Appartament tal-Housing – problema tad-drenaġġ – każ ta’ persuna
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problema ta' drenaġġ f'appartament tal-housing?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, għada kemm saret spezzjoni minn uffiċċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar, fejn ġie vverifikat l-ilment u għaldaqstant ser ikunu qed jittieħdu passi biex isiru t-tiswijiet meħtieġa mill-aktar fis possibbli.
Jista' l-Ministru jindika jekk skont il-miżuri tal-budget, il-mediċina għal kontra l-kanċer bl-isem ta' Nivolumab humiex se jiddaħħlu fil-formularju sabiex jibdew jingħataw b'xejn lill-pazjenti? Jekk iva, minn meta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet jinsabu għaddejjin.
Ħal Qormi – Triq l-Erba’ Qaddisin – zebra crossing
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21728, jista' l-Ministru jindika x'kienu l-eżitu ta' dawn id-diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi dwar talba għal zebra crossing fi Triq l-Erba’ Qaddisin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-jiem li għaddew saru diskussjonijiet mas-Sindku ta’ Ħal-Qormi fuq din it-talba. Din ser tiġi diskussa mal-Kunsill, li minn naħa tiegħu għandu jressaq il-proposti tiegħu.
Jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji fi Triq iċ-Ċawsli ġewwa Ħal Qormi minħabba li kif jixhed ir-ritratt li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed joqgħod l-ilma f'parti tat-triq minn din it-triq b'detriment għar-residenti li joqogħdu f’din it-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Supplementary Financial Estimates 2016 — Health Concession Agreement tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex u l-Isptar Karen Grech
Question
B'referenza għas-Supplementary Financial Estimates 2016, Vot 32, (5862) Health Concession Agreement - Gozo General Hospital u (5863) Health Concession Agreement - Karen Grech Rehabilitation Hospital, jista' l-Ministru jgħid jekk l-ammonti ta' €12,450,000 u €3,900,000 (rispettivament), jiġifieri total ta' €16,350,000 hux se jibdew jitħallsu kull sena mill-Gvern ta' Malta lill-Vitalis Global Healthcare (VGH)? Jista' jgħid jekk dawn l-ammonti jinkludux il-pagi tal-ħaddiema? Jista' jispjega kif il-Gvern qed iħallas dan l-ammont lill-VGH meta l-istess Gvern ftaħar li l-VGH kienu se jinvestu €200,000,000 fis-sistema tas-saħħa f'pajjiżna?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2016 il-gvern ser ikun qed jgħaddi €16 il-miljun lill-VGH li jinkludu spejjeż rikorrenti. Il-pagi tal-ħaddiema huma esklużi peress li dawn jitħallsu direttament mill-gvern. L-investiment ta' €200 miljun li ser issir mill-VGH huwa investment kapitali fl-isptarijiet ta’ San Luqa, Karen Grech u t'Għawdex.
Supplementary Financial Estimates 2016 — Professional Services
Question
B'referenza għas-Supplementary Financial Estimates 2016, Vote 31, (31) Professional Services, jista' l-Ministru jgħid kif is-somma approvata ta' €60,000 żdiedet bi €825,000 għal nefqa totali ta' kważi 15-il darba aktar mis-somma approvata fil-Budget 2016? Jista' jgħid fiex marret din in-nefqa u liema huma dawn il-Professional Services? Jista' jgħid jekk din in-nefqa addizzjonali saritx wara ħruġ ta' tenders jew sejħiet pubbliċi oħra jew jekk saritx permezz ta' direct orders?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma — trinek u ħofor
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29029, jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li l-informazzjoni mitluba, titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhiex sistema kompjuterizzata għal ġabra tal-informazzjoni dwar fejn ikunu saru l-interventi mill-istess Korporazzjoni, biex b'hekk tkun tista' ssegwi aħjar dak li jkun qed jiġri fis-servizzi tagħha?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Transport Malta — Triq li mix-Xemxija twassal għall-Mellieħa - tender
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29030, billi l-Ministru wieġeb li x-xogħol li se jsir bejn ix-Xemxija u l-Mellieħa hu wieħed infrastrutturali, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dettaljat dwar x'inhu dan ix-xogħol infrastrutturali li se jsir? Jista' jqiegħed kopja tal-pjanta li fuqha se jsir dan l-istess xogħol, u jekk hux maħsub li jkun meħtieġ permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar għal dan l-istess xogħol? Jekk tali permess hu maħsub li jkunu meħtieġa, jista' jagħti tagħrif dwar jekk ġewx sottomessi applikazzjonijiet għal dan l-istess xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji u pjanti marbuta ma' dan il-proġett se jiġu ppublikati fil-mument opportun.
