Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mosta — pont ta' Triq il-Kostituzzjoni - siġra

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex jara li titneħħa siġra li hemm fuq il-pont ta' Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta, tali siġra qed tagħmel il-ħsara fil-binja tal-istess pont?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

GWU – kawża – Ksur ta’ Kundizzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29069 u jgħid għalfejn il-Gvern għadu ma fetaħx kawża kontra l-General Workers’ Union (GWU) li kien mitlub u avżat jagħmel mill-Awditur Ġenerali fl-2015 fuq il-ksur tal-kundizzjonijiet tal-kuntratt li l-GWU għandha mal-Kummissarju tal-Artijiet meta hi kriet il-bini tagħha lill-ARMS?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif jaf l-Onor. Interpellant il-pożizzjoni legali rigward iċ-ċens tal-bini msemmi fid-domanda hija kontestata u jista’ jkollha riperkussjonijiet fuq artijiet oħra mogħtija b’ċens mill-Gvern għal għanijiet speċifiċi. Il-Gvern qed jagħrbel il-possibilitajiet dwar din il-kwistjoni.
Leg 12 PQ #29250 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ftuħ ta’ Kawża — klawsola 21

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29122 u ċjoè: b'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28884, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-klawsola 21 li hemm imsemmija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kif jaf l-Onor. Interpellant mit-tweġibiet li ingħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 27941, 28401, 28884, il-gvern fil-gimgħat li għaddew beda proċeduri legali u fid-dawl ta’ dan, f’dan l-istadju ma hemmx iktar wieħed x’iżid.
Leg 12 PQ #29251 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Direct Orders

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29090, 28712 u 29016 u ċjoè: jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija, minn kull entità, Ministeru, Dipartiment, korporazzjoni u/jew awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015 u l-2016 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 29016.
Leg 12 PQ #29252 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — twettiq ta’ xogħol infrastrutturali fil-front ta’ Buġibba/Qawra

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29074, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) hux ser takkwista l-istess site plan minn xi entità governattiva jew għandhiex inkun jien li nipprovdi din is-site plan, għaliex naħseb li t-triq indikata hija ċara biżżejjed liema hi, ukoll jekk għandha ismijiet differenti għal partijiet differenti tagħha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi dawk kollha li jkunu qegħdin jitolbu xi informazzjoni, jistgħu jagħmlu dan billi jagħmlu riferenza għal site plan u dan bil-għan li ma jkunx hemm nuqqas ta’ ftehim.

Animal Welfare Grant — NGOs, Santwarji u għaqdiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema NGOs, santwarji, għaqdiet jew oħrajn ibbenefikaw mill-Animal Welfare Grant tul l-2015 u kemm kienet kull għotja?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #29260 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Memorandum of Understanding iffirmati

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29083, jista' l-Ministru jgħid liema hu d-disa' pajjiż li miegħu ġie ffirmat Memorandum of Understanding, ladarba jissemmew disa’ tali ftehim, iżda mbagħad, ġew identifikati tmien pajjiżi? Jista’ l-Ministru jagħti wkoll it-tagħrif mitlub fil-kumplament tal-mistoqsija parlamentari, dwar liema ftehim ġie segwit minn ftehim f'iktar dettalji, u kemm pazjenti gawdew?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29083 ninformah li 2 Memoranda of Understanding ġew iffirmati mal-istess pajjiż, dak ta’ l-Ingilterra. Dawn il-ftehim kienu jikkonsistu f’iktar taħrig għat-tobba, infermiera u professjonisti oħra maltin ġewwa pajjiżi barranin, iktar taħriġ għal Basic u Higher Specialists f’diversi oqsma, pazjenti li ntbagħtu għal-visti u kura fi sptarijiet barra minn Malta, u ftehim biex apprentisti mediċi jiġu Malta sabiex jitħarrġu aktar.
Leg 12 PQ #29261 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar — overtime ta' persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29115 u ċjoè: jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-overtime f'termini ta' sigħat u ħlas separatment tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bħala impjegata tal-Awtorità tal-Ippjanar minn Lulju 2016 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija maqsuma għal kull xahar ? Jista’ jgħid min approva dan l-overtime?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Toroq Rurali – Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq (x'tip ta' toroq huma) se jikkwalifikaw biex ikunu jistgħu jiġu finanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea għal toroq rurali li għadha kif tħabbret mill-Gvern? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kundizzjonijiet li permezz tagħhom tħabbret l-iskema?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninsab infurmat li t-toroq li se jkunu jistgħu jikkwalifikaw minn din il-miżura huma dawk t’aċċess pubbliku li jintużaw mill-bdiewa w mir-raħħala. Il-kundizzjonijiet tal-miżura qed ikunu finalizzati w jiġu ppublikati aktar ‘il quddiem.

