Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministru għall-Affarijiet Barranin — Trasfers

Question

Jista'’ l-Ministru jagħti lista ta'’ impjegati fis-settur pubbliku li ġew trasferiti minn dipartiment għall-ieħor mill-11 ta'’ Marzu 2013 '‘l hawn? Jista'’ jgħid fejn kien jaħdem kull wieħed minn dawn l-individwi u fejn ġie trasferit?

Response (VELLA, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li se tingħata għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 214.
Leg 12 PQ #217 Sitting 9 2013-04-17 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Transfers

Question

Jista'’ l-Ministru jagħti lista ta'’ impjegati fis-settur pubbliku inkluż dawk li jaqgħu taħt is-Segretarju Parlamentari li ġew trasferiti minn dipartiment għall-ieħor mill-11 ta'’ Marzu 2013 ‘'l hawn? Jista'’ jgħid fejn kien jaħdem kull wieħed minn dawn l-individwi u fejn ġie trasferit?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħdha titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — transfers

Question

Jista'’ l-Ministru jagħti lista ta'’ impjegati fis-settur pubbliku inkluż dawk li jaqgħu taħt is-Segretarju Parlamentari li ġew trasferiti minn dipartiment għall-ieħor mill-11 ta'’ Marzu 2013 '‘l hawn? Jista'’ jgħid fejn kien jaħdem kull wieħed minn dawn l-individwi u fejn ġie trasferit?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Transfers

Question

Jista'’ l-Ministru jagħti lista ta'’ impjegati fis-settur pubbliku inkluż dawk li jaqgħu taħt is-Segretarju Parlamentari li ġew trasferiti minn dipartiment għall-ieħor mill-11 ta'’ Marzu 2013 '‘l hawn? Jista'’ jgħid fejn kien jaħdem kull wieħed minn dawn l-individwi u fejn ġie trasferit?

Response (BRINCAT, LEO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 214.
Leg 12 PQ #239 Sitting 9 2013-04-17 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — smigħ tal-kummissjonjiet - pulizija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk waqt is-smigħ tal-Kummisjonijiet tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), il-preżenza tal-pulizija hix se tinżamm jew inkella titneħħa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar waqfet titlob il-preżenza tal-Pulizija fuq bażi regolari waqt is-smiegħ tal-Bord tal-Awtorità sa mill-ewwel laqgħa ta' Frar 2012. L-Awtorita` qed tikkonsidra tneħħix din il-faċilità anki minn waqt is-smiegħ tal-Kummissjonijiet tal-Ambjent u l-Ippjanar.
Leg 12 PQ #240 Sitting 9 2013-04-17 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

DNO — proċedura tal-applikazzjonjet għal permessi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux veru illi bl-iskuża biex titnaqqas il-burokrazija, applikazjonijiet għal permessi li ma jikkwalifikawx biex jiġu evalwati taħt il-proċedura tad-DNO, minflok se jibdew jiġu pproċessati minn persuna partikulari mingħajr ma tigi vetted permezz ta' screening letter, mingħajr ma tiġi pproċessata mill-case officer tal-area u mingħajr ma titla' quddiem il-Kummissjoni tal-Ambjent u Ippjanar? F'dan il-każ, min għandu dritt jagħmel l-oġġezzjonijiet tiegħu kontra applikazjoni partikulari, kif se jkun jista' jagħmel dan?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li bħalissa qed isir xogħol biex tiġi stabbilita proċedura biex jiġi ssimplifikat il-proċess tal-ipproċessar li d-dettalji tagħha jitħabbru aktar 'il quddiem. Il-proċedura l-ġdida se tieħu ħsieb ukoll li tissalvagwardja kemm l-accountability kif ukoll id-drittijiet li jeżistu fil-proċess kif inhu llum.
Leg 12 PQ #241 Sitting 9 2013-04-17 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — kuntratt ta' konsulenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux minnu jew le illi f'dawn l-aħħar ġranet ingħata kuntratt ta' konsulenza mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar b'direct order b' valur li jeċċedi €250,000 fuq perjodu ta' tliet snin?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ma jirriżultax li matul dawn l-aħħar ġranet il-MEPA tagħat xi kuntratt ta’ konsulenza. Jekk l-Onorevoli Membru jaf b’xi każ, huwa mitlub li jgħaddi din l-informazzjoni.

arretrati — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara li tiġi kkuntatjata l-armla, li d-dettalji dwarha qed jitbagħtu sepatament minħabba flus arretrati li hi qed tħallas?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-armla msemmija ġiet ikkuntattjatha mill-Customer Care Officer. Wara li iċċekkja l-każ tagħha nstab li l-arretrati li qed tħallas huma ġusti.

Ħlas ta' bolol — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minħabba l-problema li għandu dwar ħlas ta' bolol?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu biex tavviċina l-Uffiċċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali tar-raħal tagħha għal aktar dettalji.

tnaqqis ta' flus — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara li tiġi kkuntattjata l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li nqatgħulha xi flus meta t-tifla bdiet taħdem?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata mill-Customer Care Officer. Il-każ tagħha qiegħed jiġi rivedut mill-persuni ikkonċernati.

Pulizija — Ħatra ta' Kummissarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid saritx skont Kapitlu VII section 92 tal-Kostituzzjoni, li tgħid li l-kapijiet tad-dipartimenti inkluż dak tal-Pulizija, jrid ikun membru tas-settur pubbliku?