In-Nadur – ħsarat fit-toroq mix-Xagħra u mill-Port tal-Imġarr
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28981, billi l-Ministru wieġeb li saru 22 kilometru ta' toroq f'Għawdex matul din il-leġiżlatura, u ftit iktar minn 2 kilometri matul il-leġiżlatura preċedenti, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta’ kull waħda mit-toroq li saru matul iż-żewġ leġiżlaturi kif ukoll ix-xogħol li sar fihom? Dwar it-toroq li jwasslu għan-Nadur, jista’ jikkunsidra l-investiment neċessarju fuq Triq ir-Rabat u Triq l-Imġarr, u jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li dan l-investiment jinbeda?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi nbeda l-proċess ta’ analiżi biex jiġi ddeterminat ix-xogħol meħtieġ sabiex isiru Triq ir-Rabat, Nadur u Triq L-Imġarr, Nadur. Qiegħed ukoll inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ toroq asfaltati li saru minn fondi Nazzjonali fil-leġislatura peċedenti, kif ukoll lista ta’ xogħlijiet li saru f’dawn l-aħħar tlett snin.
Testijiet tal-ilma tal-pjan — residwi ta' pestiċidi
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tat-testijiet li ttieħdu f'dawn l-aħħar tliet xhur tal-ilma tal-pjan li juru l-livell ta' residwi ta' pestiċidi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’tip ta’ Corporate Social Responsibility hemm fil-Port Ħieles u kif jitqassam?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-Malta Freeport Corporation u l-Malta Freeport Terminals flimkien jamministraw fond speċifikament għal dan il-għan. Nurmu ta' għaqdiet u organizzazzjonijiet li jinsabu fiż-żona jibbenefikaw minn fondi biex jgħinuhom itejbu l-operat tagħhom u jagħtu servizz xieraq lir-residenti tal-madwar. Kull sena jiġu mqassma fondi lill-għaqdiet diversi u dan skont it-talbiet li nirċievu matul is-sena. Apparti għaqdiet sportivi u kulturali, jibbeneifkaw skejjel kif ukoll l-Università ta' Malta (Research, Innovation & Development Trust), biex tingħata għajnuna għar-riċerka, innovazzjoni u żvilupp. Il-fond hu ta' €100,000 fis-sena.
Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni – innovazzjoni u żvilupp fil-komunikazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir mill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) biex isir avvanz fl-innovazzjoni u fl-iżvilupp fil-komunikazzjoni diġitali sabiex ikun hawn attività ekonomika ġdida?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-kuntest ekonomiku li fih jaħdem is-suq li tirregola din l-Awtorità qed jinbidel radikaiment. L-għodod lradizzjonali li servew lill-Awtorità biex tirregola s-suq lokali u lill-Kummisjoni Ewropea fuq livell Ewropew mhumiex neċessarjament adekwali għall-ħtiġijiet u l-opportunitajiet tal-futur.
Futur ikkarettizat minn:
- Konvergenza fejn id-distinzjoni bejn teknoloġiji varji u l-applikazzjoni tkompli tonqos;
- Konsolidaazjoni lejn id-distinzjoni bejn settur u ieħor m'għadiex daqshekk ċara. Is-setturi tat-telekomunikazzjoni, tat-teknoloġija u l-midja qegħdin jingħaqdu f'settur wieħed;
- Globalizzazzjoni fejn il-futur qed iqarreb dejjem iżjed lejn suq wieħed globali. Għaldaqstant, ma tistax tipprova tirregola suq f iżolament;
- Disruption li permezz ta' hekk mudelli ta' kummerċ li sostnew is-settur fil-passat, mhux neċessarjament se jibqgħu jsostnuh fil-futur. It-teknoloġija ġabet opportunitajiet ġodda għal min huwa innovattiv, Dan iġib ukoll sfidi għal min ilu stabbilit u llum għandu kontroll fuq is-suq.
