Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Belt Valletta — Monti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li l-Monti tal-Belt ta' fost il-ġimgħa jiċċaqlaq għal Triq l-Ordinanza, inkluż biswit il-bini tal-Parlament il-ġdid?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nistieden lill-Onor. Interpellant iressaq din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #32 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — xiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġdida inxtrat jew ġiet ordnata biex tinxtara mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li mill-11 ta’ Marzu 2013 ma nxtratx u lanqas ġiet ordnata xi vettura ġdida mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 12 PQ #33 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġiet mikrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li mill-11 ta’ Marzu 2013 ġew mikrija 5 karozzi mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 12 PQ #69 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar San Luqa — Uffiċċju tal-Kartuna s-Safra

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x'miżuri beħsiebu jieħu sabiex tiżdied l-effiċċjenza fl-Uffiċċju tal-Kartuna s-Safra (Schedule V) ġewwa l-Isptar San Luqa? Kif se tiġi indirizzata l-problema ta' stennija twila li l-pubbliku jkollu jgħaddi minnha sabiex jinqeda?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #70 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

mediċini u apparat mediku — out of stock

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata tal-prodotti farmaċewtiċi (jiġifieri mediċini – kull forma u doża) kif ukoll apparat mediku u disposables li huma out of stock f'kull entità tas-saħħa li taqa' taħtu kif ukoll mill-ispiżeriji kollha tal-POYC? Kemm ilhom out of stock u x'inhi r-raġuni għal dan in-nuqqas? Meta hu stmat li dawn il-prodotti jkunu in stock?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li sal-15 ta’ April 2013, kien hemm 38 mediċina, u 4 apparat mediku fuq il-lista tal-out of stock. Hemm 5 mediċini li huma affettwati minħabba n-nuqqas ta’ manifattura. Il-fatt li hemm 38 mediċina mniżżlin fuq din il-lista ma jfissirx li l-mediċini mhumiex disponibbli fl-ispiżerija. Xi wħud mill-mediċina msemmija fil-lista, hemm alternattiva għaliha. Oħrajn se jkunu in stock sal-aħħar ta’ April 2013. F’dan ir-rigward, huwa evidenti l-bżonn biex tiġi indirizzata l-problema li writna flimkien mad-diffikultajiet kollha li qatt ma ġew solvuti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-mediċini li jinsabu out of stock.
Leg 12 PQ #71 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Prodotti out of stock — miżuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu sabiex il-problema tal-prodotti out of stock tiġi indirizzata u ma jibqax ikun hawn aktar nuqqas ta' mediċini u prodotti oħra?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Hu evidenti li din il-problema li writna hemm bżonn li tiġi indirizzata b’abilità u b’mod għaqli biex noħolqu aktar cost and effectiveness biex il-pazjent ikun moqdi kif xieraq.
Leg 12 PQ #72 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet Privati — Servizz ta' emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk is-servizz ta' emergenza b'xejn li kien beda jingħata minn sptar privat matul il-weekends għadux jingħata? Xi pjanijiet hemm għall-futur rigward dan is-servizz?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Iva, dan is-servizz għadu qed jingħata. Bħalissa għaddej studju biex naraw jekk dan għamilx impatt fuq is-servizz lejn il-pazjent.
Leg 12 PQ #73 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — ħinijiet

Question

Peress li fil-passat riċenti kienet issir kritika ħarxa rigward il-fatt li xi ċentri tas-saħħa ma kenux jipprovdu servizz fuq medda ta' 24 siegħa kuljum, jista' l-Ministru jinforma meta ċ-ċentri tas-saħħa kollha se jibdew joperaw fuq medda ta' 24 siegħa kuljum il-ġimgħa kollha?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Din hija prijorità u parti mill-Manifest Elettorali li se nwettqu fiż-żmien li ġej.
Leg 12 PQ #74 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini Out of Stock — Paracetamol

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar jekk il-pilloli Paracetamol li jingħataw mis-sistema nazzjonali tas-saħħa humiex out of stock? X'wassal għal dan in-nuqqas? Meta se jkunu disponibbli għall-pazjenti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-pilloli Paracetamol qatt ma kienu out of stock.

