gvern u dawn qed jitħallsu b’rata ta’ €25 għal kull dental restoration. Ninformaha ukoll li ħarġet sejħa oħra għal-dentisti fi kliniċi privati sabiex ikunu jistaw joffru servizzi oħrajn bħal checkups għall-pazjenti tagħna bi ħlas mill-gvern. Din is-sejħa għalqet nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Diċembru 2016.
Leg 12 PQ #29096 Sitting 461 2016-12-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Brinzolamide Drops — pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn pazjenti li jużaw il-Brinzolamide drops (li huwa taqtir tal-għajnejn għal min għandu l-Glaucoma) qed jingħataw b’razzjon kull 20 ġurnata minflok jingħataw 3 stoċċijiet għal 56 ġurnata skont kif jinħarġu mill-POYC?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Brinzolamide beda’ jingħata bħala qtar alternattiv għal perjodu ta’ prova wara li rċevejna xi lmenti mill-pazjenti stess dwar il-qtar li kien qed jintuża qabel. Matul dan il-perjodu ta’ prova għal-pazjenti ġie ordnat stock urġenti u limitat ta’ qtar alternattiv-Brinzolamide, li kien skont id-doża preskritta mill-konsulent fuq bażi ta' named patient basis għall-moniteraġġ kliniku.

LESA — kuntratti - gwardjani lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28973, 28477 u 28562 u jgħid b’liema kuntratti qed taħdem il-Local Enforcement System Agency (LESA) biex tkun tista’ tqabbad il-Gwardjani Lokali? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-kuntratti? Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ffirmat kull kuntratt, minn min, meta jiskadi u kemm jiswa’ kull kuntratt?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-kuntratti de quo huma l-istess kuntratti li ġew iffirmati fi żmien Gvern preċedenti. Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq jara l-kuntratti privatament, m'għandi ebda problema li jsir dan.

Skema ta’ Tallinja Card b’xejn lil studenti ta’ 18-il sena

Question

Billi fil-budget tħabbar li se jkun hemm skema li permezz tagħha, żgħażagħ li jagħlqu 18-il sena kienu se jingħataw servizz ta' tallinja card b'xejn għal sena, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta bdiet titħaddem din is-sistema? Jekk għadha ma bdietx titħaddem, meta se tibda titħaddem? Kemm hu mistenni li tiswa din l-iskema?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema fejn dawk il-persuni li jagħlqu 18-il sena fis-sena 2017 sejrin jingħataw is-servizz tat-trasport publiku b'xejn għal sena sa massimu ta’ € 312, sejra tibda f’ Jannar 2017. Informazzjoni kif persuna tkun tista’ tapplika għal din l-iskema sejrin jitħabbru fil-ġranet li ġejjin. Għal din l-iskema ġew allokati Euro 500,000.

Ħaż-Żebbuġ — Triq Luigi Fontana - xogħlijiet ta' culverts u asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Triq Luigi Fontana, f'Ħaż-Żebbuġ hijiex responsabilità ta' Transport Malta jew tal-Kunsill Lokali biex isiru xogħlijiet ta' culverts u asfaltar?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Allowance u perkaċċi ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas l-individwu (persuna ta’ fiduċja tiegħu) li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament xahar b’xahar minn Marzu 2013 sa kemm tneħħa? Jista’ jgħid ukoll x’allowances jew perks oħra kien igawdi minnhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament kellu kuntratt ta’ position of trust għal perjodu qasir fl-2013. Huwa ngħata kuntratt bħala persuna ta’ fiduċja fis-27 ta’ Settembru 2013 u bagħat ir-riżenja tiegħu għaxart ijiem wara jiġifieri fis-7 ta’ Ottubru 2013. Wara li temm dan il-kuntratt, huwa ngħata contract of service bħala Head of Summer Projects, Maintenance Division, mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada. Dan il-kuntratt ma kienx wieħed ta’ person of trust u kien approvat mill-bord tal-FTS ta’ dak iż-żmien. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan il- contract of service. Tali kuntratt kien ingħata wara li ċ-Ċermen ta’ dak iż-żmien, il-Perit Samuel Formosa, għamel talba lill-Principal Permanent Secretary through il-Permanent Secretary MEDE ta’ dak iż-żmien, Dr James Calleja. Ta’ min jiċċara wkoll li huwa skorrett li jingħad li din il-persuna kienet head of procurement jew taħdem fl-uffiċċju tal- procurement.

Allowance u perkaċċi ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jitħallas l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament xahar b’xahar minn meta dan ġie trasferit fi ħdan il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll x’allowances jew perks oħra qed igawdi minnhom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament issosspendiet lilha nnifisha fit-18 ta’ Novembru 2016, mingħajr preġudizzju. Konsegwentament il-persuna kkonċernata bħalissa mhu qed tirċievi l-ebda allowances u/jew perks oħra. Is-salarju tiegħu huwa dak bażiku li bih ġie ssekondat mill-pożizzjoni preċedenti tiegħu.