Jista' l-Ministru jgħid kemm koppji bbenefikaw mill-Marriage Grant fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 sena b'sena b'mod separat? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża annwali għal kull sena imsemmija? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-koppji li rċevew din il-Marriage Grant qegħdin f'unjoni ċivili?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjomi mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li tħallas il-Children's Allowance kollu li kien dovut f'Diċembru li għadda għal perjodu li jkopri bejn Jannar u April 2017? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa għal dan il-perjodu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, n-nefqa għall-perjodu Jannar sa April 2017 kienet ta’ €9,065,920.75. Dan l-ammont ikopri kemm Children’s Allowance, il-flat rate kif ukoll id-Disabled Child Allowance.
Billi d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qiegħed jaħdem fuq informazzjoni ta’ dħul skont id-Dipartiment tat-Taxxi Interni, dawk kollha li ma kienux konformi mal-istess Dipartiment, tħallsu r-rata bażika ta’ €8.66 fil-ġimgħa.
Dawk kollha li pprovdew l-informazzjoni meħtieġa, bħalma huma l-FS3s u l-profit and loss accounts, tħallsu d-differenza. Hemm oħrajn li kitbilhom id-Dipartiment biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jitħallsu huma wkoll id-differenza.
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mill-Adoption Benefit fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 sena b'sena b'mod separat? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa annwali għal kull sena imsemmija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Adoption Leave beda jitħallas bħal-leave tal-Maternità b’miżura tal-Budget li daħlet fis-seħħ minn Jannar 2015.
Matul is-sena 2015, kien hemm 5 applikazzjonijiet li bejniethom tħallsu s-somma ta’ €4,998.78, filwaqt li matul is-sena 2016 kien hemm 4 applikazzjonijiet li bejniethom tħallsu s-somma ta’ €3,263.52.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28319, jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kif intefqu €19,100 ta’ meta ġie inawgurat il-ftuħ taċ-Ċentru San Franġisk mill-Ministru ta’ dak iż-żmien u fuq isem min inħarġu l-pagamenti?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
National Aerospace Centre — riżultati għall-applikazzjoni tal-pożizzjoni ta' scientist/researcher/engineer
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tal-applikazzjoni għall-pożizzjoni ta' scientist/researcher/engineer fin-National Aerospace Centre f'vacancy number 293707?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tabella bir-riżultati tal-applikazzjoni għall-pożizzjoni ta' scientist/researcher/engineer fin-National Aerospace Centre, f'vacancy number 293707, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Birkirkara – Triq Bontadini – xogħol fuq il-wiċċ tat-triq
Question
Jista' l-Ministru jara li Triq Bontadini f’Birkirkara tingħata wiċċ ġdid hekk kif partijiet minnha jinsabu fi stat diżastruż?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali. Transport Malta hija nfurmata wkoll li l-Kunsill Lokali qiegħed fil-proċess li jorganizza xogħol estensiv fuq din it-triq liema proċess għadu fil-bidu u ser jirrikjedi fondi u konsultazzjoni estensivi.
Birkirkara – Triq Bontadini – xogħol fuq il-wiċċ tat-triq
Question
Jista' l-Ministru jara li Triq Bontadini f’Birkirkara tingħata wiċċ ġdid hekk kif partijiet minnha jinsabu fi stat diżastruż?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li huwa mhux f’pożizzjoni li jibni mill-ġdid din it-triq mill-fondi tiegħu. Madankollu l-Kunsill qiegħed f’taħdidiet ma’ Transport Malta u Water Services Corporation sabiex tinstab soluzzjoni ħalli din it-triq tinbena minn fondi ċentrali.
Irrid inżid, għal kull bwon fini, li l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara kellu żieda ta’ €96,808.38 fl-allokazzjoni tiegħu għas-sena kurrenti.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hi l-ispiża għas-surface car park li qed issir fid-daħla tal-uffiċini tal-Awtorità tal-Ippjanar, kif intgħażel il-kuntrattur u min hu l-kuntrattur?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li l-kuntrattur, V&C Contractors Ltd, intgħazel permezz ta’ sejħa għall-offerti pubblika (open call for tenders). Il-valur tal-kuntratt huwa ta’ €145,250.15, VAT ezklu¿a.
