Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #28965 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz – Triq San Lawrenz – tieni kisja ta’ tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir it-tieni kisja ta' tarmak fi Triq San Lawrenz f'San Lawrenz, Għawdex u fi Triq Franġisk Portelli fl-Għarb, Għawdex peress li qabel is-sajf u eżattament f’Mejju 2016 kien wieġeb il-mistoqsija parlamentari 25805 u qal li dan kien se jsir fil-futur qarib u issa diġà għaddew sitt xhur minn dik id-data u dan ix-xogħol baqa' ma sarx?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat illi bħalissa għaddejjin ix-xogħolijiet fuq l-imsemmija triq u dawn mistennija jitlestew sa l-aħħar ta’ Jannar 2017.

Tribunal tar-Reviżjoni Amministrattiva – rikors b’mod elettroniku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rikorsi b’mod elettroniku quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva mill-bidu tal-2016 sal-lum? Jista' jgħid kemm saru talbiet b’mod elettroniku quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar mill-2015 sal-lum?

Response (BONNICI, OWEN)

Fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex, mill-bidu ta’ 2016 sal-lum ma ġiet preżentata l-ebda talba b’mod elettroniku quddiem it-Tribunal ta’ Revizzjoni Amministrattiva. Fil-Qorti ta’ Malta, fir-reġistru tat-Tribunal għal Talbiet Żgħar ġew preżentati s-segwenti atti online : Fil- 2015 daħlu 3 Talbiet u Risposta ; Fit- 2016 sal-5 ta’ Diċembru, daħlu 6 Talbiet Fil-Qorti ta’ Għawdex ma ġewx preżentati atti online quddiem ir-Reġistru tat-Talbiet Żgħar. Nieħu l-opportunità biex inħeġġeġ iktar avukati u prokuraturi legali jagħmlu użu minn dawn il-mezzi elettroniċi.
Leg 12 PQ #29004 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet – Total Asset Base and Estimate Values

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuwa t-Total Asset Base and Estimated Values kurrenti f’kull każ: a. tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex; b. tal-Isptar Karin Grech; u c. tal-Isptar San Luqa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #29005 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare – Sptarijiet Karin Grech, San Luqa u Sptar Ġenerali t’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-data eżatta ta’ meta ġew notifikati Vitals Global Healthcare Limited li kienu huma li ġew magħżula mill-Gvern biex jieħdu l-Isptarijiet Karin Grech, San Luqa u dak Ġenerali ta’ Għawdex? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li permezz tagħha ġew notifikati li ġew magħżula huma?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-data meta kien imħabbar l-preferred bidder kienet fis-27 ta’ Ġunju 2015, waqt illi fid-9 ta’ Settembru 2015 l-VGH ġew notifikati bl-intenzjoni tal-gvern li jgħaddi biex jikkonkludi kuntratt ta’ konċessjoni magħhom.

Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – investigazzjoni dwar ix-xandir ta’ sports

Question

B’referenza għat-tweġiba ghall-mistoqsija parlamentari 28891 rigward ix-xandir tal-isports, partikolarment tal-football, tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx imressaq ilment quddiem l-Uffiċċju fuq din il-kwistjoni?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li kien tressaq ilment fuq dan il-kaz.

Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – investigazzjoni dwar ix-xandir ta’ sports

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28890 rigward ix-xandir tal-isports, partikolarment tal-football, tista’ l-Ministru tgħid liema kienu dawk il-prattiċi li kienu allegati fis-sena 2010 u li ma baqgħux għaddejjin? Tista’ tgħid b’liema mod l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni aċċerta ruħu li l-allegati prattiċi ma baqgħux għaddejjin? Tista’ tgħid ukoll kif l-istess Uffiċċju aċċerta ruħu li l-effetti ta’ ħsara m’għadhomx jippersistu?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ma jistax jagħti informazzjoni ulterjuri milli diġa pprovda fit-tweġibiet parlamentari preċedenti qabel ma l-investigazzjoni tiġi formalment konkluża għax dan jista’ jkun ta’ preġudizzju tal-każ.

Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – investigazzjoni dwar ix-xandir ta’ sports

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28890 rigward ix-xandir tal-isports, partikolarment tal-football, tista’ l-Ministru tgħid kemm f’dawn l-aħħar sentejn kien hemm investigazzjonijiet li kienu jimmeritaw iktar attenzjoni mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni skont l-artikolu 15 (1) (a) u (c) u liema setturi dawn jikkonċernaw?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-ufficcju kellu 28 kaz li kien jimmeritahom priorita. Rigward is-setturi, l-Onorevoli interpellant qed jiġi riferut għat-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari 34711 tas-seduta tas-17 ta’ Mejju 2012 fejn intqal dan li ġej: ‘ma jkunx prudenti li l-Uffiċċju jiddikjara b’mod pubbliku s-setturi u l-każijiet li hu jkun qed jagħti prijorità dan għax din l-informazzjoni tista’ tippreġudika l-investigazzjonijiet li l-Uffiċċju jkun qed jagħmel jew bi ħsiebu jagħmel. Apparti dan jista’ jagħti messaġġ lil setturi oħra li huma mhux ser jiġu investigati.’

Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – investigazzjoni dwar ix-xandir ta’ sports

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28890 rigward ix-xandir tal-isports, partikolarment tal-football, peress li jiena wkoll staqsejt meta l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ddeċieda li dan il-każ m’għadux rilevanti, tista’ l-Ministru tgħid meta l-Uffiċċju wasal għal din id-deċiżjoni?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Uffiċċju wasal għal din id-deċiżjoni imsemmija fil-bidu tal-2015.

Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – investigazzjoni dwar ix-xandir ta’ sports

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28890 rigward ix-xandir tal-isports, partikolarment tal-football, tista’ l-Ministru tgħid meta saret ir-riċerka fil-files kif indikat fit-tweġiba?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li r-riċerka fil-files pendenti kienet saret fil-bidu tal-2015

Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – korrispondenza mal-Kummissjoni Ewropea

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28888 rigward korrispondenza li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni bagħat lill-Kummissjoni Ewropea rigward id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tat-3 ta’ Mejju 2016, tista’ l-Ministru tgħid min, minn dawk indikati fl-artikolu 28 tal-Kap. 510, iddeċieda li partijiet tal-email għandhom jiġu ingassati għax meqjusa kunfidenzjali?

Response (DALLI, HELENA)

L-informazzjoni ingassata ġiet meqjusa interna skont artikolu 28 tal-Kap. 510, Att dwar il-Kompetizzjoni, mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni.

GWU – kawża – Ksur ta’ Kundizzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-Gvern għadu ma fetaħx kawża kontra l-GWU li kien mitlub u avżat jagħmel mill-Awditur Ġenerali fl-2015 fuq il-ksur tal-kundizzjonijiet tal-kuntratt li l-GWU għandha mal-Kummissarju tal-Artijiet meta hi kriet il-bini tagħha lill-ARMS?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif jaf l-Onor. Interpellant il-pożizzjoni legali rigward iċ-ċens tal-bini msemmi fid-domanda hija kontestata u jista’ jkollha riperkussjonijiet fuq artijiet oħra mogħtija b’ċens mill-Gvern għal għanijiet speċifiċi. Il-Gvern qed jagħrbel il-possibilitajiet dwar din il-kwistjoni.

Autoclave – volum trattat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-volum trattat kull ġimgħa fl-autoclave tal-Marsa minn meta beda jitħaddem?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Autoclave Rendering Plant qiegħed fil-fażi ta’ "testing and commissioning" u għadu taħt it-tmexxija tal-kuntrattur. Waqt dan il-perjodu l-impjant ma jitħaddimx kontinwament fuq l-istess program u għaldaqstant m'hemmx volum fiss ta’ materjal li jigi trattat fil-gimgħa. Jista jigi kwotat il-volum totali ta’ materjal trattat f'dawn l-aħħar xhur, li jammontaw għal 339 tunellata.