Parking Bay – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problema ta’ parking bay?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li uffiċjali minn Transport Malta kkomunikaw mal-individwu li d-dettalji tagħha qed jingħataw seperatament sabiex jistħarrġu l-każ.

Rabat Għawdex – Pjazza Indipendenza — tabella

Question

B'referenza għat-tabella li hemm fi Pjazza Indipendenza Rabat Għawdex (quddiem il-Knisja ta' San Ġakbu), li fuqha hemm indikat PEDESTRIAN ZONE - NO VEHICLES EXCEPT FOR UN/LOADING 07:00 - 10:30 = 15:00 - 17:00 -- BLUE STICKER CARD HOLDERS AND RESIDENTS, ACCESS FOR TAXI STAND AND MTA AUTHORIZED VEHICLE, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuni li għandhom il-Blue Sticker Card qed jingħataw ċitazzjonijiet minn uffiċjali tal-Pullizija meta jidħlu f'din iż-żona bejn l-10.30 u t-15.00?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Rabat Għawdex – Pjazza Indipendenza — tabella

Question

B'referenza għat-tabella li hemm fi Pjazza Indipendenza Rabat Għawdex (quddiem il-Knisja ta' San Ġakbu), li fuqha hemm indikat PEDESTRIAN ZONE - NO VEHICLES EXCEPT FOR UN/LOADING 07:00 - 10:30 = 15:00 - 17:00 -- BLUE STICKER CARD HOLDERS AND RESIDENTS, ACCESS FOR TAXI STAND AND MTA AUTHORIZED VEHICLE, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuni li għandhom il-Blue Sticker Card qed jingħataw ċitazzjonijiet minn uffiċjali tal-Pullizija meta jidħlu f'din iż-żona bejn l-10.30 u t-15.00?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat illi l-Pulizija tagħti ċitazzjonijiet ta' parkeġġ illegali lil kull vettura, inklużi dawk li għandhom Blue Sticker u li jkunu pparkjati fiż-żona pedonali li tinsab fi Pjazza Indipendenza. Dan peress li mhux permess ipparkjar f’din iż-żona, ħlief fil-parkeġġ riservat għat-Taxis u għal MTA. Fl-istess żona m’hemm l-ebda parkeġġ riservat għal min għandu Blue Sticker. Il-Pulizija ma tagħtix ċitazzjonijiet lill- Blue Sticker holders waqt li jidħlu u joħorġu mill-istess żona.

