Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #77 Sitting 8 2013-04-16 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Skema Spiżerija tal-Għażla Tiegħek — impjegati - fid-Dipartiment

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hemm impjegati fid-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) li jinsab fl-Isptar San Luqa, f'liema grad (substantive grade) u x-xogħol qed jagħmlu kull wieħed minnhom? Kemm hi l-ispiża tas-salarji u allowances?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li f’dan id-dipartiment ma sar l-ebda tibdil ta’ Riżorsi Umani minn kif kien jopera taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Mosta — Triq EB Vella - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar meta x-xogħlijiet fi Triq EB Vella, Mosta se jitlestew peress li tali xogħlijiet qed jikkawżaw inkonvenjent kbir u trabijiet għar-residenti? Kemm hi l-ispiża għal dan il-proġett?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet li qegħdin isiru fit-triq imsemmija jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali u mhux taħt ir-responsabilità ta' Transport Malta. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Naxxar — Vjal il-Labour - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar meta x-xogħlijiet fi Vjal il-Labour, Naxxar se jitlestew? Kemm hi l-ispiża għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fi Vjal il-Labour kien maqsum f’żewġ fażijiet. L-ewwel fażi tax-xogħol kien major patching works fi Vjal il-Labour, liema xogħol tlesta diġà u sewa €148,855. It-tieni fażi tikkonsisti f’manutenzjoni tal-bankini fl-istess triq liema xogħol għadu għaddej. Il-valur tal-kuntratt huwa ta’ €124,100 mal-kuntrattur Central Asphalt Ltd. Ix-xogħlijiet mistennija jitlestew f’Mejju li ġej.
Leg 12 PQ #80 Sitting 8 2013-04-16 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

mediċini out of stock — Tigecycline

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-mediċina Tigecycline 50mg injection tinsab out of stock? X'soluzzjoni se tinstab għall-pazjent li jinsab l-ITU u li kien sejjer tajjeb ħafna fuq din il-mediċina wara li rriżulta li mediċini oħrajn kienu qed jikkawżaw problemi fil-kliewi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li Tigecycline 50mg kien out of stock għal ġurnata waħda biss u dan minħabba problemi loġistiċi min-naħa tal-aġent.

ETC — bord tad-diretturi u chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

KMS — bord tad-diretturi u chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Kunsill Malti għall-Isports (KMS) fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tax-Xandir — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità tax-Xandir fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninfurma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Awtorità tax-Xandir, li hija awtorità kostituzzjonali, hija komposta kif ġej : Chairperson: Is-Sur Anthony J Tabone Membri: Is-Sur Alfred Mallia-Milanes Dr Reno Borg LL.D Dr Peter Fenech LL.D Is-Sinjura Rose Sciberras L.P Ic-Charman huwa ntitolat għal: • Honoraria- €19,708.83 fis-sena • Ħlas ta' Linja waħda ta' Telefonija fissa (Residenza) • Ħlas ta' Linja ta' Telefonija cellulari • Ħlas ta' servizz ta' Cable Television • Ħlas ta' servizz ta' GO • Ħlas ta' Health Insurance liċ-Chairman u lill-mara tiegħu Il-membri huma intitolati għas-segwenti: • Honoraria- € 10,512.46 fis-sena • Ħlas ta' servizz ta' Cable Television • Provizjoni ta' TV set u DVD player • Ħlas ta' Health Insurance lill-membru u lill-mara/raġel tiegħu/tagħha

BICC — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC) fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (MIZZI, JOE)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li l-Buliding Industry Consulting Council fi Frar 2013 ma kellux Bord ta’ Diretturi imma kellu lil Perit Ċensu Galea bħala chairman li kien jitħallas salarju ta €29,101 skont il-kuntratt li kien iffirma meta beda fil-21 ta’ Ġunju 2010,
Leg 12 PQ #133 Sitting 8 2013-04-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ċentrali fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ċentrali ta’ Malta huma: Il-Professsur Josef Bonnici bħala Chairman; is-Sur Alfred DeMarco, Deputat Gvernatur; is-Sur Victor Busuttil, is-Sinjura Antoinette Caruana u s-Sinjura Philomena Meli bħala Diretturi mhux Eżekuttivi. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsijiet parlamentari W230 tal-2011 u 18058 tal-2010 u nikkonferma li r-remunerazzjoni tal-membri tal-Bord ma nbidlux mit-tweġiba mogħtija għal dawk il-mistoqsijiet.