Kien għalhekk li fl-2014 il-Gvern ħass il-ħtieġa li jdaħħal fis-seħħ emendi fil-liġi tal-MCA li fost oħrajn taw poter li din l-Awtorità biex tippromovi u tmexxi 'il quddiem lill-Malta bħala destinazzjoni għall-utenti ta' valur kummerċjali għoli fir-rigward tal-użu ta' servizzi ta' komunikazzjoni u tal-ICT, Dan ir-rwol ta' faċililatur għall-innovazzjoni, jikkumplimenta rwoli oħra li għandha l-Awtorità, iġifieri dak tradizzjonali ta' regolatur tas-settur tal-komunikazzjoni u tal-posta, kif ukoll il-mandat li għandha biex tavvanza l-kummerċ elettrontku u l-information society. Kien għalhekk li twaqqfet funzjoni ġdida fi ħdan l-istess Awtorità, dik ta' Business and Innovation Development maħluqa appositament biex taqdi din il-funzjon il-ġdida.
L-Awtorità mbarkat fuq programm intiż biex jiġġenera attività ekonomika ġdida relatata mall-innovazzjoni fil-komunikazzjoni. Fost oħrajn ittieħdu numru ta’ inizjativi kif elenkat hawn taħt:
1. Twaqqfet netwerk ta' stakeholders li l-għan tiegħu hu li jiġġenera djalogu bejn l-entitajiet privati u pubbliċi fuq kif is-settur jista' jiżviluppa, filwaqt li Malta ssir aktar attrajenti għall-investimenli u opportunitajiet ġodda.
2. Qed iżżid l-għarfien fost dawk kollha li jaħdmu f'dan is-settur, kif ukoll 1-Awtoritajiet
kollha kompetenti, dwar l-iżvluppi 1i qed iseħħu fuq livell globali permezz ta’ workshops u l-użu ta’ fora medjatiċi li fihom jitellgħu riżorsi informattivi fuq l-innovazzjoni.
3. Qed jiġi finalizzat studju li jesplora l-opportunitajiet biex Malta issir destinazzjoni attrajenti għal startups ġodda u li jħares b'mod strateġiku kif għandhom jiġu żviluppati l-oqsma li jissapportjaw dawn l-intrapriżi.
4. Qed tqarreb l-akkademja u l-industrija biex flimkien iwettqu proġetti ta' riċerka u
innovazzjoni.
5. Qed jiġu żviluppati riżorsi promozzjonali bil-parteċipazzjoni ta' intrapriżi privati li qed jagħmlu suċċess fil-qasam ta' diġitali business biex jippromwovu lill-Malta u qed jiġu assistiti interessi barranin li jixtiequ jinvestu f’Malta.
6. Flimkien ma' msieħba oħra inklużi l-Università, l-MCAST, id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni u l-Young Enterprise qed tippromwovi l-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ Maltin filwaqt li tinċentiva u tassisti lill-istartups biex jagħmlu suċċess permezz tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni.
Din il-ħidma għandha twassal għall-ħolqien ta' ambjent li jistimula investinrent dejjem ikbar f intrapriżi ġodda diġitali li joperaw rninn Matla u li potenażjalment iservu suq globali.
Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni – ġbir ta’ ħlasijiet ta’ liċenzji
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-iffinanzjar tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni fl-2015, kif ukoll dwar il-ġbir ta’ ħlasijiet ta’ liċenzji li din għamlet għan-nom tal-Gvern?
Response (MALLIA, EMANUEL)
L-MCA hija ffinanzjata minn diversi sorsi u dan jiddependi mit-tip ta' attività li tkun qiegħda tagħmel. Il-kontijiet tal-MCA jinżammu separati skont is-sorsi ta' finanzi, u statement jiġi ppublikat kull sena fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità li juri d-dħul u l-infieq tagħha maqsuma bl-istess mod.
Fil-qasir, insemmi dawn l-oqsma differenti u l-mod kif jiġu finanzjati. Ir-regolamentazzjoni tas-settur tal-komunikazzjoni elettronika hija ffinanzjata direttarnent mill-operaturi tas-settur, permezz ta' miżata li tvarja skont id-dħul regolabbli tagħhom. L-istess japplika għall-qasam tas-settur postali, fejn ukoll tinġabar miżata skont id-dħul tal-operatur/i. Dawn ikopru l-pagi u spejjeż amministrattiiv oħra għal dan il-għan.
