Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — Front Office tal-Visitor Services - ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinżlu jaħdmu Għawdex iż-żewġ ħaddiema Għawdxin li jaħdmu fil-Front Office tal-Visitor Services anke jekk kienu infurmati b'dan iċ-ċaqlieq b'email mill-Acting HR Manager?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li ż-żewġ ħaddiema Għawdxin ikkonċernati jmorru jaħdmu Għawdex hekk kif jimtlew iż-żewġ postijiet tagħhom f’Malta – kif diġà kien spjegat fl-istess email li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.

Uffiċċju tad-Dipartiment tar-Riżorsi Umani — intrata tal-aluminium

Question

Jista' l-Ministru jagħti raġuni għalfejn fl-Uffiċċju preżenti tad-Dipartiment tar-Riżorsi Umani nħasset il-ħtieġa li ssir intrata tal-aluminium apparti l-bieb ta' barra? Jista' jgħid minn min inħadem dan ix-xogħol u kemm ġie jiswa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li kien hemm bzonn li ssir antiporta tal-hgieg peress li l-bieb ta’ barra tal-ufficcju imsemmi huwa tal-injam mastizz, mhux bhal tal-ufficcji l-ohra, li ghandhom bibien tal-hgieg. Ix-xoghol sar minn Mario Pisani u gie jiswa €967.

Triq li mix-Xemxija twassal sal-Mellieħa — xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' xogħol sar matul l-aħħar jiem, minn ħaddiema ta' Transport Malta (TM), jew minn kuntratturi mqabbda minn TM, biex jagħmlu xogħol fit-triq prinċipali li mix-Xemxija twassal sal-Mellieħa? Meta sar dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-aħħar sar xogħol ta’ patching kif ukoll xi xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-bankini.

Front ta’ Buġibba, Toroq dawret il-Gżejjer u Triq il-Qawra – xogħlijiet mill-WSC

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta (TM) għamlitx xi koordinazzjoni partikulari mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) biex jiġi koordinat ix-xogħol li l-WSC qed tgħid li trid tagħmel fil-front ta' Buġibba, fit-toroq Dawret il-Gżejjer, u Triq il-Qawra? Jekk iva, meta saret din il-koordinazzjoni? X'tip ta' permessi ngħataw minn TM lill-WSC biex twettaq dan ix-xogħol? Għal liema żmien ingħataw dawn l-istess permessi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma kellha l-ebda talba għall-konsultazzjoni jew ħruġ ta’ permessi mill- Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għal dawn ix-xogħlijiet.

San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra – belisha lights mhux jaħdmu

Question

Billi kważi l-belisha lights kollha li hemm madwar San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra mhux qed jaħdmu, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saru l-aħħar spezzjonijiet fuq dawn il-lights, u x'irriżulta minn dawn l-istess spezzjonijiet? Meta hu mistenni li dawn il-lights jiġu rranġati?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li f’Awwissu ta’ din is-sena, il-Belisha lights kollha ta’ San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Xemxija saritilhom manutenzjoni, li kienet tikkonsisti fi bdil ta’ arbli, żebgħa, u bdil ta’ bozoz u globi. Minn spezzjoni li saret il-bieraħ, irriżulta li kien hemm xi dwal li ma kienux qed jiffunzjonaw . Dawn ser jiġu rranġati fil-jiem li ġejjin.

tneħħija ta' supplimentari — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' tneħħija supplimentari?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sinjura li d-dettalji dwarha ngħataw separatament ser tiġi kkuntattjata bit-telefon fir-rigward tal-benefiċċju msemmi.

Bord tal-Aġenzija Malta Marittima — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lill-Kamra kemm-il darba ltaqa’ l-Bord tal-Aġenzija Malta Marittima mit-twaqqif tagħha?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Bord iltaqa' l-ewwel darba fis-7 ta' Ottubru 2016 u huwa maħsub u ppjanat li jibda jiltaqa' regolarament jew skont l-esiġenzi tal-Aġenzija.

Aġenzija Malta Marittima – għanijiet prinċipali

Question

Jista’ l-Ministru jispjega lill-Kamra x’inhuma l-għanijiet prinċipali tal-Aġenzija Malta Marittima?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-Aġenziji se sservi bħala cluster marittimu nazzjonali bl-għan li jiffaċilita l-kooperazzjoni u l-kollaborazzjoni meħtieġa b ejn il-partijiet ikkonċernati fil-asam marittimu ta' pajjiżna, kemm dawk li ġejjin mis-settur pubbliku, kif ukoll dawk mis-settur privat, sabiex nesploraw il-potenzjal tal-Ekonomija Blu. Għal dan il-għan u f'konformità mal-Avviż Legali, il-Kumitat ta' Tmexxija ġie mwaqqaf sabiex jipprovdi pjattaforma għall-ambjent professjonali u kompetittiv, li jippermetti inizzjattivi ekonomiċi, innovazzjoni u opportunitajiet attraenti għat-tkabbir tas-settur marittimu tagħna.