Response (MALLIA, EMANUEL)

B'referenza għall-Interpellanza tal-Onor interpellant, risposta għall-mistoqsija numru 286 tingħata f'seduta oħra.

Power Station Ġdida — studji dwar l-impatt fuq l-ambjent u s-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru jew qed isiru qabel ma tiġi kkummissjonata l-power station il-ġdida mill-gvern preżenti biex jiġu mħarsa kemm l-ambjent tal-madwar kif ukoll is-saħħa ta' dawk kollha li jgħixu fil-lokalitajiet viċin il-power station proposta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji kollha li saru u li għad iridu jsiru f'dan ir-rigward?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ghal din l-mistoqsija tinghat f'seduta ohra.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Remunerazzjoni ta' konsulent

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex konsulent tiegħu dwar t-tibdil fil-klima bħala full-timer jew part-timer? X’inhi r-remunerazzjoni lilu (inkluż allowances u perks)?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija hi konsulent personali part-time tal -Ministru fuq tibdil tal-klima. Ta' dan se jitħallas is-somma ta' €6800 fis-sena, mħallsa b’rati mensili. L-unika allowance li għandu hi dik ta’ servizz tal-internet b`xejn.

San Ġwann — proġett ta' Ċentru Ċiviku u Ġnien Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jibqa' kommess bħall-gvern preċedenti li jwettaq il-proġett ta' ċentru ċiviku u ġnien pubbliku akbar ġewwa San Ġwann, liema proġett kien approvat mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar permezz tal-permess PA01120/12 ?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li għadhom qegħdin isiru l-verifiki meħtieġa mat-Taqsima Proprjetà tal-Gvern fir-rigward tat-titlu tal-art fejn jinsab preżentament il-Klabb tal-Bocci ta' San Ġwann, u li jokkupa parti sostanzjali mill-art fejn qed jiġi propost il-proġett ġdid imsemmi mill-Onorevoli Nterpellant.

Tas-Sliema — proġett ta' underground car park u ġnien pubbliku

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 88 fejn intqal li “l-aħħar stima tal-proġett hekk kif kien ippjanat qabżet l-istima originali b’aktar minn 60%”, jista' l-Ministru jispjega kif wasal għal din il-konklużjoni billi jindika ċ-ċifri tal-istima oriġinali u dik li qed jalludi għaliha?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li t-tweġiba preċedenti tieghi kienet ibbażata fuq sqarrija maħruġa mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali datata 12 ta’ Diċembru 2012 ( PR2735) fejn intqal li dan il-proġett se jiswa €7 Miljuni. Fl-istima riveduta totali inkluż il-VAT huwa ta' €11,260,000.

Pannelli fotovoltajċi — sussidju

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 86, jista' l-Ministru jgħid kemm fondi se jkunu ddedikati għal din l-iskema? Il-feed in tariff se jibqa' kif imħabbar mill-gvern preċedenti ? Kemm se tkun ir-rata tal-għajnuna finanzjarja biex jinxtraw il-pannelli fotovoltajċi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni se tinghata fil-ġimgħat li ġejjin.

Eżamijiet tas-Servizz Pubbliku

Question

Peress li nhar it-3 ta' April 2013 fil-media lokali ġie rraportat li l-Kummissarju tal-Pulizija kien tqabbad jinvetiga każ dwar eżamijiet tas-Servizz Pubbliku li saru f'Jannar li għadda, jista' l-Ministru jikkonferma dan? Jekk fl-affermattiv, jista' jinforma l-Kamra fiex waslet din l-investigazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Membri tal-Kabinett — karozzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozzi li qed jużaw il-membri tal-Kabinett kollha, inkluż tas-Segretarji Parlamentari? Jista' jgħid kemm hi n-nefqa fuq kull waħda?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-karozzi li kienu jiġu wżati mill-membri tal-Kabinett preċedenti u li lejliet il-ġurnata tal-elezzjoni kienu ġew depożitati fil-garaxx tal-Pulizija f’Ta’ Kandja ġew assenjati lill-Kabinett preżenti. L-Uffiċċju tal-Prim Ministru għamel ukoll arranġamenti għal kirja ta’ numru ta’ karozzi għal perjodu qasir biex ikunu jistgħu jinqdew il-membri tal-Kabinett mal-ħatra tagħhom. Wara l-aħħar ta’ Marzu 2013, kull Ministeru kien responsabbli biex jagħmel l-arranġamenti tiegħu, fejn applikabbli, għax-xiri jew kiri ta’ karozzi għall-użu tal-Ministri/Segretarji Parlamentari rispettivi tagħhom. Fil-każ tal-karozza tal-Prim Ministru, il-Prim Ministru għażel li jibqa’ juża l-karozza privata tiegħu u f’dan il-każ jitħallas allowance ta’ € 7,000 fis-sena, hekk kif kien stabbilit minn sistema introdotta taħt Gvern preċedenti. Fir-rigward tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, inkrietlu karozza li l-ispiża tagħha hija ta’ € 59 kuljum. Fir-rigward tal-Ministeri oħra, nitlob lill-Onor Interpellant ipoġġi l-mistoqsija lill-Ministri konċernati.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — membri tas-segretarjat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħaddi l-lista sħiħa (full compliment) tal-istaff kollu tas-segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru bl-ismijiet u l-karigi differenti li għandhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 324.

Kuntratti ta' konsulenti/chairpersons

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha li ġew iffirmati għall-konsulenti jew chairpersons li nħatru mill-Elezzjoni Ġenerali s'issa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt taċ-Chairman tal-MEPA.