Peress li waqt li kien qed jindirizza laqgħa internazzjonali tal-mediċina sportiva organizzata f'Malta, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li wara li s-sena l-oħra nħatar konsulent fil-Mediċina Sportiva, issa beda servizz ġdid fiċ-Ċentri tas-Saħħa, u kif ukoll fl-Isptar Mater Dei, jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta’ servizzi qed ikunu offruti, minn min u lil min u f'liema Ċentri tas-Saħħa? Jista’ jgħid min hu l-konsulent fil-Mediċina Sportiva u x'support staff għandu miegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi persuna tista’ tagħmel u¿u mis-servizz tal-iSports and Exercise Medicine Clinic kemm mil-isptar Mater Dei u kif ukoll miċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi u kif ukoll ta’ Birkirkara.F’dawn il-kliniki jingħataw konsultazzjonijiet u servizzi oħra bħal ma hu s-Shockwave Therapy, li jingħata f'Mater Dei. Is-servizz jitmexxa mill-Konsulent tal-Ortopedija u Mediċina Sportiva Dr Micallef Stafrace.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32337 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30953, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħa mal-Commonwealth Local Government Forum (CLGF)? Jista’ jgħid min hu l-advisor li tela’ mas-Segretarju Parlamentari fi Brussell f’Novembru 2016 u ma’ min iltaqa’ bejn l-24 u s-26 ta’ Novembru? X’kien l-iskop li s-Segretarju Parlamentari mar Strassburgu biex jiltaqa’ mal-President tal-Kumitat tar-Reġjun?
Clubs/Assoċjazzjonijiet sportivi – għotja ta’ art pubblika
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30067 u 29506 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ clubs/assoċjazzjonijiet sportivi Maltin u Għawdxin li ngħatatilhom art pubblika (direttament mid-Dipartiment tal-Artijiet) biex jiżviluppaw u joperaw faċilitajiet sportivi tagħhom? Għal kull każ jista’ jgħid:
a) l-isem tal-
club
/assoċjazzjoni;
b) fejn jinsab is-sit;
c) x’daqs (f’metri kwadri) fiha l-art;
d) fiex jikkonsistu l-faċilitajiet; u
e) meta ngħatatilhom u b’liema titlu ngħatatilhom?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk teżistix policy dwar il-bżonn ta’ First Aiders (persuni li jkunu mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna f’każ ta’ inċident) fis-Servizz Pubbliku u jekk iva, jpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Regolamenti dwar l-Ewwel Għajnuna fuq il-Post tax-Xogħol (Leġislazzjoni Sussidjarja 424.13). Kif indikat f’Regolament nru. 3, dawn ir-Regolamenti japplikaw għal kull post tax-xogħol.
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-imsemmija regolamenti.
Servizz Pubbliku – ħaddiema — polza ta’ assikurazzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk teżistix xi polza ta’ assikurazzjoni jew kopertura oħra simili biex tkopri lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku kontra kull eventwalità jekk huma jagħtu l-ewwel għajnuna lill-persuni oħrajn waqt il-ħin tax-xogħol fis-Servizz Pubbliku?
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li l-art fejn hemm il-power station tal-Marsa u li issa m’għadhiex tintuża, se tinbidel fi spazju pubbliku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Huwa ta’ sodisfazzjon li wara snin shah ta’ wegħdiet li qatt ma inzammu taht gvernijiet Nazzjonalisti, illum m’għadniex nitkellmu dwar meta ser tingħalaq il-Marsa Power Station iżda dwar x’ser jiġri mill-art tagħha wara li Enemalta tkun lestiet it-twaqqigħ tal-istrutturi tal-istess power station. Il-Marsa Power Station intfiet f’Marzu 2015. Boilers 4 sa 8 inqatgħu għal kollox mis-sistema tad-distribuzzjoni fit-12 ta’ Marzu li għadda meta ma kienx ghadu meħtieġ li tibqa’ cold standby għas-sigurtà tal-provvista, hekk kif bdew joperaw l-impjanti l-ġodda li jaħdmu bil-gass naturali f’Delimara.
Enemalta għaddejja bix-xogħol tat-twaqqigħ ta’ dan l-istazzjon b’ritmu mgħaġġel, hekk kif diversi partijiet minnu diġa tneħħew. Għalissa, il-priorità hija li s-sit tal-Marsa Power Station jitnaddaf mill-apparat antik tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u mill-istrutturi relatati. Meta din il-ħidma titlesta, is-sit tal-Marsa Power Station jeħtieġ jifforma parti minn inizjattivi ta’ riġenerazzjoni sostenibbli li joffru spazji miftuha u ta’ rikreazzjoni fl-inħawi tal-Marsa u tal-Port il-Kbir. Se ssir konsultazzjoni mill-iktar wiesa dwar dan, fost ohrajna mal-Kunsilli Lokali.