Aġenzija Malta Marritima – kollaborazzjonijiet ma’ entitajiet governattivi

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lill-Kamra xi eżempji ta’ kif l-Aġenzija Malta Marittima qed tikkollabora ma’ entitajiet governattivi oħra?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-aġenzija qed tikkolabora mal-Awtorità tal-Ippjanar fl-implimentazzjoni tal-Maritime Spatial Planning u mal-Ministeru għall-Edukazzjoni fi twaqqif ta' kumitat għall-edukazzjoni u riċerka, biex jindirizza n-nuqqasijiet eżistenti fis-settur. L-Aġenzija kollaborat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija biex jiġu indirizzati ċertu anomaliji legali u proċeduri li jwasslu għal restrizzjonijiet fuq il-kompetittività ta' Malta fil-Qasam Marittimu.

Aġenzija Malta Marittima — inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lill-Kamra xi ftit eżempji fuq inizjattivi li l-Aġenzija Malta Marittima kienet involuta fihom mit-twaqqif tagħha?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Malta Marittima ġiet mistiedna mill-Gvern taċ-Ċina biex tinnomina rappreżentanti biex jattendi forum internazzjoni fil-gżira ta' Pingtan dwar l-ekonomija blu u l-iżvilupp sostenibbli. Malta Marittima ġiet mistiedna ukoll biex tindirizza l-Assemblea Ġenerali tal-Konferenza għar-Reġjuni Periferiċi u Marittimi (CPMR) f'Venezja. Rappreżentant ta' Malta Marittima għamel diskors dwar l-aspetti varji tas-settur marittim, li ntlaqa' tajjeb ħafna mill-Kummissjoni Ewropea. L-aġenzija provdiet il-pożizzjonijiet ta' Malta fuq kwistjonijiet varji relatati mas-settur marittimu li jinkludu fost oħrajn dwar l-Ippjanar tal-Ispazju Marittimu, l-Istrateġija għas-Sigurtà Marittima tal-Unjoni Ewropea u t-Tkabbir Ekonomiku Blu. L-Aġenzija tattendi laqgħat regolari f'Brussel fir-rigward tal-Istrateġija reġjonali tal-baċiri tal-baħar għall-Punent tal-Mediterran, fejn Malta sostniet l-impenn tagħha għall-iżvilupp tal-inizjattiva u l-politika integrata marittima. Tkompla ix-xogħol fuq ir-reviżjoni tal-bunkering f'Malta u għaddej proċess ta' konsultazzjoni ma' numru ta' enittajiet governattivi. Hemm diversi inizzjativi oħra li qed jiġu kkunsidrati jew għadhom fi stat ta' żvilupp.

Aġenzija Malta Marittima u l-Kamra tal-Kummerċ — diskussjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm diskussjonijiet bejn l-Aġenzija Malta Marittima u l-Kamra tal-Kummerċ jew xi organizzazzjonijiet nazzjonali oħra?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nista' nikkonferma li kien hemm diversi laqgħat mal-Kamra tal-Kummerċ bl-għan li jissaħħaħ u jittejjeb ir-relazzjonijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat u biex jiġu esplorati opportunitajiet ekonomiċi. Malta Marittima qiegħda ukoll f'diskussjonjiet mal-Malta Maritime Forum bl-għan li jiġi ffirmat Memorandum of Understanding bejn iż-żewġ naħat biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni u jiġu esplorati opportunitajiet ġodda.

Il-Mosta – Triq l-Antinni – tibdil fid-direzzjoni tat-trasport

Question

Peress li fi Triq l-Antinni, il-Mosta, kienet inbidlet id-direzzjoni tat-traffiku wara li kellha tinbidel ukoll id-direzzjoni tat-traffiku ħiereġ minn Triq il-Waqqafa minħabba r-rotot tat-trasport pubbliku, u peress li issa dawn ir-rotot reġgħu nbidlu u t-trasport pubbliku m’għadux jgħaddi mit-toroq imsemmija, jista’ l-Ministru jintervjeni sabiex tiġi riveduta d-deċiżjoni dwar id-dħul tat-traffiku minn Triq l-Antinni u terġa’ ssir kif kienet oriġinarjament?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta qed tistenna l-konsultazzjoni mar-residenti mingħand il-kunsill lokali sabiex tkun tista’ tevalwa din it-talba.
Leg 12 PQ #28385 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Fondazzjoni – eco tax

