Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar — Triq Ġulju - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'arranġamenti saru ma' Transport Malta dwar xogħol li mistenni li jsir fi Triq Ġulju, San Pawl il-Baħar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant x-xogħlijiet fit-triq imsemmija jaqgħu taħt ir-responsabilita` tal-Kunsill Lokali u mhux taħt ir-responsabilità ta' Transport Malta. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Residenti barranin mingħajr ċittadinanza Maltija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26450 li saret fil-Leġiżlatura preċedenti, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm residenti oħra barranin f'lokalitajiet oħra li m'għandhomx ċittadinanza Maltija fl-aħħar ta' Frar 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Peress li l-informazzjoni rikjesta tirrikjedi li tingabar minn tlett databases differenti u għalhekk tieħu ħafna ħin, ma kienx possibli li nagħti risposta llum. Għalhekk ir-risposta se tingħata f seduta oħra.
Leg 12 PQ #180 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ta' Xbiex — applikazzjonijiet għal change of use

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni kien hemm għal Change of Use minn residenzi għall-uffiċini jew użu kummerċjali ieħor fir-residential priority area ta’ Ta’ Xbiex matul l-aħħar 10 snin? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jew minn proċess tal-żppell? Jista' jelenka dawk li ġew approvati bin-numru tal-applikazzjoni u d-dettall tal-applikazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, kien hemm tlettax (13) -il applikazzjoni validati mill-01/01/2002 sat-12/04/2013 għall-bdil ta’ użu minn residenzi għall-uffiċini jew użu kummerċjali ieħor fir-Residential Priority Area ta’ Ta’ Xbiex. Minnhom, hemm sitta (6) li ġew approvati mill-istess Awtorità jew mill-Bord tal-Appelli. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawk li ġew approvati bl-informazzjoni mitluba. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informazzjoni ġeografika tal-awtorità u l-proposti ġew analizzati biex wieħed jara jekk hemmx bdil ta’ użu minn residenzi għal użu kummerċjali evidenti fl-istess proposta.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Ikkummissjonar ta' nies tekniċi

Question

Peress li l-Ministru f’artiklu f’The Times of Malta datat 11 ta' April 2013 f’paġna 8 ġie kkwotat li qal “he had now commissioned a team of independent technical people to identify all shortcomings”, jista' jgħid min huma dawn in-nies tekniċi?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fi stadju ulterjuri se jingħata t-tagħrif neċessarju kif ukoll ir-riżultati li joħorġu ladarba jiġu konklużi dawn l-istudji.

Wied il-Għajn — devoluzzjoni tal-Park tal-Familja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex issir devoluzzjoni tal-Park tal-Familja f'Wied il-Għajn?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mhux ser jittieħdu ebda deciżjonijiet dwar il-Park tal-Familja qabel ma jsir u jiġi konkluż studju li ġie awtorizzat biex isir mill-MEU, dwar l-operat kollu tal-Park mill-bidu tiegħu saż-żmien li jintemm l-istess studju.

ELC — ftehim dwar il-Park tal-Familja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir ftehim mal-Environmental Landscape Consortium (ELC) biex jieħdu huma responsabbilità tal-Park tal-Familja?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mhux se jittieħdu ebda deciżjonijiet dwar il-Park tal-Familja qabel ma jsir u jiġi konkluż studju li ġie awtorizzat biex isir mill-MEU, dwar l-operat kollu tal-Park mill-bidu tiegħu saż-żmien li jintemm l-istess studju.
Leg 12 PQ #200 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karen Grech — Mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema mediċni huma out of stock fl-Isptar tar-Riabilitazzjoni Karin Grech?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

L-informazzjoni se tingħata f’xi seduta oħra