Nefqa fuq kiri ta’ kompjuters mid-Dipartimenti tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu intnefqu flus f’kirjiet ta’ kompjuters mid-Dipartimenti tal-Gvern bejn l-1998 u l-2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-MITA fis-sena 2007 awardjat kuntratti ta' leasing għax-xiri ta' PC’s u laptops għall-Gvern.
Filfatt, matul il-perjodu 2008-2013 ġew leased 21,021 u n-nefqa totali kienet ta’ €18,462,588.
B’referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 26459, jista’ l-Ministru jgħid jekk fis-sitt xhur li għaddew minn dakinhar li ta dik ir-risposta sal-lum, il-proposta tal-Gozo Tourism Association li jitwaqqaf Gozo Tourism Council ġietx studjata u kienx hemm deċiżjoni minnu u mill-Ministru għal Għawdex jekk għandux jitwaqqaf jew le dan il-Kunsill?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26459.
L-Isptar Mater Dei, l-Isptar Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – spiża ta’ mediċini wżati
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28849, jista’ l-Ministru jgħid meta qal li l-ispiża medja ta’ mediċini wżati fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kienet ta' €25,122,607 bejn l-2012 u l-2015, minn dan l-ammont kemm kien f'nefqa ta' mediċini għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fl-istess perjodu għal kull sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28849 nfakkar lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispiża medja ta’ mediċini wżati fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kienet ta' €25,122,607 bejn l-2013 u l-2015. Ninformah ukoll illi l-medja ta’ mediċini wżati fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kienet ta’ €1,331,692 bejn l-2013 u l-2015.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex –pustaġġ imħallas mill-Ministeru għal Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif, ladarba l-Ministeru tiegħu m’għandux x'jaqsam mat-tmexxija tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u ladarba issa dan l-isptar qed jitmexxa mill-privat, l-ittri li qed jintbagħtu minn dan l-isptar qed ikunu bit-timbru u posta mħallsa mill-Ministeru għal Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-posta ta’ l-isptar kienet tiġi l-Ministeru biex tiġi mgħoddija mill-franking machine iżda l-envelopes ma kienux joħorġu bit-timbru normali li jindika li ġejjin mill-Ministeru għal Għawdex. Kienu joħorġu biss bid-data u l-valur tal-pustaġġ. L-isptar imbagħad jirrifondi lil Ministeru għall-posta li tkun tħallset. Kien nstab dan l-arranġament peress li l-Ministeru diġa kellu din il-franking machine u kien servizz li konna ngħatu lill-isptar. Infurmat ukoll li peress li issa l-isptar ġie privatizzat kien hemm arranġamenti li l-posta tal-isptar jibdew jieħdu ħsiebha minn naħa tagħhom.
Jista' l-Ministru jelenka x'kienu l-kundizzjonijiet tal-Community Work Scheme, skema li tgħin lil dawk il-ħaddiema li ilhom fuq ir-reġistru tax-xogħol taħt amministrazzjoni Nazzjonalista u kif dawn il-kundizzjonijiet issa ġew imtejba?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel it-twaqqif tal-Fondazzjoni, il-parteċipanti fil-Community Work Scheme kienu jagħmlu xogħol mingħajr ma kienu impjegati bħala ħaddiema. Għal dan ix-xoghol, kienu jieħdu ħlas ekwivalenti għal 75% tal-paga minima.
Illum dawn il-parteċipanti ġew impjegati u qed jitħallsu l-paga minima u huma intitolati għall-benefiċċji kollha li huma eliġibbli għalihom bħala ħaddiema.