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-policy li ġiet stabbilita biex il-Fondazzjoni li se tamministra l-eco tax (li ddaħħlet aktar kmieni din is-sena) se tuża?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa qed tkun diskussa l-proċedura ta’ kif ser jintgħażlu l-proġetti.
Leg 12 PQ #28386 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – operating profit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-operating profit tal-Air Malta għas-sena 2015/16?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-operating profit tal-Air Malta għas-sena 2015/16 ser jiġi ppublikat fil-forum opportun skont il-liġi.
Leg 12 PQ #28387 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – Financial Statements

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġu ppubblikati l-financial statements tal-Air Malta għas-sena 2015/16?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28386, datata 20 ta’ Diċembru 2016.
Leg 12 PQ #28388 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

MCC – Financial Statements

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 23898, peress li t-tweġibiet li għamel riferenza għalihom il-Ministru ma jikkonċernawx il-financial statements (li huwa obbligu statutorju ta’ kull kumpanija), jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar set ta’ financial statements tal-Mediterranean Conference Centre?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, bħal ma diġa spjegajt fil-Mistoqsija Parlamentari 23898, peress illi il-Mediterranean Conference Centre (MCC) tikkompeti ma’ kumpaniji u entitajiet oħra li joperaw fl-istess settur, il-management għadu jinsisti li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali u għalhekk sensittiva. Filwaqt illi l-Mistoqsijiet Parlamentari, li kienu saru lill-amministrazzjoni Nazzjonalista u li qed jagħmel referenza għalihom l-Interpellant ma jistaqsux speċifikament għall-financial statements, madanakollu jistaqsu għal informazzjoni finanzjarja bħal taxxi u tariffi, prezz ta’ kirjiet tas-swali u servizzi ta’ awditjar intern. Tali nformazzjoni ma ngħatatx minħabba sensittivita’ kummerċjali, u per konsegwenza ser jiġi applikat dan il-prinċipju.
Leg 12 PQ #28389 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-Air Malta fis-snin 2015 u 2016, u jagħti l-informazzjoni skont il-grad li fihom ġew impjegati?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar
Leg 12 PQ #28390 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Smart City – ITS — Proġett ta’ rilokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jiswa l-proġett tar-rilokazzjoni tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) lejn Smart City?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-proġett tar-rilokazzjoni tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) lejn Smart City huwa stmat ill ser jiġi globalment jiswa madwar €74 miljun u ser jitmexxa minn Projects Malta. Dan l-investiment, illi huwa wieħed mill-akbar proġetti li qatt saru għar-riżorsi umani fit-turiżmu, se jġib fil-prattika l-impenn tal-Istitut sabiex jipprovdi l-industrija tat-turiżmu b’impjegati professjonali, kif ukoll imħarrġa u ppreparati għad-dinja tax-xogħol tal-lum f’dan il-qasam.
Leg 12 PQ #28963 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – post fejn jinħadmu l-karrijiet tal-karnival

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25784, jista’ l-Ministru jgħid jekk issa ġiex identifikat post fejn ikunu jistgħu jinħadmu l-karrijiet tal-Karnival f'Għawdex? Jista' jikkonferma jekk saritx applikazzjoni għall-fondi tal-Unjoni Ewropea għal dan il-għan? Meta hu maħsub li d-dilettanti tal-Karnival f'Għawdex ikollhom dan il-post fejn jistgħu jaħdmu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li bħala sit ġie identifikat il-fond fi Triq tal-Baqqari kantuniera ma’ Triq il-Ħamrija fix-Xewkija. Bħalissa qed tiġi pproċessata applikazzjoni għand l-Awtorita’ tal-iPpjanar. Il-proġett ser jiġi ffinanzjat minn fondi nazzjonali.

Għawdex – Maġġur tal-Pulizija stazzjonat

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex f'Għawdex hemm stazzjonat Maġġur tal-Pulizija wieħed biss meta sa ftit taż-żmien ilu kien hemm erba' maġġuri? Jista' jgħid meta hu maħsub li jkun hemm aktar Maġġuri tal-Pulizija f'Għawdex?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-esiġenzi tal-Korp tal-Pulizija hekk jitolbu fil-preżent. F’każ illi l-esiġenzi tal-Korp jitolbu li jkun hemm żieda fl-ammont ta’ maġġuri stazzjonati f’Għawdex, dawn l-esiġenzi jistgħu jiġu kkunsidrati.