Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #32654 Sitting 502 2017-04-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Kunsill/Bord tal-Psikoloġiċi — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill/Bord tal-Psikoloġiċi jinsabx xolt u jekk le, kemm ilu ma jiltaqa’?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema bord qed jirreferi.

Telephone Tapping

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet ta’ telephone tapping awtorizzati? Min awtorizza dawn l-istess tappings? Għal liema raġuni ntużaw dawn it-tappings matul l-aħħar 24 xahar? X’inhi l-proċedura li qed tiġi applikata biex jiġu awtorizzati tali tappings?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, dan is-suġġett ikun jista’ jiġi diskuss waqt il-Kumitat ta’ Sigurtà. Il-proċedura hija dik illi tinsab f’Kapitlu 391 tal-liġijiet ta’ Malta.

Pulizija – kwalifiki u kundizzjonijiet għal dħul fil-Korp

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi tnaqqis f’dawk li huma r-requirements ta’ kwalifiki, tul jew xi kundizzjonijiet oħra normalment marbuta ma’ dħul ta’ persuni biex isegwu taħriġ biex ikunu jistgħu jaħdmu ta’ pulizija? X’wassal għal dan it-tibdil, jekk inhu l-każ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li, l-kwalifiki akkademiċi baqgħu l-istess, iġifieri bħall-aħħar sejħa li kienet saret is-sena l-oħra, għall-postijiet ta' kuntistabbli (Gazzetta tal-Gvern 19,536 datata 16 ta' Frar 2016). It-tul iżda ġie imnaqqas b'centimetru mill-aħħar sejħa, għall-irġiel, minn 1.68m għal 1.67m u għan-nisa minn 1.58m għal 1.57m.

Ħal Qormi – Triq Valletta – two way

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31562, jista’ l-Ministru jgħid x'informazzjoni qiegħda tinġabar peress li dan it-tibdil sabiex Valletta Road tiġi two way ilu li ġie approvat mit-Traffic Management and Roads Safety Directorate iktar minn ħames xhur ilu? Jista’ jgħid ukoll għaliex il-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi qiegħed iżomm milli dan ix-xogħol jiġi implimentat?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Xiri ta’ siġar taċ-ċitru – każ ta’ indivdwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament rigward xiri ta' siġar taċ-ċitru?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nissuġġerrixi lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-individxwu biex jikkuntattja lid-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti, numru tat-telefon 2292 6535, għall-informazzjoni meħtieġa.
Leg 12 PQ #32675 Sitting 502 2017-04-04 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għall-Finanzi

VAT — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta' VAT?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Dipartiment tal-VAT diġà għamel kuntatt mal-individwu kkonċernat, u l-problema tiegħu ġie solvut.
Leg 12 PQ #29807 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Ħaddiema b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #29809 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Ħaddiema b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija tiegħu nsibha insensittiva għall-aħħar u politikament skorretta.
Leg 12 PQ #29810 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Ħaddiema b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif qed jinġabar.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Ħaddiema b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — Ħaddiema b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

MCDMS – NIL MGA – 4 MMA – NIL MCA - 1 MALTA FREEPORT –NIL MITA – 5 GAMING AUTHORITY - NIL

L-Imrieħel — bridge

Question

Wara li fil-21 ta’ Ġunju 2013 f’laqgħa pubblika l-Ministru ġie kkwotat jgħid : “A pedestrian crossing over the Mrieħel bypass will include solar-powered lifts, accoring to Infrastructure Minister Joe Mizzi. He made the announcement yesterday during a public consultation meeting at Auberge de Castille in Valletta, when he also displayed a desgin of the proposed bridge.” jista’ jgħid fejn hu dan il-bridge tant imwiegħed minnu fil-bypass tal-Imrieħel?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pedestrian Footbridge qiegħed jiġi mmanifatturat ġewwa l-impjant tal-kuntrattur. Bdew ukoll ix-xogħlijiet infrastrutturali fuq is-sit identifikat tul il-Bypass tal-Mrieħel. Ix-xogħol fuq dan il-proġett mistenni jitlesta sal-aħħar tat-tieni kwart ta’ din is-sena. Ninfurmah ukoll li saret talba lill-Ministeru biex meta jitlesta dan il-bridge, dan jissemma’ għal Emma Housley u Graziella Fenech, li kienu tilfu ħajjithom f’ inċident fatali f’ Awwissu tal-2005. Il- Ministeru qed jevalwa din it-talba.
Leg 12 PQ #31538 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada — Kunflitt ta’ interess fl-audit ta’ frodi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi ħa wara rapport fit-Times tas-27 ta’ Frar 2017 dwar kunflitt ta’ interess fl-audit tal-frodi fil-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada min-naħa tal-IAID?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 32266.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Direct orders lil kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jelenka d-direct orders li ngħataw wara l-2013 minn kull dipartiment li għalih iwieġeb hu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Meta ngħataw u kemm kull wieħed?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li d-direct orders li ngħataw lill-kumpanija indikata kienu dawn: 1. Tibdil u Installar mill-ġdid ta’ Network ġewwa l-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin u ċ-Ċentru li jilqa’ liż-zgħażagħ sabiex tkun tista’ ssir sorveljanza aħjar taż-żewġ postijiet fejn jinżammu dawk il-persuni li jkunu qed jiskontaw sentenza. Din għadu għaddej ix-xogħol fuqha u ser tiġi tiswa €880,000 (VAT eskluż) u l-approvazzjoni finali għal dan ix-xogħol ingħatat fl-14 ta’ Diċembru 2016. 2. Provvista u installazzjoni ta’ tagħmir għall-interrogazzjoni fi tmien (8) għases tal-Pulizija li l-valur tagħha jammonta għall-€35,623.55 (VAT inkluż) u l-approvazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi ngħatat fit-28 ta’ Novembru 2016.

Qorti – preżentata mill-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il preżentata taħt arrest fil-Qorti saru mill-Pulizija fl-2013, 2014, 2015, 2016 u 2017 s’issa, xahar b’xahar?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Awtorità tax-Xandir — Chairperson

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hux minnu li ntalab biex jikkunsidra li jappunta liċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir bħala Chairperson Eżekuttiv? Il-Ministru jaħseb li tagħmel sens din it-talba? Jekk il-Gvern qed jikkonsidra din it-talba b’mod pożittiv, jista’ jgħid kif se jkunu qed jinqasmu r-rwoli bejn iċ-Chairperson fil-funzjoni l-ġdida u l-Kap Eżekuttiv preżenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninfurma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Awtorità tax-Xandir – ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31589 u jgħid jekk wara li ġie rrapurtat li ċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir qalet li l-maġġoranza tal-ħaddiema tal-Awtorità tax-Xandir huma żejda, jekk il-Gvern hux jagħti piż lil din id-dikjarazzjoni u jekk hux se jaġixxi fuq din id-dikjarazzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninfurma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.