Għal dak 1i jirrigwarda attivitajiet oħrajn li ma jolqtux ir-regolamentazzjoni taż-żewġ setturi msemmija hawn fuq, id-dħul huwa permezz ta' sovenzjoni li tingħata mill-Gvern kill-istess Awtorità skont il-programm annwali maqbul bejn iż-żewġ partijiet. Dawn l-attivitajiet jinkludu programmi fil-qasam tal-kummerċ elettroniku, l-innovazzjoni u l-Information Society. Ta' min wieħed jgħid li speċjalmenl fil-każ ta' dan tal-aħħar, l-Awtorità matul dawn l-aħħar snin irnexxielha takkwista fondi Ewropej biex tiffinanzja diversi proġetti li jippromwovu l-internet f’Malta u l-użu għaqli tiegħu u fost oħrajn, intiżi biex inaqqsu l-firda diġitati u jintlaħqu l-miri stabbiliti fl-Istrateġija Nazzjonali Diġitali ta' Malta 2014 – 2020.
Sorsi ta' dħul għall-MCA għas-sena 2015 huma kif ġejjin:
- Dħul għall-Awtorità minn sorsi varji imsemmija hawn fuq kien jammonta għall-€3,900,318;
- Fondi miksuba mill-Unjoni Ewropea €362,629;
- L-Awtorità għaddiet lill-Gvern €5,385,673 minn dħul ta’ liċenzji oħra.
Kull sena, l-Awtorità tippublika r-rapport annwali tagħha li jittratta fid-dettal l-operat u l-finanzi tagħha li jkunu ġew awditjati u approvati.
Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni – ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u x’tip ta’ lmenti rċeviet mill-konsumaturi l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, u kemm damet l-Awtorità biex tindirizza dawn l-ilmenti?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena l-MCA rceviet 126 ilment. Qabel tibda l- investigazzjoni tagħha, l-Awtorià tassigura li l-ilmenti jkunu tressqu quddiem l-operatur ikkonċernat u xorta ma jkunux ġew riżolti għas-sodisfazzjon tal-klijent. Qiegħed nipprovdi żewġ tabelli li jagħtu tagħrif statistiku dwar it-tip ta' lmenti li rċeviet l-Awtorità (Tabella A) u n-numru ta' ġranet li ħadet l-Awtorità sabiex tagħlaq dawn l-ilmenti (Tabella B).
96% tal-ilmenti ġew investigati u magħluqa f’inqas minn għoxrin ġurnata ta' xogħol, it-tip ta' azzjoni li l-MCA ħadet biex tindirizza dawn l-ilmenti tvarja skont is-setgħat legali mogħtija lilha. Infatti, l-Awtorità rċeviet numru sostanzjali ta' każijiet fejn ma setgħatx tintervjeni u b'hekk iggwidat lill-konsumaturi lejn l-entità responsabbli.
Minbarra dawn l-ilmenti, l-Awtorità rċeviet ukoll 304 talba għall-informazzjoni rigward servizzi ta' komunikazzjoni.
Tabella A
Tip ta' ilment
Total
Kontrattwali jew bdil ta' serviz minn ma' operatur għall-ieħor
36
Provvista tas-servizz/kwalità tas-servizz
36
Kontijiet
48
Oħrajn
6
Total
126
Tabella B
Riżultat
Ħin meħud biex ġie magħluq il-każ
Total
<2 ġimgħat
2<4 ġimgħat
4+ ġimgħat
Ilment solvut
51
6
1
58
Ġiet provduta informazzjoni lill-klijent
47
10
57
Każ riferut lil xi entità oħra
7
7
Ilmenti pendenti
4
4
Total
109
16
1
126
Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni – miżuri – salvagward tal-interessi tal-abbonati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ħadet f’din l-aħħar sena l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni biex tissalvagwadja l-interess ta’ dawk l-abbonati li jagħmlu użu minn xi servizz ta’ komunikazzjoni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Inizjattiva prinċipali li ħadet l-MCA matul it-tieni nofs tas-sena 2015, kienet it-tnedija ta' kampanja ta' inforrnazzjoni fuq livell nazzjonali dwar l-użu tal-mobile data. Din il-kampanja tat kontribut sabiex ikompli jiżdied l-użu tal-mobile data filwaqt li jitqajjem għarfien dwar dawk il-miżuri li konsumaturi jistgħu jieħdu sabiex ikollhom aktar serħan tal-moħħ dwar l-infieq tagħhom. In-numru ta' abbonati li kienu qegħdin jużaw dan is-servizz permezz ta' konnessjoni ta' 3G fl-aħħar tal-2015 kien jammonta għall-237,369. Din il-figura żdiedet b'26,203 (jew 12.4%) minn 211,166 fl-aħħar tal-2014.