Belt Valletta – Triq l-Arċisqof – permessi biex stabbilimenti joħorġu mwejjed u siġġijiet fit-triq
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30060 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 28258, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ permessi li ngħataw biex stabbilimenti li jinsabu fi Triq l-Arċisqof, Valletta, joħorġu mwejjed u siġġijiet fit-triq u għal kull każ jgħid meta ngħata l-permess u għal xiex ingħata (jiġifieri kemm spazju f’metri kwadri jew in-numru ta’ mwejjed u siġġijiet) u jagħti l-informazzjoni għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li permessi maħruġa mill-Awtorita tal-Ippjanar huma dawn:
PA No.
Proposal
Area
PA/01912/15
Change of use from class 4b use to class 4c, including placing of tables and chairs in front of premises .
16 sq.m.
PA/01639/16
Placing of tables and chairs in front of existing class 4c pub.
7.4 sq.m
DNO No.
Proposal
Area
DN/00787/14
Permit for tables and chairs
12m²
DN/02049/14
Placing of tables & chairs and shifting of w/c door.
12.6m²
DN/02045/15
Placing of tables & chairs.
10.5m²
Jista’ l-Ministru mingħajr ma jidħol f’konfrontazzjoni bla skop, jieħu l-passi neċessarji sabiex bla preġudizzju għal kull ftehim li għad irid ikun hemm bejn iż-żewġ naħat, il-Kunsill Lokali u d-Dipartiment tas-Saħħa, jara li l-faċċata tas-sular t’isfel taċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Mosta jiġi miżbugħ sabiex iċ-Ċentru tas-Saħħa jkollu dehra aktar nadifa u sabiħa kif jixraq lil kull min jagħmel użu minnu?
Tista’ l-Ministru tinvestiga permezz tad-dipartiment konċernat jekk ħaddiema li qed jaħdmu bil-kuntratt mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-iskejjel tal-Gvern qed jaqbdu f’idejhom €688.16 kull erba’ ġimgħat meta huma qed jaħdmu full time imma reġistrati bħala part-time jekk ħadux iż-żieda fil-paga kif stipulat bil-liġi u jekk il-kundizzjonijiet tax-xogħol humiex skont il-liġi?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg qed jinvestiga dan il-każ.
Filwaqt li għaddew kważi sentejn mindu sar ir-rapport minn perit skont kif kienet infurmata din il-Kamra, illum il-Ministru għadu tal-istess fehma bħalma kien dakinhar, li l-Palazz ta' Selmun m'għandux il-ħtieġa li jsirlu restawr jew manutenzjoni fuqu, anke konxji tal-fatt li dan huwa sit b'valur storiku?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-aħħar rapport illi sar fejn ġiet evalwata is-sitwazzjoni tal-bini tal-Palazz ta’ Selmun huwa datat 28 ta’ Jannar 2016. Naċċerta lill-Interpellant illi fir-rigward ta’ manutenzjoni, il-kundizzjoni attwali ta’ dan il-wirt storiku għadha fl-istess stat stutturali bħal ma ġie rappurtat f’diversi Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti.
Il-Mellieħa – Kunsill Lokali – Triq l-Etna — terrapien
Question
Jista' l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jieħu l-passi kollha li tagħtih il-liġi sabiex jara li jitneħħa b'mod immedjat terrapien li ntefa b'mod illegali fi Triq l-Etna (viċin żona residenzjali) u li minkejja li diġà saru rapporti lill-Kunsill minn residenti aktar minn ġimagħtejn ilu però baqa' xorta ma tneħħix?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li l-inkonvenjenza msemmija mill-Onor. Interpellant tikkonsisti f’terrapien mitfugħ fi plot u mhux fi triq. Madankollu, se tittieħed azzjoni biex dan jitneħħa mill-aktar fis possibbli.
