Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #27971 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema mal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Gvern li huma Skala 20, 19, 18, 17, 16 u 15? Jista’ jgħid kemm għandhom salarju dawk li jaħdmu u qegħdin fi Skala 20, 19, 18, 17, 16 u 15?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li n-numru ta’ haddiema mal-Gvern fl-iskali msemmija jammonta ghal: Skala Total 15 1,746 16 985 17 628 18 1,763 19 172 20 264 L-informazzjoni mitluba dwar is-salarji marbuta ma’ dawn l-iskali tista’ tinkiseb mill-estimi tal-Gvern ghas-sena applikabbli.
Leg 12 PQ #27975 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema fi Skala 15, 16, 17, 18, 19 u 20 — job description

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'job description għandhom il-ħaddiema fi skala 20,19,18,17,16 u 15?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-job descriptions applikabbli jvarjaw minn grad ghal iehor. Aktar informazzjoni dwar l-iskali msemmija tista’ tinkiseb mill-estimi tal-Gvern ghas-sena applikabbli.

Ta' Qali — Sptar San Franġisk - inawgurazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettaljatament x'kienet in-nefqa li saret biex ġiet organizzata l-inawgurazzjoni ta' dak li kien l-Isptar San Franġisk f'Ta' Qali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Ministeru ma’ daħal fl-ebda spiża biex sar il-ftuħ tal-Isptar tal-Annimali f’Ta’ Qali (li qabel kien il-klinika tal-annimali San Frangisk), ħlief ghall-kiri ta’ sistema tal-awdjo għall-okkazjoni, bi spiża ta’ €466.10. Dan kuntrarju għal dak li gara fl-2010, taħt l-amministrazzjoni preċedenti, meta nfethet il-klinika ta’ San Frangisk. Jien infurmat li l-ispiża, għall-Ministeru tal-MRRA, f’dik l-okkażjoni kienet tleħħaq is-somma eċċessiva ta’ €19,107.65.

Skema One to One u skemi oħra — għajnuna lir-raħħala

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna hemm għal raħħala simili ta' one to onejew xi skemi oħrajn ta' għajnuna?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Programm għall-Iżvilupp Rurali ta’ Malta 2014-2020, jinkludi numru ta’ skemi ta’ fondi li minnhom jistgħu jibbenefikaw il-bdiewa u r-raħħala Maltin. Fost dawn l-iskemi, hemm il-Miżura 4.1, li hija dik li hi l-iżjed qrib ta’ dik li kienet l-iskema 121 taħt il-Programm preċedenti 2007-2013, għalkemm m’humiex identiċi. Il-Miżura 4.1 li tħabbret nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru tipprovdi għajnuna finanzjarja għal total ta’ 25 miljun Ewro lill-benefiċjarji diversi, inklużi r-raħħala, għal investimenti fl-irziezet tagħhom, u tkopri sa 50% tal-ispejjeż eliġibbli. L-investimenti jridu jkunu f’proġetti ġodda u mhux f’proġetti li jkunu diġa’ twettqu L-informazzjoni dettaljata dwar din l-iskema, u skemi oħrajn huma pubblikati fil-Programm innifsu filwaqt li l-linji gwida għall-applikanti ser jiġu mnedija mill-Awtorita’ ta’ Ġestjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej, l-Implementazzjoni tal-Manifest Elettorali fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 12 PQ #28391 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

SmartCity – ITS – proġett ta’ rilokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif se jiġi ffinanzjat il-proġett tar-rilokazzjoni tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) lejn SmartCity?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #28392 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – korsijiet – studenti li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw student minn korsijiet (full-time) fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) sena b’sena mill-2012 sal-2015 u jgħid ukoll kemm huwa stmat li se jiggradwaw din is-sena? Jista’ jaqsam l-informazzjoni skont il-korsijiet rispettivi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tajjeb illi wieħed jinnota illi, sar kambjament bi qbil mal-industrija fil-mod ta’ kif jiġu mgħallma l-korsijiet kif ukoll biex l-internship internazzjonali ma jkunx fil-perjodu fl-aħħar tal-istudji iżda jkun fin-nofs. Dan sar biex nagħtu aktar ċans lill-kumpaniji lokali jimpjegaw lill-gradwati Maltin. Għaldaqstant, b’riżultat ta’ dan it-tibdil, 125 student/a illi qegħdin jistudjaw għad-diploma barra il-pajjiż ser jigradwaw fl-2017 minn flok fl-2016.
Leg 12 PQ #28393 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – waqfin ta’ operat minn San Ġiljan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) jieqaf jopera mis-sit preżenti tiegħu f’San Ġiljan?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kampus il-ġdid tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi huwa ppjanat illi jkun kompletament funzjonali fl-2019, l-istess sena illi l-Istitut ser jieqaf jopera mis-sit preżenti tiegħu.
Leg 12 PQ #28394 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Smart City – migrazzjoni tal-ITS

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-migrazzjoni tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) għal SmartCity?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, minħabba ċirkostanzi spjegati fit-tweġibiet għal Mistoqsijiet Parlamentari oħra, għajr dak li ġie mwieġeb għal domandi oħra, hu prematur li wieħed iwieġeb għal din id-domanda.
Leg 12 PQ #28395 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

SmartCity – ITS – spiża dettaljata

Question

Jista’ l-Ministru jagħti break down dettaljata tal-ispiża msemmija ta’ €52 miljun biex l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) jiċċaqlaq għal SmartCity?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #28396 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Smart City — ITS – spiża - ċaqlieq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif se tiġi ffinanzjata l-ispiża msemmija ta’ €52 miljun biex l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) jiċċaqlaq għal Smart City?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #29006 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21836, li issa ilha kważi sena pendenti, u jagħti lista ta’ kull direct order, kienet ta’ liema valur kienet, li ta kull dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, matul is-sena 2015? Jista’ jgħid f’kull każ x’inxtara jew x’servizz ingħata, kif ukoll il-valur u min ġie mħallas?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #29007 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġett taċ-Ċittadella