Mill-aspett regolatarju, f'Marzu tal-2016 l-Awtorità ppubblikat deċiżjoni li tistabbilixi numru ta' miżuri dwar l-aċċessibilità tal-kontijiet tal-Internet, tat-televiżjoni u tat-telefonija fissa u mobbli. Permezz ta' din id-deċiżjoni li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2016, l-abbonati għal servizz post-paid u li m'għandhomx abbonament għall-Internet, qed jingħataw id-dritt li jirċievu l-kont tagħhom f'format stampat mingħajr ħlas addizzjonali. Din il-miżura ġiet ukoll estiża għal servizzi tat-telefonija, fejn abbonati post-paid li ma jkollhomx abbonament għall-internet jistgħu jiksbu kont iddettaljat f'format stampat, mingħajr ħlas addizzjonali.
Minbarra dawn il-miżuri, l- Awtorità għandha r-responsabilità li tassigura li kull operatur jonora r-regolamenti u r-rekwiżiti stipulati fil-liġijiet amministrati minnha u sabiex taqdi dan id-dmir, tissorvelja b'mod kontinwu li l-obbligi li l-operaturi għandhom lejn il-klijenti tagħhom ikunu qed jiġu osservati. Dan isir anki permezz ta' eżerċizzji ta’ mystery shopping.
Madanakollu, il-poteri li għandha l-Awtorità sabiex tipproteġġi l-interessi tal-konsumaturi huma limitati għalħ-kwistjonijiet speċifiċi relatati mas-setturi ta' komunikazzjoni li allura skont il-liġi jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-MCA. Għandu jiġi ppreċiżat li l-Awtorità ma għandhiex poteri li tieħu passi regolatorji f'kull kwistjoni li tista' tkun qiegħda timpatta lill-konsumaturi fis-setturi regolati minnha, bħal per eżempju kwistjonijiet dwar bejgħ qarrieqi ta' servizz, prattiċi kummerċjali mhux ġusti jew termini kuntrattwali mhux ġusti, li allura huma regolati minn liġijiet oħra li m'humiex amministrati mill-Awtorità.
L-Awtorità tieħu sehem, b'mod regolari, fi programmi tar-radju u tat-televiżjoni sabiex taġġorna u tinforma lill-abbonati bid-drittijiet tagħhom meta jużaw xi servizz/i li tirregola l-Awtorità. Hija wkoll taġġorna wkoll lill-pubbliku dwar dawk l-iżviiuppi li huma ta’ importanza għall-utenti permezz ta’ midja differenti u li jikludu, gazzetti, rivisti, midja soċjali (fejn individwi jistgħu ukoll iħallu messaġġ) u s-sit elettronlku tagħha, liema sit jinkludi rokna speċifika għall-konsumatur disponibbli kemm bil-verżjoni bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.
Jista’ l-Ministru jispjega kif Malta titqabbel fl-aċċess għall-internet veloċi u ultraveloċi mal-kumplament tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u x’qed jagħmel il-Gvern sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Fi snin riċenti, it-tmexxija politika u strateġika tal-Gvern kienet iffukata sabiex tiffaċilita u tinkoraġġixxi l-investiment mill-operaturi u tinċentiva n-negozji u l-individwi sabiex j ipparteiipaw b'mod attiv fl-ekonomija diġitali.
L-aħħar rapport maħruġ bħala parti mid-Digital Economy and Society Index, ippublikat fi Frar 2016 mill-Kurnmisjoni Ewropea, poġġa lill-Malta fil-kategorija tal-moving ahead countries, iġifieri dawk ll-pajjiżi li qed jirreġistraw progress akbar mill-medja Ewropea. Din hija prova ċara li l-isforzi tal-Gvern qed iħallu l-frott mixtieq. Huwa nkoraġġanti li wieħed jinnota li filwaqt 1i n-network coverage fMalta, kemrn għall-fixed broadband u Next Generation Access hija ta’ 100% fiż-żewġ każijiet, il-medja Ewropea hija ta' 97% u 71% rispettivament. Ċifra oħra inkoraġġanti rrappurtata mill-Kunrmissjoni Ewropea hija dik relatata mal-għadd ta' sottoskrizzjoniiiet għas-servizzi broadband b'veloċità kbira. 58% ta' djar Maltin li qed jibbenefikaw minn servizz b'veloċità ta' 30 Mbps jew iżjed, kumparat ma’ 30% tal-medja Ewropea.
