Heritage Malta — Dipartiment jew Sezzjoni - elenku ta' impjegati
Question
Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' impjegati li għandhom parentela ma' xulxin u saħansitra jaħdmu fl-istess Dipartiment jew Sezzjoni f'Heritage Malta? Jista' jinforma l-gradi li jinsabu fihom kull parentela?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoggi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' impjegati li għandhom parentela ma' xulxin u jaħdmu ġo Heritage Malta imma f'Dipartiment jew Sezzjoni Differenti? Jista' jinforma l-gradi li jinsabu fihom kull parentela?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba hija s-segwenti:
Coordinator Exhibitions, Design & Upkeep
Senior Clerk Visitor Services
Executive Fort St Elmo
Skilled Tradesman Exhibitions, Design & Upkeep
Senior Executive Estate management
Senior Clerk Visitor Services
Head Curatorial
Manager Finance
Curator Gozo
Manager Visitor Services
Executive Human Resources
Skilled Tradesman Projects
Kunsill Lokali tal-Kalkara — kunsillier li ħebb għal impjegat ta' Heritage Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid hux informat li Kunsillier Laburista fil-Kunsill Lokali tal-Kalkara ħebb għall-impjegat ta' Heritage Malta quddiem dawk preżenti waqt attività Soċjali organizzata f'April 2016 mill-Isports and Social Club Committee? Jista' jgħid jekk dan il-każ ġiex rapportat lill-pulizija mit-tmexxija ta' Heritage Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-okkazjoni li qed jirreferi għaliha l-On. Interpellant seħħet waqt attività soċjali barra l-ħin tax-xogħol, li għaliha l-persuni kkoncernati kienu preżenti fil-kapaċita personali tagħhom. Dak li ġara jidher li kien limitat għal asserzjonijiet verbali, tant li l-persuni kkonċernati ittransiġew bonarjament il-vertenza bejniethom wara li kkonsultaw mal-avukati tagħhom.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk għandux il-ħsieb li jiġu transferred/posted is-Site Executives li jinsabu fil-Visitor Services wara li s-CEO ġimgħat ilu informa lis-Senior Curators li dawn tal-bidu kienu se jiċċaqilqu? Jekk fl-affermattiv, meta se jsir dan ħalli ma tibqax tirrenja l-inċertezza u d-demotivazzjoni fost dawn l-impjegati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-impjegati ta’ Heritage Malta jiccaqalqu meta jkun il-waqt opportun skond l-esigenzi tal-agenzija
Jista' l-Ministru jinforma x'inhi l-proċedura preżenti f'dik li hi stampar intern li ġieli sar ġewwa Heritage Malta? Jista' jikkonferma li m'għadux isir stampar u impjegati qed jintalbu mill-Manager Exhibitions & Upkeep li taħtu jaqa' dan id-Dipartiment sabiex ċertu xogħol jiġi outsourced?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ghadu jsir stampar intern f’Heritage Malta, izda dan jiddependi mill-qies mehtieg (ma jistax isir ikbar minn A3 bl-apparat interni), u mill-kwantita, peress li jekk ikunu mehtiega hafna kopji ikun izjed effettiv bhala prezz li dawn jigu outsourced.
Heritage Malta — Dar il-Mediterran għall-Konferenzi - Fiera tal-Ktieb
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kellhiex suċċess bis-sehem ta' Heritage Malta waqt il-Fiera tal-Ktieb ta' din is-sena li saret ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-parteċipazzjoni ta’ Heritage Malta fil-Fiera tal-Ktieb kienet waħda tajba ħafna u l-pubbliku kkonkorra bi ħġaru għall-pubblikazzjonijiet tal-aġenzija.
Billi d-dwal fuq l-arbli li hemm fi Triq il-Pijunieri, hekk kif tikser lejn Triq l-10 ta' Frar, ilhom bil-ħsara għal diversi ġimgħat, jista’ l-Prim Ministru jitlob lill-Enemalta biex twettaq it-tiswijiet neċessarji fuq dawn l-istess dwal?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li t-tiswijiet meħtieġa fit-triq indikata tlestew fil-jiem li għaddew.
Fondi għand il-PA bħala parti mill-ħruġ ta’ permessi għall-bini
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif, lokalità b’lokalità dwar kemm huma l-fondi li hemm preżentement għand il-PA, jew f'xi fond ieħor li jista' qed jieħu ħsieb dawn il-flus, li huma miġbura permezz ta' ħlasijiet ta' CPPS, UIF, u ħlasijiet oħra li jista’ saru, bħala parti mill-ħruġ ta' permessi għall-bini, lokalità lokalità għal kull wieħed minn dawn is-sorsi differenti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra it-tagħrif mitlub.
Bini ta’ Selmun Palce Hotel u l-Fortizza ta’ Campbell
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-aħħar żviluppi li seħħew għal dak li jikkonċerna l-bini li kien jifforma Selmun Palace Hotel, kif ukoll dak li jikkonċerna l-bini li kien jifforma l-Fortizza ta' Campbell, it-tnejn f'Selmun, limiti tal-Mellieħa? Meta hu mistenni li jkun hemm żvilupp f'dawn is-siti ta' importanza storika? Kif qed jiġi assigurat li ma' jkunx hemm iktar ħsarat f'dawn l-istess inħawi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tal-Fortizza Campbell, m’hemm l-ebda żviluppi ġodda dwar din il-proprjeta.