Il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar — ċitazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu ċ-ċitazzjonijiet li ngħataw fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar, fiex kienu jikkonsistu dawn il-kontravenzjonijiet u f’liema toroq ingħataw l-istess ċitazzjonijiet bejn Jannar 2015 u Frar 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Il-Mellieħa – Mużew tat-Tunnara – xogħol ta’ restawr u manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol ta' restawr u manutenzjoni fuq il-Mużew tat-Tunnara fil-Mellieħa, kemm ġej jiswa u min se jkun qed jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa wieġeb għal Pre-Announcement Call IV maħruġa mill-Funds & Programmes Division sabiex jikseb finanzjament għar-restawr tal-Batterija ta’ Westreme, kif ukoll biex isir titjib fil-Mużew tat-Tunnara, li hemm fl-istess binja. Din il-proposta ġiet ikkunsidrata b’mod pożittiv mill-Planning & Priorities Coordination Division, tant li attwalment għaddejjin kuntatti mal-MEUSAC bil-għan li l-Kunsill ikun jista’ jissottometti applikazzjoni formali għall-finanzjament permezz tal-ERDF 2014-2020. Din is-sejħa ser tagħlaq fil-5 ta’ Mejju 2017.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31498 relatata mal-preżenza tal-Pulizija waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal mill-Iskola Primarja tan-Naxxar, fejn fl-istess risposta intqal li l-preżenza tal-pulizija kienet dejjem hemm, jista' l-Ministru jara li min tah din l-informazzjoni ikun qed jagħtih il-verità tal-fatti u dan peress li kif ġara fl-aħħar xhur, matul l-aħħar ġimagħtejn minn tal-inqas żewġ okkażjonijiet il-pulizija reġgħu kien assenti fost ir-rabja u d-diżappunt tal-ġenituri tal-istess studenti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li, kif diġa kelli l-opportunita` nirrispondi, mill-verifiki li saru mal-uffiċċjali responsabbli mid-duties tan-Naxxar, ġie mill-ġdid ikkonfermat illi fil-ħin tad-dħul u l-ħruġ mill-Iskola Primarja tan-Naxxar, dejjem ikun hemm uffiċċjal tal-pulizija iddettaljat inkluż matul l-aħħar ġimgħat. Iktar verifiki jistgħu jsiru jekk l-Onorevoli Interpellant jindika il-ġranet fejn l-allegat nuqqas ta’ Pulizija ħdejn l-iskola kien irrapurtat. Nerġa’ ninforma lill-Onororevoli Interpellant illi l-Att dwar il-Kunsilli Lokali (Kap 363) jesiġi, illi l-Kunsilli Lokali għandhom jipprovdu għall-ħarsien tat-tfal tal-iskola qrib l-iskejjel.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta l-istudju aktar profond fuq l-istruttura tal-Pont tal-Mistra, liema referenza għalih saret fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31522?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li m’għandi xejn x’inżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlametari 31522.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32230 u jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Villa Messina fis-snin 2013 (minn 11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015 u 2016 separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32231 u jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Roseville fis-snin 2013 (minn 11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015 u 2016 separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Transport Malta – persuni li qed jitgħallmu l-liċenzja tas-sewqan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta tivverifikax jew le jekk dawk il-persuni li jibdew jippreparaw biex jingħataw il-liċenzja tas-sewqan jekk ikunux qed jibdew jitgħallmu wara li jkunu għalqu t-18-il sena jew le? Jekk iva, kif qed issir din il-verifika?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni li għandha Transport Malta, dawk il-persuni li jibdew jippreparaw biex jingħataw il-liċenzja tas-sewqan iridu japplikaw mal-istess Awtorita’ billi jimlew il-formola stabbilita u għandhom jippreżentaw magħha ċ-ċertifikat mediku, kopja tal-karta ta’ l-Identita’ u d-dritt tal-liċenzja xierqa. Wara l-verifikazzjonijiet meħtieġa, l-Awtorita’ toħroġ permess. Kull min għandu tali permess biss u li għalaq tmintax-il sena, hu awtorizzat li jipprattika s-sewqan fil-ġranet kollha, esklużi l-Ħdud u btajjel pubbliċi f’dawn il-kategoriji: AM, A1,B1, B, BE, Ċ1, C1E u G.
L-Awtorita’ tivverifika l-eta’ tal-persuni li jibdew jippreparaw biex jingħataw il-liċenzja tas-sewqan permezz tal-karta tal-Identita’ li tintalab mal-formola stabbilita. Barra minn dan, is-sistema kompjuterizzata ma tħalli lil ħadd joħroġ permessi ta’ persuni li huma inqas mill-eta’ stabbilita bil-liġi.
Identity Malta – proċeduri għal persuni ta’ nazzjonalità barranija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31038 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid għall-finijiet ta’ ħruġ ta’ Karta tal-Identità, xi proċedura qed tħaddem u x’passi qed tieħu Identity Malta meta jirriżultalha li persuna ta’ nazzjonalità barranija, tinsab li qed tuża indirizz mingħajr l-approvazzjoni tas-sid? Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li hemm sabiex dawn is-sidien ikunu jistgħu jneħħu lil dawn il-persuni bħala reġistrati fuq il-proprjetà tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 31038.