Dawn il-kisbiet jirriflettu b'mod pożittiv ħafna fuq is-settur tal-komunikazzjoni elettronika u kif ukoll fuq Malta. L-investiment kontinwu mill-operaturi lokali u l-isforzi tagħhom biex joħorġu bi prodotti u servizzi ta' kwalità għotja u ta' valur għall-flus, qed ikollhom l-effett mixtieq.
Huwa inkoranġati wkoll li wieħed jinnota li l-coverage tal-LTE (4G mobile) żdiedet ukoll b'mod kostanti. F'inqas minn tliet snin mit-tnedija ta' din it-teknoloġija f’Malta, l-aċċess għal din it-teknoloġija jilħaq 99% tat-territorju Malti.
Wieħed ma jistax jinjora l-fatt li dan l-investiment ma kienx ikun possibbli jekk l-Gvern, permezz tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni, ma kienx impenjat bi sħiħ biex jiżguraw kundizzjonijiet tas-suq favorevoli li jwasslu għall-investiment. L-MCA qiegħda taħdem fuq numru ta' inizjattivi li huma kollha relatati mat-tnedija ta' Fibre-to-the-Home /Next Generation Access Networks. Ħdimna ħafna biex niġġeneraw investiment lokali kif ukoll barrani, biex jiġu introdotti teknoloġiji emerġenti tal-futur, billi fost affarijet oħra, insaħħu l-koordinazzjoni bejn entitajiet differenti tal-Gvern, fosthom Transport Malra (TM), il-MEPA u l-MCA.
Filfatt, wara ħidma intensa l-MCA, TM u l-Building Regulations Office ġiet trasposta direttiva Ewropea għal-liġijiet Maltin bil-għan li tonqos l-ispiża biex jitqiegħdu networks li kapaċi joffru servizz tal-internet b'veloċità għolja. Malta kienet minn ta' quddiem biex din id-Direttiva tiġi addattata bil-għan li jiġu riveduti l-elementi involuti fit-tnedija ta' networks ġodda, kif ukoll biex jiġu ndirizzati l-problemi li jiffaċċjaw l-operaturi f’dan ir-rigward u 1i jistgħu jxekklu l-investiment fis-suq.
L-MCA qiegħda wkoll tassigura li fejn hemm obbligi fuq operatur, biex jagħti aċċess lil service providers oħra fuq in-network tradizzjonali, dawn l-obbligi jkunu jistgħu wkoll jibqgħu jitħaddmu f’ambjent ta' networks ta' veloċità għolja, fejn it-teknoloġija hija differenti u aktar moderna. Għaldaqstant l-MCA ħarġet deċiżjoni, wara li nehdiet eżerċizzju ta' konsultazzjoni pubblika, li titratta l-qasam tal-aċċess virtwali għall-infrastruttura tal-Fibre-to-the-Home (FTTH) fejn dan jitqiegħed mill-kumpanija Go plc. Din is-soluzzjoni tippermetti li l-operaturi lokali jkunu jistgħu jixtru l-aċċess virtwali għall-infrastruttura tal-Fibre-to-the-Home (FTTH) mingħand Go pls. Permezz ta’ din id-deċiżjoni l-Awtorità trid tassigura li l-aċċess jiġi mogħti b’mod ġust u għalhekk jiffaċilità l-possibilità ta’ dħul ta operatur lokali oħra fis-suq tal-broadband b'veloċita għolja. Fl-istess waqt, l-Awtorità riedet ukoll lil jiġi aċċertat li l-investiment sostanzjali ta’ Go plc f’din l-infrastruttura ma jiġix ippreġudikat.
Dan għandu jwassal għal servizzi tal-internet li jkunu kompettitivi, affidabbli, u tal-aqwa kwalità. Dan igawdu minnu kemm residenti kif ukoll l-entitajiet kummerċjali Maltin, b'mod li jkompli jqarreb lill-pajjiżna lejn il-miri tal-Aġenda Diġitali Ewropea 2020 u jkompli jsostni l-pożizzjoni ta' Malta fuq quddiem nett fl-Ewropa f’dik li hi konnettività ta' veloċità għolja.
L-MCA qiegħda wkoll tkompli tipprovdi assistenza lid-Diviżjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23934 u jagħti d-dettalji ta’ kemm ġew ingaġġati nies mal-Malta Shipyards Limited mid-data ta’ xoljiment sal-31 ta’ Diċembru 2015 kemm bħala impjegati kif ukoll bħala kuntratturi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mid-data tal-likwidazzjoni sal-31 ta Diċembru 2015 il- Malta Shipyards ma ngaġġat l-ebda impjegat jew kuntrattur.