Jista’ l-Ministru jgħid s’issa kemm ġew intavolati każijiet quddiem l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji u kemm minnhom ġew deċiżi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Att dwar l-Arbitru ghas-Servizzi Finanzjarji (Kapitlu 555 tal-Ligijiet ta Malta) dahal fis-sehh fit-18 ta' April 2016 u l-Ufficcju tal-Aribtru ghas-Servizzi Finanzjarji beda jircievi l-ilmenti fl-ahhar gimgha ta' Gunju 2016. Sa l-ahhar ta' Novembru 2016 quddiem dan l-Ufficcju kienu waslu b'kollox 551 ilment formali li numru sostanzjali minnhom gew maghquda flimkien f'kaz wiehed peress li kellhom l-istess mertu skont kif tipprovdi l-Ligi. Minn dawn il-kazijiet 9 gew rizolti fi stadju bikri jew permezz tal-medjazzjoni; 9 kazi ohra gew rifjutati ghax min kienux jaqghu fil-kompetenza tal-Ufficcju; u kaz wiehed gie rtirat qabel ma bdiet il-medjazzjoni. Kien hemm 4 kazi ohra li dwarhom ittiehdet decizjoni filali. Niehu din l-okkazjoni biex nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-Interim Report of the Arbiter for Financial Services ghall-perjodu 2016/2017 li tqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta tal-bierah.
Ordinanza dwar id-Drittijiet ta’ Xhieda – tariffi riveduti
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu riveduti t-tariffi fl-iskeda kollha tal-Kap. 108 tal-Liġijiet ta’ Malta (Ordinanza dwar id-Drittijiet ta' Xhieda)?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur – ġurisdizzjoni — żieda
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li ġurisdizzjoni tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur tiżdied sa €5,000 bħalma ġara xi xhur ilu fil-każ tat-Tribunal għal Talbiet Żgħar? Jekk iva, meta?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li mhux biss hemm il-ħsieb imma anki r-rieda li l-ġurisdizzjoni tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur tiżdied minn €3,500 għal €5,000. Bħalissa għaddejjin minn proċess ta’ konsultazzjoni interna sabiex nidentifikaw il-liġijiet li jridu jiġu emendati sabiex nagħtu lok għal din il-bidla.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28913, tista’ l-Ministru tgħid fiex kienet tikkonsisti l-ispiża ta’ €256 intitolata Reversal Schedule?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li reversal schedule jirreferi għal spejjeż mhux relatati mal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur u li bi żball klerikali (accounting error) ġew jidhru fuq il-Vot tal-Kunsill.
Biex dan l-iżball ġenwin jitranġa u l-flus jidhru fuq il-vot korrett (u mhux tal-Kunsill) sar dak li jissejjaħ “
reversal entry
”.
MCCAA – Uffiċċju tal-Konsumatur – operaturi li joffru s-servizz tat-televiżjoni – bdil ta’ channel line ups
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28916, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni ġietx infurmata b’din id-deċiżjoni u jekk iva meta sar dan? F’dan ir-rigward, tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni kienet ġiet infurmata b’din id-deċiżjoni fis-7 ta’ Settembru 2011. Minħabba kunfidenzjalità din il-korrispondenza ma tistax titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28915, tista’ l-Ministru tgħid kif il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur stabbilixxa li l-kwistjoni dwar iż-żieda fit-tariffi fit-trasport għat-tfal tal-iskola u l-kwistjoni dwar pompa tal-petrol lokali li ma tħallietx traħħas il-prezz tal-petrol u d-diesel f’Jannar 2015 ma jiksrux l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur?
Response (DALLI, HELENA)
Kif diġà ġie indikat dawn il-kwistjonijiet huma relatati ma L-Att tal-Kompetizzjoni u mhumiex materja tal-Kunsill Għall-Affarijiet tal-Konsumatur.
Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur – każijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28915, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur jidħolx biss f’dawk il-każijiet li għandhom biss x’jaqsmu mal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur jiffunzjoni abbazi tal-poteri li tagħtih il-liġi fosthom l-att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26738 u r-Rapport ta’ Ħidma tal-Kunsill tal-Affarijiet tal-Konsumatur, tista’ l-Ministru tgħid meta seħħet il-laqgħa mal-Awtorità tat-Turiżmu? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħa? Tista’ tgħid taħt liema liġi l-imsemmija Insolvency Provision hija regolata?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-laqgħa ma’ L-Awtorita tat-Turiżmu seħħet fl-18 ta’ Settembru 2014. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħa kif ukoll il-provizzjonijiet ta’ Liġi relatata mal-insolvency Provision li gew fis-seħħ permezz ta’ Regolamenti tal-2016 dwar Fond għall-Insolvenza dwar Pakketti tal-Ivvjaġġar li jaqaw taħt L-Att tas-Servizzi tal Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għall Malta Kap 409.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26738 u r-Rapport ta’ Ħidma tal-Kunsill tal-Affarijiet tal-Konsumatur, tista’ l-Ministru tgħid meta seħħet il-laqgħa bejn il-Kunsill, l-MCA u l-MCCAA riferuta f’sezzjoni 10 tar-rapport? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħa?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-laqgħa seħħet fi 3 ta’ Ottubru 2014. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħa.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi estiż is-servizz ta' social worker fiċ-Ċentri tas-Saħħa li bħalissa huwa limitat biss għaċ-Ċentri ta' Birkirkara u Cospicua?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għalkemm s-servizz ta’ social worker qed ikun offrut fl-imsemmija żewġ ċentri tas-saħħa, dan is-servizz jista’ jagħmel użu minnu kulħadd u ma hemm l-ebda waiting list. Ninformaha ukoll illi dan is-servizz jista’ jingħata ġewwa d-djar skont l-esiġenzi tal-pazjenti tagħna.
Ċentri tas-Saħħa – Ħal Qormi u Birkirkara – Sports and Exercise Medicine Clinic
Question
Jista' l-Ministru jgħid, minn mindu fetaħ is-servizz tal-iSports and Exercise Medicine Clinic fiċ-Ċentri tas-Saħħa ta' Ħal Qormi u Birkirkara f'Marzu 2016, kemm kien hemm persuni li għamlu użu minn dan is-servizz?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-ftuħ tal-Sports and Exercise Medicine Clinic sa’ l-aħħar ta’ Novembru 2016 kien hemm 122 pazjenti ġodda li għamlu użu minn dan is-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi estiż is-servizz tal-psikjatrija fiċ-Ċentri tas-Saħħa sabiex jibda jinkludi wkoll iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Floriana, Birkirkara u r-Rabat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuni li jkollhom bżonn jagħmlu użu mill-mental health clinics jistaw jagħmlu dan mis-7 kliniki li jinsabu l-Furjana, Ħal Qormi, Raħal Ġdid, Bormla, L-Imtarfa, l-Gzira u l-Mosta u kif ukoll mill-Psychiatric Outpatient fl-isptar Mater Dei. Ninformaha ukoll illi f’ċirkustanzi partikolari, jsiru żjarat minn-nurses u social workers ġewwa d-djar tal-pazjenti tagħna.
Jista' l-Ministru jgħid, b'kollox, kemm attendew pazjenti għall-clinics tal-psikjatrija fiċ-Ċentri tas-Saħħa fl-2014 u fl-2015?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja ta’ kemm pazjenti użaw is-servizzi tal-kura tas-saħħa mentali ġewwa s-7 kliniki fil-komunita’ mill-2013 sal-2015, kienet ta’ 15,079 pazjenti fis-sena, li minnhom 7,065 pazjenti użaw s-servizz tal-psikjatrija fil-komunita’ u 8,014 komplew jieħdu servizzi mingħand nurses u social workers.
Jista’ l-Ministru jgħid meta fetaħ il-Fibromyalgia Clinic fiċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Floriana? Jista' jgħid ukoll, minn meta fetaħ, kemm attendew pazjenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Fibromyalgia Clinic nfetħet f’Mejju tal-2015 u sal-aħħar ta’ Novembru 2016 għamlu użu minn din il-klinika 224 pazjent.