Jista’ l-Ministru jikkonferma, li l-ħlasijiet tat-Tourism Police waqgħu daqshekk lura? Kemm bdew pulizija fuq dan il-proġett, u kemm hemm pulizija llum, fuq dan il-proġett?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Heritage Malta – proċedura għal ħruġ ta’ transfers interni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex proċedura ta’ kif jinħarġu t-transfers interni? Jekk fil-pożittiv, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra din il-proċedura? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid għaliex transfers jingħataw bla proċedura stabbilita? Jista’ wkoll jgħid għaliex is-CEO jew l-Acting HR Manager ġieli joħroġ sejħa għal transfer u ġieli t-transfer jaqbad u jingħata?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Heritage Malta – self ta’ oġġetti mill-kollezzjoni nazzjonali għar-riċerka
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk riċerkaturi privati għandhomx il-faċilità li jisselfu oġġetti li jiffurmaw parti mill-kollezzjoni nazzjonali ta’ Heritage Malta għar-riċerka tagħhom? Jekk fil-pożittiv, hemm xi proċedura stabbilita u fil-każ jinfurmana biha?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Heritage Malta – portable toilets fejn l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-CEO ta' Heritage Malta ta l-permess li jitqiegħdu portable toilets fuq il-bankina eżatt ħdejn il-bieb prinċipali tal-Ipoġew ta' Ħal Saflieni? Ma jaħsibx il-Ministru li b'hekk, naqqas l-aċċessibilità fuq il-bankina pubblika għall-persuni li jagħmlu użu ta' din iż-żona?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Apparti l-proġett tal-Gozo Museum, li huwa proġett imwelled mill-Ministeru għal Għawdex, jista' l-Ministru jgħid xi proġetti kapitali Heritage Malta bdiet minn Marzu 2013 s’issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Heritage Malta – komunikazzjoni mal-Gvern Ċentrali
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħafna mill-komunikazzjoni ta' bejn il-Gvern Ċentrali u Heritage Malta qed issir direttament mill-uffiċċju tal-PPS fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mhux mis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali? Jista' jikkonferma li Heritage Malta għadha taħt ir-responsabilità ta' dan il-Ministeru?
Response (BONNICI, OWEN)
Nikkoreġi l-impressjoni żbaljata li għandu l-Onor. Interpellant u nikkonferma li Heritage Malta tagħmel parti sħiħa mill-MJCL.
Nieħu l-opportunità li nirringrazzja lill-Principal Permanent Secretary tal-appoġġ b'saħħtu li jagħti lil Heritage Malta.
New York u Pariġi – xogħol ta’ Valentin de Boulogne – persuni
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-individwu/i li akkumpanjaw (jew li se jakkumpanjaw) ix-xogħol ta' Valentin de Boulogne fit-triqithom lejn New York u Pariġi?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali (AKL) li jaqgħu taħt is-Segretarju Parlamentari Responsabbli mill-Kunsilli Lokali (KL) jgħid kemm ħadu flus ras għal ras ir-reġjuni kemm ilhom reġjuni u kemm ilha li bdiet tiffunzjona l-Aġenzija LESA, maqsuma sena b'sena? Jista’ jingħata rendikont ta’ x'inhi s- sitwazzjoni finanzjarja tar Reġjuni kif inhi llum? Jista’ jingħata rendikont ta’ kemm jitħallsu kirjiet minn fejn joperaw il-KL u jekk f'dawn il-kirjiet jirriżultax li hemm konflitt ta' interess?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:
1. Rapport tal-flejjes li r-Reġjuni ngħataw mill-aġenzija LESA, provdut mill-istess aġenzija mit-twaqqif tal-aġenzija i.e.: mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-31 ta’ Ottubru 2016;
2. Balance sheets provduti mill-ħames Kumitati Reġjoanli li juru l-qagħda finanzjarja tagħhom; u
3. Tabella bl-informazzjoni miġbura mingħand il-Kunsilli Lokali li turi l-ħlas tagħhom ta’ kera għall-postijiet minnfejn qed joperaw bħalissa.
Intant infurmat li biex wieħed jara jekk hemmx kunflitt ta’ interess, dan ikun jirrikjedi li kull kuntratt tal-kirja jiġi eżaminat u riċerkat biex jinstab jekk hemmx xi parentela bejn il-kerrej u l-membri tal-Kunsilli rispettivi. L-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li dan jirrikjedi riżorsa kbira ta’ ħin, staff u flus. Madankollu, jekk l-Onor. Interpellant għandu xi informazzjoni ta’ allegat kunflitt ta’ interess nitolbu jgħaddieha minnufih lili ħalli nqabbad lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali sabiex jinvestiga.
Jista’ l-Prim Ministru jipprovdi l-informazzjoni dwar kemm ħallsu lura d-deputati parlamentari nazzjonalisti mill-ħlasijiet żejda li kienu ħadu fis-salarju tagħhom meta kienu taw lilhom infushom żieda ta’ €500 fil-ġimgħa? Jista’ jgħid kemm kull ex Ministru u Segretarju Parlamentari kien ħa żieda b’kollox? Kemm ħallas lura u kemm fadallu xi jħallas, deputat b’deputat?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex mogħtija b’xi titlu u jekk iva jagħti d-dettalji tat-titlu rispettiv?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fond li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament huwa tal-Gvern u m’hemm l-ebda titlu fuqu.