Bord tal-Koperattivi — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Bord tal-Koperattivi fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Skejjel Primarji — kuntatti internazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kuntatti internazzjonali għandhom l-iskejjel primarji li jinsabu fis-7, fil-11 u fit-12-il distrett elettorali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mill-iskejjel Primarji tal-Istat fis-7, 11 u t-12-il distrett elettorali, l-iskejjel li se nsemmi għandhom il-kuntatti internazzjonali kif ġej: KULLEĠĠ MARIA REGINA Skola Primarja San Pawl il-Baħar: Mentor School for the Microsoft Partners in Learning Innovative Schools Program. Ninsab infurmat ukoll li l-Psycho-Social Teamtal-Kulleġġ hu nvolut f'in-sevice training biex itejbu l-professjoni tagħhom. L-in-service training qed isir f'Ċipru, l-Ungerija, Slovenia u d-Danimarka. KULLEĠĠ SAN NIKOLA Skola Primarja ta' Ħ'Attard: Proġett Comenius

Skejjel Sekondarji — Studenti bejn l-14 u s-16-il Sena - żgħażagħ li qed jattendu

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' żgħażagħ bejn l-14 u s-16-il sena li ġejjin mil-lokalitajiet tas-7, l-11 u t-12-il distrett elettorali li qed jattendu l-iskejjel sekondarji?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-għadd ta' studenti li jattendu l-iskejjel sekondarji tal-Istat u huma bejn l-14 u s-16-il sena li ġejjin mil-lokalitajiet tas-7, l-11 u t-12-il distrett elettorali hu kif ġej: Is-7 Distrett: 539 Il-11-il Distrett:410 It-12-il Distrett: 495
Leg 12 PQ #7 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini b'xejn — Talba

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi indirizzata l-problema tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li tixtieq li tibda tieħu xi mediċina b'xejn?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-problema tiġi faċilment solvuta minn kwalunkwe tabib tal-familja. Ninfurmah ukoll li dan il-każ ġie riferut lill- customer care tal-Ministeru.

Impjegati — każ dwar ħlas pendenti

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li taħdem il-Ħdud u mhux qed titħallas?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Din il-mistoqsija parlamentari għandha tingħata lill-Ministru ikkonċernat.

Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Minsitru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba li ilha ma tirċievi l-kont tad-dawl u l-ilma ix-xhur?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li se jintbagħat meter reader ħalli jieħu r-reading biex issir regulazzjoni fil-kontijiet.

Postijiet tal-Gvern — Talba għal bdil

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li ilu bla risposta mill-Awtorità tad-Dar rigward bdil ta' post?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikant u l-mara tiegħu applikaw biex ibiddlu l-fond tagħhom nhar l-24 ta’ Diċembru, 1993. Huma għandhom bżonn post isfel peress li l-koppja għandhom probema ta’ mobilità u ma jistgħux jitilgħu taraġ. Il-lokalità preferuta tagħhom hija Paola. L-applikazzjoni tagħhom qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.

Konvenji — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li tixtieq tixtri l-post fejn qed tgħix u wara li għamlet il-kuntratt tal-konvenju qalulha li ma tistax?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma akkwistatx il-permessi neċessarji sabiex tkun tista’ tipproċedi bil-bejgħ ta’ dan il-post mingħand il-Kummissarju tal-Artijiet peress li l-art għadha ma ġietx akkwistata mill-Gvern.
Leg 12 PQ #28 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Interim From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Membri Parlamentari — Rwoli eżekuttivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema rwoli eżekuttivi (mhux parlamentari) ġew offruti lil liema deputati tal-Oppożizzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Tiftix għaż-żejt — interess minn kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet tal-kumpaniji interessati fit-tfittix taż-żejt li magħhom iltaqa' mill-ħatra tiegħu?

Response (MIZZI, JOE)

Mhux etika f'dan l-istadju li jinghataw l-ismijiet tal-kumpaniji taz-zejt li magħhom saru il-laqgħat minħabba li din l-informazzjoni hi ta' natura kummerċjali. Ġaladarba jintlaħaq ftehim finali,din l-informazzjoni tinħareġ permess ta' stqarrija.