Transport Malta – multi lill-Kumpanija Malta Public Transport għas-servizz ħażin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm waħħlet multi Transport Malta għal servizz ħażin lill-kumpanija Malta Public Transport, xahar b'xahar, matul l-2014, l-2015 u l-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Nibda billi nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 24225. F’din it-tweġiba kont spjegajt fid-dettal id-differenzi hekk kif jiġu applikati l-penali fil-kuntratt il-ġdid li ġie iffirmat fit- 8 ta’ Jannar 2015 u kif kienu japplikaw qabel. Kif kont spjegajt fl-istess tweġiba, il-proċedura hekk kif applikata taħt il-kuntratt il-ġdid qed tħalli riżultati pożittivi hekk kif l-operatur tat-trasport pubbliku qiegħed jieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex in-nuqqasijiet innutati jiġu rranġati fil-ħin stipulat u għaldaqstant, jitjieb il-livell tas-servizz. Fl-istess tweġiba kien ukoll ġie spjegat li, bħal ma’ kien ġara fil-kuntratt li kien ġie ffirmat mall-kumpanija Arriva, il-kuntratt il-ġdid kien jikkontempla perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ meta bdew japplikaw il-penali. Għaldaqstant, nuqqasijiet li kienu jirrigwardjaw saħħa u sigurta’ bdew jiġu notifikati mill-1ta’ Ottubru 2015, filwaqt li nuqqasijiet oħra, bl-esklużjoni ta’ puntwalità u affidabbilità, bdew jiġu notifikati mill-1 ta’ Jannar 2016. L-applikazzjoni tal-penali f’dak li jirrigwardja l-puntwalità u l-affidabilità tas-servizz bdew jiġu applikati mill-1 ta’April 2016. Dan minħabba l-problemi industrijali li iffaċċa ruħu magħhom l-operatur tat-trasport pubbliku, fejn in-network il-ġdid kellu jiġi introdott aktar tard milli kien ippjanat u kien biss għall-aħħar ta’ Diċembru 2015 li l-maġġoranza tan-network il-ġdid seta’ jiġi introdott. Dan fisser li l-operatur tat-trasport pubbliku kellu bżonn perjodu ta’ żmien sabiex ikun jista’ jiffamiljariżża ruħu mar-rotot il-ġodda qabel ma’ jiġi espost għall-multi marbuta ma’ puntwalità u affidabilità. Tajjeb li wieħed jinnota li taħt il- kuntratt il-ġdid jiġu mkejla l-puntwalità kif ukoll l-affidabilità filwaqt li taħt il-kuntratt preċedenti kienet tiġi mkejla l-puntwalita’ u dak li kien magħruf bħala Maximum Waiting Time, jew kemm persuna iddum tistenna sabiex taqbad il-vjaġġ tagħha. Għaldaqstant, anke hawn kien hemm tibdil ta’ kif jiġi mkejjel is-servizz. Fir-rigward ta’ puntwalità, l-penali jiġu applikati fuq dawk il-vjaġġi li jkunu operaw tard, b’tolleranza sa massimu ta’ 10 minuti, liema tolleranza tiddependi fuq il-frekwenza tar-rotta. Fir-rigward ta’ affidabilità, l-penali jibdew japplikaw wara li tiġi applikata t-tolleranza tal-vjaġġi li ma’ sarux hekk kif kontemplat fil-kuntratt. Il-penali li ġew applikati fis-snin 2014, 2015 u 2016 huwa hekk kif ġej: Sena Valur 2014 €109,025 2015 €4,600 2016 €135,520 Il-figuri għas-sena li qegħdin fiha jirriflettu penali li inħarġu lill-operatur tat-trasport pubbliku fuq l-andament tas-servizz sa’ Ottubru 2016.

Rotta 72 – l-aħħar vjaġġ

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28354, jista’ l-Ministru jgħid x’irriżulta mill-investigazzjoni li qal li kienet qed tagħmel Transport Malta dwar l-aħħar vjaġġ tal-10.25pm tal-linja 72 li ma sarx fil-25 ta’ Settembru 2016? Jista’ jgħid x’azzjoni ttieħdet kontra l-operatur, dwar dan in-nuqqas ta’ servizz essenzjali tal-aħħar vjaġġ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li saret l-investigazzjoni neċessarja, rriżulta li x-xufier ma’ għamilx il-vjaġġ hekk kif kien skedat. Infurmat ukoll li ttieħdu passi dixxiplinarji kontra dan ix-xufier mill-operatur tat-trasport pubbliku f’dan ir-rigward. Hekk kif ġie spjegat fit-tweġibiet li ingħataw għall-mistoqsijiet parlamentari bin-numru 24225 u 29165, penali li jirrigwardjaw l-affidabilita tas-servizz jiġu kkalkulati fuq medda ta’ xahar u dan wara li tiġi applikata t-tolleranza hekk kif kontemplat fil-kuntratt. Infurmat ukoll illi fix-xahar ta’ Settembru ma’ ġewx applikati penali fuq din ir-rotta u dan minħabba li t-tolleranza hekk kif stipulata fil-kuntratt ma’ nqabżitx.

Rotta 72 – ħinijiet tal-vjaġġi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28355, partikolarment l-aħħar paragrafu, jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel l-operatur meta jkun hemm karozzi tal-linja li jkunu nvoluti f’inċidenti jew li jieqfu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-kuntratt li gie iffirmat bejn Transport Malta u l-Malta Public Transport, f’każi bħal dawn l-Operatur tat-Trasport Pubbliku irid jibgħat karozza tal-linja oħra sabiex din tkompli bil-vjaġġ.

Rotta 72 – ħinijiet tal-vjaġġi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28356, partikolarment l-aħħar paragrafu, jista’ l-Ministru jgħid x’irriżulta mill-investigazzjoni li qal li kienu qed jagħmlu Transport Malta u l-operatur dwar il-vjaġġ tal-linja 72 li ma bediex mill-Qrendi imma beda minn lokalità oħra? Jista’ jgħid liema kienet il-lokalità minn fejn beda dak il-vjaġġ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-investigazzjoni li saret irriżulta li x-xufier li kellu jagħmel il-vjaġġ tat-8:42 ta’ filgħodu beda mil-lokalita’ ta’ Ħal- Luqa minflok mill-Qrendi.