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25790 u 26088 li issa ilhom pendenti aktar minn sitt xhur, u jgħid kemm ser jiswa b'kollox il-proġett taċ-Ċittadella? Jista’ jagħti break down tal-ispiża totali? Jista' jgħid liema xogħlijiet saru wara li nħareġ it-tender u liema kienu b'direct order jew sejħa għall-kwotazzjonijiet? Jista' jgħid fejn ix-xogħol ingħata b'tender kemm kienet l-istima oriġinali tax-xogħol u kemm fil-fatt sewa l-istess xogħol? Jista' jagħti lista tad-direct orders li ngħataw f'dan il-proġett, lil min ingħataw u kemm swiet kull direct order?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammonti għadhom qed jiġu ċċertifikati u għalhekk rendikont sħiħ jingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #29011 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Tmexxija ta’ Sptar Karin Grech, Sptar San Luqa u Sptar Ġenerali t’Għawdex – Request for Proposals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nħarġet ir-Request for Proposals (RFP) għat-tmexxija (services concession) tal-Isptar Karin Grech, Sptar San Luqa u Sptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-RFP u l-kundizzjonijiet kollha ta’ magħha kif kienu ħarġu f’dik id-data? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dak li ġie approvat biex intgħażlet Vitals Global Healthcare Limited u dak li ġie ffirmat magħhom malli ntgħażlu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sejħa għall-proposti ġiet ippubblikata fis-27 ta’ Marzu 2015. Il-kundizzjonijiet tas-sejħa kienu disponibbli għal kull min wera interess fihom, bl- akkwist tad-dokumenti relattivi u bl-ispezzjoni tad-dokumenti fil-perjodu applikabbli għas-sejħa. Il-proposti ġew evalwati skont il-kriterji tas-sejħa.
Leg 12 PQ #29012 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Master Plan tad-Diving — miżuri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26242 li ilha pendenti sitt xhur u jgħid x'ġie implimentat s’issa mill-Master Plan tad-Diving li sar fl-2006 u f’liema sena ġew implimentati kull waħda mill-miżuri li saru? Jista' jgħid x'miżuri għad fadal biex jiġu implimentati u fejn wasal il-Ministeru tiegħu fuq kull miżura ta' dan il-master plan?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Ninsab infurmat ukoll li peress li hemm miżuri li huma ambjentali u regolatorji, l-Ministeru għal Għawdex qed jaħdem id f’id mal- Ministeri u Awtoritajiet ikkonċernati, b’mod speċjali mal-Ministeru tat-Turiżmu; mal- Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima; mal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta; u mal- Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi.
Leg 12 PQ #29013 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Vot ta’ Marketing

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26243 li ilha li saret sitt xhur u jgħid il-vot tal-marketing ta' Għawdex bħala destinazzjoni turistika distinta li kellu fil-Ministeru tiegħu kif ġie minfuq għas-sena 2014 u għas-sena 2015? Għal kull każ jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull inizjattiva u kemm kien għad fadal minn dan il-vot li ma ntużax sal-aħħar tas-sena? Jista' l-Ministru jgħid għal kull każ ta' kull inizjattiva li ttieħed b' dan il-vot, ix-xogħol jew is-servizzi sar wara sejħa għall-offerti, talba għal kwotazzjonijiet jew b' direct order?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #29014 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Servizz ta’ Helicopter – Fixed-wing plane

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25839 li ilha pendenti sitt xhur u jgħid minn Marzu 2013 sal-lum min kienu l-persuni li ġew inkarigati mill-Ministeru tiegħu biex jagħtu konsulenza fuq l-airstrip u/jew servizz ta' helicopter jew fixed-wing plane bejn Malta u Għawdex? Kemm tħallsu dawn il-persuni għal dan ix-xogħol? Jista' jpoġġi kopja tar-rapport jew pariri li ngħata fuq l-airstrip u servizz imsemmi minn dawn il-konsulenti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l- Ministeru għal Għawdex ingħata konsulenza minn għand RM Periti għal valur ta’ €10,620 (VAT inkluz). Ir-rapport huwa ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant ma jistax jiġi ppublikat.

Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur – investigazzjoni ta’ każijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet bħalissa li qed jiġu investigati mill-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur għal xi allegat ksur tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li bħalissa hemm tmien investigazzjonijiet fejn proċeduri amministrattivi jew kriminali huma pendenti.

Laqgħat bejn l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il laqgħa saret bejn l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni rigward ilmenti ta’ konsumaturi fil-qasam tal-komunikazzjoni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sena ma saret l-ebda laqgħa bejn l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni rigward ilmenti. L-Uffiċċju kkomunika direttament mal-Awtorita’ msemmija permezz ta’ emails u telefonati.

Laqgħat bejn l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il laqgħa saret bejn l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji rigward ilmenti ta’ konsumaturi f’dan il-qasam?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li ma kienx hemm ħtieġa li jsiru laqgħat bejn l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji rigward ilmenti dwar dan il-qasam. Ir-raġuni hija li l-ilmenti f’dan il-qasam jiġu mressqa direttament lill-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji.

Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur – ħlas lill-membri

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28913, tista’ l-Ministru telenka kemm tħallsu l-membri tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur fis-sena 2014, 2015 u 2016?

Response (DALLI, HELENA)

Matul il-perjodu 2014-2016 iċ-ċhairperson u membri tal-kunsill tħallsu: EXP 2013 EXP 2014 EXP 2015 EXP 2016 Onoraria €13421.60 €11364.74 €8520.35