Kumpaniji żgħar u medji – kummerċ elettroniku

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’qiegħed isir sabiex kumpaniji żgħar u medji jibbenefikaw mill-kummerċ elettroniku?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Kif indikat fl-istrateġija Nazzjonali tal-Kummerċ Elettroniku li l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni nehdiet fl-2014, ġew stabbiliti numru ta' inizjattivi immirati biex jgħinu lill-kumpaniji żgħar u medji. L-ewwel inizzjattiva ta' din l-istrateġija huwa d-direttorju onlajn - BLINK. Dan id-direttorju komprensiv joffri informazzjani utli lil dawk in-negozji li jridu jħaddnu l-kummerċ elettroniku u jibdew joffru l-prodotti u servizzi tagħhom onlajn. Inizjattiva oħra hija 'Webcheck' u hija intiża biex tgħin l-organizazzjonijiet żgħar f’diversi oqsma jifhmu il-potenzjal tal-prezenza tagħhom fuq l-internet, jieħdu l-opportunità li jesponu l-prodott tagħhom fuq skala lokali kif ukoll internazzjonali kif ukoll jużaw applikazzjonijiet diġà applikabbli onlajn, għall-ġbir ta' fondi. L-għan aħħari ta' din l-inizjattiva hu li jikber iktar it-tagħlim tal-użu tas-sistemi diġitali u tinfirex iktar informazzjoni dwar l-importanza li llum il-ġurnata l-internet u il-medja soċjali huma rilevanti għal għixien aħjar. Din l-inizjattiva se tiġi estiża b'kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali. Inizjattivi oħra jinkludu taħriġ ta' kif wieħed jista’ joħloq prezenza onlajn u jippromovi n-negozju tiegħu permezz tal-lnternet. Fiż-żrnien li ġej mistennija titħabbar skema li għandha bil-għan li tagħti imbuttatura lil negozji żgħar. Bla dubju, riżultat importanti tal-ħidma tal-Awtorità f’dan is-settur ġie reġistrat f’April ta' din is-sena. Wara diskussjonijiet li saru mal-Amazon, negozji Maltin issa jistgħu ibiegħu l-prodotti tagħhom permezz tal-pjattaforma Amazon li huwa wieħed rnill-akbar siti tal-kummerċ elettroniku li joffri aċċess għal suq enormi li jikkornprendi 189 pajjiż madwar id-dinja. Permezz ta' dawn l-inizjattivi l-Awtorità hija kommessa li tkompli tkabbar dan is-settur u toħloq opportunijatiet ġodda għan-negozji.

Firda diġitali – tnaqqis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex tibqa’ titnaqqas il-firda diġitali?

Response (MALLIA, EMANUEL)

II-Gvern jinnota b'mod pożittiv li l-Europe Digital Progress Report (2016)' maħruġ mid-DG CNECT fi ħdan ii-Kummissjoni Ewropea, jirrikonoxxi t-titjib li sar fl-aħħar sena fl-użu tal-internet. Malta tirrenkja fil-11-il post mill-pajjiżi membri, b'riżultat aħjar mill-medja Ewropea. Anki fejn jidħol l-integrazzjoni ta' teknoloġija diġitali mill-intrapriżi kellna titjib u nirrenkjaw aħjar mill-medja ewopea. Minkejja dan se nkomplu naħdmu biex din ix-xejra nkomplu insostunwha patikolarment biex inaqqasu kemm jista' jkun il-firda diġitali u nżidu l-għarfien fl-użu tal-ICT fost iċ-ċittadini u n-negozji Maltin. Il-firda diġitali hija realti f’Malta, b'madwar 22% tal-popolazzjoni ma tagħmilx użu mit-teknoloġija u għalhekk għandha diffikultà biex issib impjieg tkun produttiva fuq ix-xogħol, tagħmel użu mis-servizzi elettroniċi tal-Gvern u tipparteċipa b'mod effettiv fid-dinja diġitali. Hawn taħt qed nelenka xi inizjattivi li qed jitwettqu f’dan l-ambitu, mill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni, l-MCA, li taqa' taħt id-dekasteru mmexxi minni: a. Programmi ta' inklużjoni diġitali Minn meta ġie imniedi, l-programm ENTER li kien iffinanzjat minn fondi strutturali ewropej, offra opportunità ta' taħriġ lill-individwi bejn l-25 u l-64 sena biex iressaqhom iktar viċin it-teknoloġija bil-għan li jitkattar l-għarfien bażiku tal-ICT. Mal-4,500 individwu bbenefikaw minn dan it-taħriġ fiċ-Ċentri mwaqqfa mill-MCA stess madwar Malta u Għawdex. L-Awtorità qed tkompli tippromwovi dan it-taħriġ ma' entitajiet oħra f’oqsma tal-ospitaliti, turiżmu u manifattura. Dan sabiex tkompli tippromwovi l-użu tal-lCT fost nies li għadhom ma jagħmlux użu minn din it- teknoloġija. b. Programmi ta' Taħriġ għall-Anzjani B' kollaborazzjoni mas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b' Diżabilità u Anzjanita'Attivà, l-MCA organizzat sensiela ta' sessjonijiet ta' taħriġ għall-anzjani dwar l-użu tal-ICT kemm f’Malta kif ukoll fl-Għawdex. Dawn saru f’numru ta' djar tal-anzjani. S’issa ġew imħarġa madwar 1,000 anzjan f’Malta u Għawdex u dan it-taħriġ se jkompli. L-Awtorità tinsab ukoll fi stat avvanzat ta’ preparamenti li tibda toffri taħriġ tal-ICT lil nies b' diżabilità.