Rotta 73 mill-Belt għal Bubaqra — vjaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid l-aħħar vjaġġ tal-karozza tal-linja numru 73 mill-Belt għal Bubaqra, iż-Żurrieq, li suppost telaq fit-8.10pm, sarx realment il-Ħamis 24 ta’ Novembru 2016?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni miġbura minn fuq is-sistema tal-GPS li bihom huma mgħammra l-karrozzi tal linja, jirriżulta li l-vjaġġ li kien skedat li jitlaq nhar l-24 ta’ Novembru 2016, fit-08:10 ta’ filgħaxija telaq mil-Belt Valletta fit-08:11 ta’ filgħaxija, jiġifieri minuta tard.

Rotta 72 — vjaġġi tal-karozza tal-linja – ħin tat-tluq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħin effettivament telqu l-vjaġġi tal-karozza tal-linja numru 72 mill-Qrendi matul in-nofstanhar ta’ filgħodu tal-Ħamis 10 ta’ Novembru 2016?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħinijiet tat-tluq tal-vjaġġi tal-karozza tal-linja bin-numru 72 mill-Qrendi, matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu tal-Ħamis 10 ta’ Novembru 2016 huma hekk kif ġej: Data Rotta Numru tal Vettura Lokalita Skedat Hin tat-Tluq 10/11/2016 72 398 Qrendi 05:20 05:20 10/11/2016 72 383 Qrendi 06:00 06:00 10/11/2016 72 655 Qrendi 06:20 06:24 10/11/2016 72 398 Qrendi 06:40 06:47 10/11/2016 72 149 Qrendi 07:00 07:06 10/11/2016 72 142 Qrendi 07:20 07:37 10/11/2016 72 384 Qrendi 07:40 07:40 10/11/2016 72 418 Qrendi 08:00 07:59 10/11/2016 72 144 Qrendi 08:20 08:21 10/11/2016 72 85 Qrendi 08:40 08:39 10/11/2016 72 666 Qrendi 09:00 08:59 10/11/2016 72 142 Qrendi 09:20 09:19 10/11/2016 72 418 Qrendi 09:40 09:40 10/11/2016 72 144 Qrendi 10:00 10:00 10/11/2016 72 655 Qrendi 10:20 10:22 10/11/2016 72 666 Qrendi 10:40 10:38 10/11/2016 72 142 Qrendi 11:00 11:00 10/11/2016 72 92 Qrendi 11:20 11:19 10/11/2016 72 144 Qrendi 11:40 11:43 10/11/2016 72 655 Qrendi 12:00 11:59 Din l-informazzjoni hija migbura mill-GPS li hemm installata fuq kull karozza tal-linja. Infurmat ukoll li Transport Malta qegħda tinvestiga jekk il-vjaġġ li kellu jsir fil-05:40 ta’ filgħodu sarx.
Leg 12 PQ #29184 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Supplementary Financial Estimates 2016 – Operational and Maintenance Expenses

Question

B'referenza għas-Supplementary Financial Estimates 2016, Vot 32, (30) Contractual Services taħt il-vot Operational and Maintenance Expenses, jista' l-Ministru jgħid kif is-somma approvata ta' €33,040,000 żdiedet b'€5,000,000, biex in-nefqa totali laħqet is-somma ta' €38,040,000? Jista' jgħid fiex marret din in-nefqa? Jista' jgħid jekk din in-nefqa addizzjonali saritx wara ħruġ ta' tenders jew sejħiet pubbliċi oħra jew jekk saritx permezz ta' direct orders?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żieda fin-nefqa ta' €4,700,000 fuq l-allokazzjoni tal-budget tas-sena l-oħra taħt il-vot Contractual Services tinkludi kemm iż-żdidiet fil-kuntratti eżistenti tal-“Long Term Care Beds’, kif ukoll nefqa akbar minħabba l-politika tal-Gvern li jiġi eliminat il-prekarjat fost il-ħaddiema tal-kuntrattur fis-settur tas-Saħħa.
Leg 12 PQ #29185 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Supplementary Financial Estimates 2016 – Medicines and Surgical Materials

Question

B'referenza għas-Supplementary Financial Estimates 2016, Vot 32, (5400) Medicines and Surgical Materials, jista' l-Ministru jgħid kif is-somma approvata ta' €92,000,000 żdiedet b'€2,250,000 biex in-nefqa totali laħqet is-somma ta' €94,250,000? Jista' jgħid fiex marret din in-nefqa? Jista' jgħid jekk din in-nefqa addizzjonali saritx wara ħruġ ta' tenders jew sejħiet pubbliċi oħra jew jekk saritx permezz ta' direct orders?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ż-żieda fin-nefqa għall-mediċini matul l-2016 kienet tinkludi mediċini ġodda għall-pazjenti bid-dijabete, bl-epatite, bl-ADHD u bil-multiple sclerosis.