Wasteserv — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-WasteServ Malta Ltd fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond l-informazzjoni li għaddewlna il-Wasteserv, iċ-Chairman fi Frar 2013 kien is-Sur Benedict Farrugia, li għandu onorarja ta’ €17,305.20 fis-sena u bħala benefiċji oħra għandu car allowance li tammonta għall- €14,563.50 fis-sena u communications allowance (għal użu ta’ telefonija u l-internet) li tammonta għall-valur medju ta’ €1,000 fis-sena. Fi Frar 2013, id-Diretturi tal-Wasteserv kienu is-Sinjuri Isabelle Borg, Mathieu Cilia, Gabriella Cuschieri, Peter Perotti, Marthese Portelli u William Spiteri. Kull direttur/direttriċi kellhom Onorarja ta’ €3,494.04 fis-sena. Bħala benefiċji igawdu minn €35 ir-ras meta xi ħadd minnhom jattendi/tattendi sezzjoni żejda u benefiċċju ieħor hu dak ta’ €48.53 li jingħata għal kull laqgħa tal-Bord lill-membri residenti Għawdex. Żewġ membri, is-Sinjuri Perotti u Spiteri, gawdew mil-ewwel bennefiċju, filwaqt li s-Sinjura Portelli gawdiet mit-tieni benefiċju.

Transport Malta — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi ta' Transport Malta fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (MIZZI, JOE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #125 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Heritage Malta — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Heritage Malta fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #126 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ir-risposta għal din il-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #127 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Air Malta fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #128 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

MCC — bord tad-Diretturi u chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Mediterrean Conference Centre fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ir-risposta għal din il-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar — Toroq One Way

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet għal bidla ta' toroq f'one way matul l-aħħar sitt xhur fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Liema toroq kienu involuti, u kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati? Min talab dawn il-bidliet?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li kien hemm talbiet mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar sabiex żewġ toroq fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar jiġu jippermettu sewqan f’direzzjoni waħda f’dawn l-aħħar sitt xhur. It-toroq kienu Triq l-Isturjun u Triq Erba’ Mwieżeb. Dawn it-talbiet ma ġewx approvati minħabba li l-Kunsill Lokali ma ssottomettix l-informazzjoni mitluba fiż-żmien stipulat. Tali informazzjoni ntalbet minn Transport Malta sabiex dawn it-talbiet jiġu evalwati.

San Pawl il-Baħar — Triq is-Simar - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'diskussjonijiet saru ma' Transport Malta dwar Triq is-Simar, San Pawl il-Baħar? Meta hu mistenni li x-xogħol meħtieġ jitkompla/jinbeda?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li xi xhur ilu saru diskussjoniet mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar dwar din it-triq fejn il-Kunsill ġie nfurmat li t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant għadha mhiex iffurmata sew u għalhekk ir-responsabbilta` u l-obbligi tal-iffurmar tat-triq għadhom f’idejn ir-residenti jew l-iżviluppaturi ta’ din it-triq. Transport Malta ħadet biss xi miżuri fil-post sabiex titjieb is-sigurta` fit-triq.

San Pawl il-Baħar — speed humps

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm sleeping policemen li ġew approvati fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar minn Transport Malta matul l-aħħar sitt xhur? F'liema toroq tal-lokalità kienu dawn it-talbiet?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li minn Ottubru 2012 ma ġewx approvati round topped road humps/sleeping policemen ġewwa San Pawl il-Baħar u lanqas ma kien hemm talbiet mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għal tali miżuri.

San Pawl il-Baħar — loading/unloading bays

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet, fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar biex jiġu approvati loading/unloading bays minn Transport Malta? Kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati u f'liema toroq? Minbarra hekk, kemm kien hemm talbiet biex tali bays diġà approvati jiġu mneħħija jew mċaqalqa minn fejn kienu?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li fil-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar kien hemm sitt talbiet għall-approvazzjoni ta’ kaxxi tal-parkeġġ għall-ħatt u tagħbija ta’ merkanzija f'dawn l-aħħar sitt xhur. Tnejn minn dawn it-talbiet ġew approvati fi Triq Toni Bajada u fi Triq il-Korp tal-Pijunieri. Ma kienx hemm talbiet għal tali kaxxi ta’ parkeġġ sabiex jiġu mneħħija jew imċaqalqa.