Rigward l-propjeta l-ohra, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Billi jidher li matul il-jiem li ġejjin l-MCESD ser ikun qed jiddiskuti dak li qed jiġri fl-AirMalta, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kienu l-aħħar żviluppi li seħħew, kif ukoll x'informazzjoni ġdida hi mistennija li tingħata lill-MCESD, li sa issa għadha mhix magħrufa lill-pubbliku, u b'mod partikulari lill-ħaddiema ta' din l-istess organizzazzjoni? X'żamm lill-Gvern milli ma jgħaddix lill-Parlament l-informazzjoni li ser tgħaddi lill-MCESD?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, ninsab ferm sorpriż b’din id-domanda. Din is-sena għamilt żewġ stqarrijiet Ministerjali fil-Parlament u weġibt id-domandi kollha rivolti lili mill-membri tal-Oppożizzjoni, inwieġeb regolarment għal domandi Parlamentari li jigu rivolti lili fuq l-Air Malta, u kif ukoll stedint lill-Oppożizzjoni stess, inkluż lill-Onorevoli Ċensu Galea fil-Ministeru fejn ingħata preżentazzjoni dwar l-Air Malta.
Dan jikkuntrasta ħafna l-mod kif kienet taħdem l-Oppożizzjoni meta kienet fil-Gvern fil-leġislatura preċedenti fejn kienet dejjem tinħeba taħt sensittivita’ kummerċjali u ma twieġeb bażikmanet xejn dwar l-Air Malta.
Kienu l-istess MCESD li stednuni sabiex niltaqa’ magħhhom u jiena aċċettajt l-invit tal-MCESD sabiex issir diskussjoni.
Nieħu l-okkazzjoni li nwiegħed lill-pubbliku ġenerali u b’mod partikolari lill-ħaddiema tal-Air Malta, li kwalunkwe żvilupp ser ikun ikkomunikat lilhom kif dejjem sar u nirringrazzja lill-istess ħaddiema tax-xogħol tant siewi li jagħmlu għal-linja tal-ajru nazzjonali tagħna.
Ġbir ta’ flus permezz tal-ħlas ta’ 50 ċenteżmu għal kull lejl li ħallsu t-turisti
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien sa issa l-ammont ta' flus li nġabar permezz tal-ħlas ta' 50 ċenteżmu għal kull lejl li ħallsu t-turisti li ġew Malta u Għawdex minn meta daħal dan l-istess ħlas? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif, lokalità b'lokalità dwar kemm kien il-ġbir minn kull waħda minn dawn il-lokalitajiet?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, minħabba li l-ewwel perjodu ta’ skadenza, għall-ġbir ta’ din il-kontribuzzjoni mill-Kummissjaru tat-Taxxi għadu mgħaddiex, hu prematur li wieħed iwieġeb għal din id-domanda.
Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar – rapporti ta’ abbuż ta’ ħsejjes li joriġinaw mill-bars u restaurants
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' rapporti dwar abbuż ta' ħsejjes li joriġinaw minn bars u restaurants, fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, in-Naxxar, u San Pawl il-Baħar, rispettivament, xahar b’xahar, matul din is-sena?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Użu ta’ mobile phone waqt is-sewqan — ċitazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn meta ħarġet il-liġi l-ġdida (Jannar 2016 sal-lum) dwar l-użu ta’ mobile phones waqt is-sewqan , kemm ingħataw ċitazzjonijiet liċ-ċittadini għax dawn kienu qed iċemplu waqt li jsuqu?
Response (BONNICI, OWEN)
Il- Liġi tal-uzu tal-mobile phones ġiet emendata b’effett mit- 22 ta’ Marzu 2016. Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika ta’ kontravvenzjonijiet maħruġa mill- Gwardjani Lokali, Pulizija u Uffiċċjali tat- Transport Malta.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokumenti PL 8217 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 466 nhar it-Tnejn 9 ta' Jannar 2017)
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-lanes madwar Malta u Għawdex li huma kklassifikati bħala priority lanes (jew kif inhuma magħrufa aħjar bħala bus lanes) minn Transport Malta u kif jista’ ċittadin jivverifika liema minn dawn il-lanes huma attivi u liema huma sospiżi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-priority lanes huma ndikati fil-lista pprovduta. It-tabelli tul il-priority lanes jindikaw jekk dawn il-lanes humiex attivi jew sospizi.
Priority Lanes
Aldo Moro (Northbound)
Aldo Moro (Southbound)
Msida Bus Lane
Pieta' Bus Lane
Triq Nazzjonali & Triq Sarria Floriana
Gzira Bus Lane
Sliema Ferries Bus Lane
Blata l-Bajda – Triq Nazzjonali - Bus Lane