Jista’ d-Deputat Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29119 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar liema kienu l-kunsilli lokali li kienu applikaw biex jasfaltaw rural roads permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea, meta kien hemm din l-iskema? Liema minn dawn it-talbiet intlaqgħu u liema le? Fejn it-talbiet ma ntlaqgħux, x’kienet ir-raġuni għal dan?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali imsemmija kif ġej, applikaw mal-Local Action Groups (LAGs) rispettivi biex jasfaltaw rural roads permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea għall-Programming Period 2007-2013: Attard, Birżebbuġa, Dingli, Għarb, Għasri, Għargħur, Kirkop, Lija, Luqa, Marsaskala, Mdina, Mellieħa, Mġarr, Nadur, Qala, Qrendi, Sannat, San Pawl il-Baħar, Siġġiewi, Xagħra, Żabbar, Żebbuġ, Żejtun u Żurrieq.
Jirriżulta li l-LAGs laqgħu l-applikazzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kollha minbarra dik tas-Siġġiewi peress li ġiet sottomessa tard kif ukoll dik ta’ San Pawl il-Baħar minħabba li kien hemm inkonsistenza fl-applikazzjoni.
Xtaqt ninforma lill-Onorevoli Interpellant wkoll li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija rtira min-naħa tiegħu l-applikazzjoni.
Enemalta – Il-Mellieħa – Triq l-Għerien – tneħħija ta’ arbli perikolużi u ċaqliq ta’ wires
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28088 filwaqt li nikkonferma li sar xi xogħol mill-Enemalta fuq Triq l-Għerien, peress ix-xogħol baqa' mhux konkluż tant li għad fadal periklu u inkonvenjent għar-residenti li jgħixu fl-istess triq, jista’ l-Prim Ministru jara li x-xogħol ta' tneħħija ta' wires u arbli perikolużi jitkompla f'din it-triq?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li x-xogħol relatat mal-mistoqsija parlamentari 28088 li kien jinvolvi tibdil ta’ arbli u ċaqlieq tal-wires relatati, tlesta fl-ewwel jiem ta’ Novembru. Madanakollum minn dak iż-żmien ’l hawn Enemalta plc irċeviet rapport ieħor dwar wires oħrajn tal-elettriku u ta’ servizzi oħra fl-istess triq li seta’ kellhom bżonn ta’ tiswijiet. Mill-ewwel bdiet il-ħidma u fil-fatt ix-xogħlijiet mistennija jitlestew f’dawn il-jiem, kif kien ipprogrammat.
Buġibba – Triq ir-Rebbiegħa – parkeġġ riżervat għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir infurzar mill-pulizija fuq il-parkeġġ li hemm fi Triq ir-Rebbiegħa f'Buġibba riservat għall-Persuni b'Diżabilità, liema parkeġġ però qed ikun abbużat ripetutament b'użu ħażin minn persuni li m'għandhomx fil-pusses tagħhom il-Blue Badge/Sticker ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tas-Sezzjoni tat-Traffiku kif ukoll dawk Distrettwali qed iżidu r-rondi tagħhom fiż-żona indikata biex jaraw illi dawn l-abbużi jiġu eliminati.
Buġibba – Triq ir-Rebbiegħa – parkeġġ riżervat għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir infurzar mill-gwardjani lokali fuq il-parkeġġ li hemm fi Triq ir-Rebbiegħa f'Buġibba riservat għall-Persuni b'Diżabilità, liema parkeġġ però qed ikun abbużat ripetutament b'użu ħażin minn persuni li m'għandhomx fil-pusses tagħhom il-Blue Badge/Sticker ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi l- Gwardjani Lokali jinfurzaw regolarment il-ligi dwar parkeġġjaw b’uzu ħazin minn persuni li m'għandhomx fil – pussess tagħhhom il – Blue Badge Sticker, fil-gzejjer Maltin u Għawdxin.
Fit-Triq partikolari imsemmija, ser isir moniteraġġ aktar frekwenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il student mill-ITS mar għal esperjenza ta’ internship barra minn Malta bejn Marzu 2013 u Diċembru 2016? Jista’ jgħid kemm minnhom ikkonkludew l-internship u kemm minnhom ma komplewhx? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti talbu li jkomplu l-internship li bdew f’pajjiż ieħor u kemm kienu dawk li kellhom it-talba tagħhom milqugħa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28968 jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Professur hux qiegħed jitħallas għall-konsulenza tiegħu? Jekk iva, kemm qiegħda tiġi tiswa din il-konsulenza? Barra dan, jista’ jgħid min huma l-awtoritajiet l-oħra li qed jiġu kkonsultati dwar din ir-riforma u kemm qegħda tiġi tiswa din il-konsulenza?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Professur indikat mhux qiegħed jitħallas għall-konsultazzjoni li saret miegħu s’issa. Fost l-awtoritajiet l-oħra li ġew ikkonsultati, hemm uffiċjali għolja mill-Ministeri għall-Edukazzjoni fl-Olanda, fir-Renju Unit u fil-Fillandja. L-ispejjeż relatati huma ta’ vjaġġar u ospitalità minn uffiċjali Maltin fl-imsemmija pajjiżi.
Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienet magħmula d-delegazzjoni tal-Ministeru tiegħu li matul il-ġimgħa ta' bejn it-12 u s-16 ta' Diċembru 2016 kienet qed iżżur il-Finlandja in vista tar-riforma fil-livell sekondarju? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa din iż-żjara ta' din id-delegazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-membri tad-delegazzjoni ministerjali li telgħet flimkien miegħi l-Fillandja bejn il-11 u l-15 ta’ Diċembru 2016 kienu l-Prof. Alfred Vella (Rettur, UoM), Dr Francis Fabri (Direttur Ġenerali, MEDE), is-Sur Vince Maione (Viċi-Prinċipal, MCAST), is-Sur Martin Borg (Direttur, ITS), Dr Godfrey Vella (Chairman, NCFHE) u l-Ambaxxatur Michael Zammit Tabona. L-ispejjeż kienu:
Biljetti tal-ajru għad-delegazzjoni kollha: €3725.50
Subsistence għal membri tad-delegazzjoni minbarra l-Ministru: €2147.20
Contingency tal-Ministru: €291.00
Travel Insurance għad-delegazzjoni kollha: €54.00
Ikla uffiċċjali għall-uffiċjali Fillandiżi (19-il persuna): €2000.10
Mementos kommemorattivi (15) għall-uffiċjali Fillandiżi li d-delegazzjoni Maltija ltaqgħet magħhom: €450.
Akkomodazzjoni f’lukanda għad-delegazzjoni kollha: €4480.00
Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra x’passi ħa l-Gvern minn mindu daħal fis-seħħ l-Att numru VII tal-2015 – fl-10 ta’ Marżu 2015, jiġifieri aktar minn sena u tmien xhur ilu – rigward ħatriet ta’ persuni b’diżabilità fid-diversi entitajiet indikati f’dik l-istess liġi?
Response (DALLI, HELENA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkoncernat.
Jista’ l-Prim Ministru jinforma l-Kamra dwar il-vjaġġi kollha li huwa għamel bħala Prim Ministru mill-bidu tas-sena sad-data tat-tweġiba għal din il-mistoqsija, u jagħmel dan billi jelenka lista bid-dati kollha tal-vjaġġi u f’kull każ bl-indikazzjoni tal-isem tal-pajjiż li żar, id-daqs tad-delegazzjoni u l-ispiża minfuqa?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28987, jista' l-Ministru jispeċifika kemm kienu l-ħaddiema li bbenefikaw biss minn Boroż ta' Studju minn Marzu 2013 u April 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Mhux car ghal xiex qed jirreferi ezattament l-Onor. Interpellant b’boroz ta’ studju. Jekk qed jirreferi ghal ghajnuna finanzjarja diretta sabiex jigu mhallsa (parzjalment) mizati ghall-istudji rispettivi, allura ninsab infurmat li kien hemm tmintax-il kaz ta’ dan it-tip. Impjegati ohrajn ibbenefikaw b’modi ohra imsemmija fit-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 28987
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28990, jista' l-Ministru jispeċifika jekk ġo Heritage Malta hemmx iktar minn Dipartiment tar-Riżorsi Umani wieħed li ma nafux bih?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-mistoqsija parlamentari 28990 ma kien hemm imkien indikat li qed issir riferenza għal Heritage Malta. Ikun aħjar jekk wieħed jivverifika sewwa qabel jagħmel ċerti affermazzjonijiet bla bżonn.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28990, qed nirreferi għad-Dipartiment tar-Riżorsi Umani preżenti li hu mmexxi mill-Acting Human Resources Manager li jirrispondi direttament lill-Kap Eżekuttiv ta' Heritage Malta, jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-Dipartiment tal-HR waqqafx ħesrem farewell parties li kienu jiġu organizzati għal dawk l-impjegati li jkunu se jirtiraw mix-xogħol bl-età? Jekk fl-affermattiv kien hemm xi raġuni għal dan il-waqfien? Jista' jirrispondi l-mistoqsija oriġinali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-farewell parties twaqqfu peress li l-atendenza kienet tkun fqira u kien hemm sahansitra impjegati stess li ma xtaqux li jsir. Minflok l-impjegati li jkunu se jirtiraw qed jigu rikonoxxuti billi jinghataw membership card ghal access minghajr hlas ghall-muzewijiet u siti kollha ta’ Heritage Malta, u nformat li dan qed jigi apprezzat iktar.