MCA — Sigurtà online għat-tfal u żgħażagħ

Question

Jista l-Ministru jgħid x’inhi tagħmel l-MCA fir-rigward tas-sigurtà onlajn għat-tfal u ż-żgħażagħ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Mhuwiex biżżejjed li nassiguraw li kulħadd għandu l-aċċess u l-ħiliet biex juża l-ICT bl-aktar mod effettiv. Huwa importanti wkoll li dawn jkunu jafu jużaw it-teknoloġija bl-aktar mod għaqli. F'dawn l-aħħar erbgħa snin, l-MCA kkoordinat il-proġett BeSmartOnline!, b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Appoġġ, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal, id-Direttorat tal-Kwalità u l-Istandards fl-Edukazzjoni kif ukoll bl-għajnuna u l-appoġġ ta' entitajiet oħra. L-għan tal-proġett BeSmartOnline! huwa li jissaħħaħ l-għarfien fost tfal, żgħażagħ, għalliema, ġenituri u carers tat-tfal, fuq l-użu sigur tal-Internet. Fost inizjattivi oħra, l-MCA nehdiet kampanja ta' informazzjoni fl-iskejjel kollha madwar Malta u Għawdex, fejn ingħatatilhom lezzjoni mfassla apposta ffokata fuq iċ-Ċittadinanza diġitali. L-MCA se tkompli tippromwovi l-użu tajjeb tal-Interent u l-aċċess għal kontenut pożittiv u sigur.

Regolament ġdid dwar roaming għall-abbonati tat-telefonija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-Regolament il-ġdid dwar ir-roaming li jsir mill-abbonati tat-telefonija mobbli meta jivjaġġaw għall-pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea ġiex implimentat f’Malta? Jista’ jgħid x’passi qiegħdin jittieħdu biex l-abbonati Maltin igawdu minn dawn il-miżuri ġodda?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Taħt ir-Regolament Ewropew il-ġdid li jirregola s-servizzi tar-roaming, mit-30 ta' April 2015 abbonati Maltin li jużaw il-linja Maltija tal-mobile tagħhom waqt li jkunu f’xi pajjiż ieħor ta' I-Unjoni Ewropea, normalment iħallsu rata bħal meta tkun saret telefonata f’Malta. Skont mekkaniżmu ta' transizzjoni maħsub mir-Regolament il-ġdid, sal-14 ta' Ġunju 2017 kull operaturi jista’ wkoll iżid surcharge żgħir, li l-massimu tiegħu huwa stabbilit, fuq il-prezz domestiku meta abbonat ikun imsiefer u juża l-mobile tiegħu ġewwa l-Unjoni Ewropea. L-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) ġiet inkarigata biex tenforza r-Regolament il-ġdid f’Malta. Fix-xhur li għaddew l-MCA infurmat iill-operaturi bl-iżviluppi li kienu qiegħdin iseħħu u avvżathom sabiex ikunu fpożizzjoni li jimplimentaw dawn il-miżuri. L-MCA se tkompli tagħmel moniteraġġ fuq is-servizzi u l-prezzijiet għar-roaming fl-Unjoni Ewropea biex b'hekk tassigura li l-abbonati Maltin igawdu minn dawn il-miżuri l-ġodda.

Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni – fora internazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema fora internazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea tipparteċipa l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-MCA tirregola diversi oqsma fosthom, il-kommunikazzjoni elettronika, is-servizzi postali u l-kummerċ elettroniku, F'dan l-ambitu, matul is-sena, esperti fi ħdan din l-Awtorità jipparteċipaw f'numru ta' laqgħat li jsiru kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea, kif ukoll fuq livell internazzjonali. Il-parteċipazzjoni issir kemm fir-rwol tagħha bħala regolatur indipendenti, kif ukoll bħala rappreżentant tal-Gvern, dejjem skont il-forum in kwistjoni. Dawn imsemmija hawn taħt huma l-fora prinċipali li fihom tiehħ sehem l-Awtorità: - Il-BEREC (Body of European Regulators far Electronic Communications). Din hija entità stabbilita permezz ta' Regolament Ewropew li tiġbor fi ħdana, ir-regolaturi tal-Istati membri kif ukoll ta' stati oħrajn ewropej li jkun preżenti bħala osservaturi. L-għan ta' din l-istituzzjoni hi li tħares li l-implimentazzjoni tal-liġijiet tal-komunikazzjoni elettronika issir b'mod uniformi fl-Ewropa. Issir ħidma intensiva fi ħdan working groups li jfasslu opinjonijiet tekniċi u jinħarġu rapporti immirati lejn is-settur u l-istituzjonijiet Ewropej, il-kapijiet tad-diversi regolaturi jiltaqgħu bħala l-bord tal-BEREC tal-inqas erba' darbiet fis-sena biex jiddiskutu u japprovaw dawn l-opinjonijiet u r-rapporti diversi li jkunu jinkludu rakkomandazzjonijiet fuq is-suġġetti trattati. Il-Kummissjoni Ewropea tkun preżenti f'dawn il-laqgħat. - L-ERGP (European Regulators Group for Postal Services) hija entità simili għall-BEREC li titratta kwistjonijiet relatati mas-settur tal-posta. - L-eComrnerce Expert Group huwa forum li normalment jitlaqqa darba fis-sena u li jiġbor l-esperti tal-pajjiżi membri fi ħdan l-Unjoni Ewropea bil-għan li jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-kummerċ elettroniku. - Forum ieħor huwa dak 1i jlaqqa esperti mill-Istati Memberi li jieħdu ħsieb it-twettieq tal-proġett Galileo, is-sistema satellitari (global positioning system) tal-Ewropa. Numru ta' kumitati tal-Kummisjoni Ewropeja fosthom, il-Communications Committee u l-Postal Directive Committee. - Meta jkun hemm il-ħtieġa, l-Awtorità tipprovdi assistenza teknika lill-Gvern waqt Council Working Parties li jiddiskutu l-policies u liġijiet relatati mas-settur tal-komunikazzjoni. - Fuq livell aktar globali, l-Awtorità ssegwi mill-qrib u tipparteċipa f'laqgħat u fora relatati mas-settur tal-komunikazzjoni ta' diversi organizzajonijiet internazzjonali inkluż il-Ġnus Maqgħuda (l-International Telecommunicatians Union u l-Universal Postal Union) u l-Commonwealth.

Bord tal-Aġenzija Malta Marittima

Question

Jista’ l-Ministru jghid lill-Kamra kif inhu kompost il-Bord tal-Aġenzija Malta Marittima u jipprovdi l-ismijiet tad-diretturi u taċ-chairperson?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Bord huwa kompost minn ħames diretturi mis-settur pubbliku li huma Dr Aaron Farrugia, Malta Freeport Corporation, Ms Marika Tonna, Malta Enterprise, Dr Andreina Farrugia Fenech, Department of Fisheries and Aquaculture, Dr Andre Buttigieg, Regulator for Energy and Services, Mr Ivan Sammut, Transport Malta u ħames diretturi oħra maħturin mis-settur privat; Mr Joe Bugeja, Malta Maritime Forum, Dr Ann Fenech, Fenech and Fenech Advocates, Mr Matthew Sullivan, Sullivan Shipping Agencies Limited, Mr Ernest Sullivan, Sullivan Maritime Limited, Dr Alison Vassallo, Fenech and Fenech Advocates. Ic-Chairman tal-Bord huwa Dr Daniel Aquilina, Ganado Advocates u Segretarja tal-bord hija Dr Katheleen Grima.

Barts School of Medicine – programmi akkademiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-programmi akkademiċi li kellhom jingħataw bħala parti mill-ftehim tal-Gvern ma’ Barts School of Medicine bdewx jingħataw? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-parametri kollha marbutin ma’ dawn il-programmi akkademiċi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 28281.

Proġett ta’ White Rocks

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat dwar l-istadju li jinsab fih il-proġett tal-White Rocks?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-White Rocks Malta qiegħed fl-istadju ta’ tħejjijiet sabiex ikunu jistgħu jinbdew in-negozjati mal-Proponent Preferut. Ir-rendikont dettaljat ikun jista’ jingħata wara li n-negozjati jiġu konklużi.