Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-12 ta' Marzu sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni dettaljata dwar min kienu l-persuni milquta, il-postijiet minn u fejn imxew u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li mit-tnax ta’ Marzu sal-llum ġew trasferiti żewġ persuni biss, clerk mill-OPM marret Mater Dei fuq talba tagħha stess u technical officer li mill-OPM marret Mater Dei fuq talba tagħha stess ukoll.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hemm impjegati fid-Dipartiment tas-Central Procurement Supplies Unit (CPSU), f`liema grad (substantive grade) huma u x-xogħol qed jagħmlu kull wieħed minnhom? Kemm hi l-ispiża tas-salarji u allowances?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Nixtieq ninforma lill-Interpellant li ma sar l-ebda tibdil ta’ Riżorsi Umani minn kif kienet taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Qed inpoġġi fuq il-medja tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Enemalta — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji oħra
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni Enemalta fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar
FTS — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada (FTS) fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada fi Frar 2013 kienu:
- Mr Raymond Fenech - Chairman - (Honoraria -€13,976.24 p.a.)
- Mr Joseph Magro - Member - (Honoraria - €2,795.26 p.a.)
- Ms Marilyn Sciortino - Member - (Honoraria €2,795.26 p.a.)
- Ms Roslyn Vella - Member - NIL
- Mr Alfred Rizzo - Member - (Honoraria €2,795.26 p.a.)
Gozo Channel — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Gozo Channel fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra
Awtorità tad-Djar — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Tista' l-Ministru tgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità tad-Djar fi Frar 2013? Tista' tgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fi Frar 2013, ic-Chairman u l-Bord tad-Diretturi ta’ l-Awtorita’ tad-Djar kien kompost mis-segwenti:
Onorarja Fix -xahar
Onorarja Annwali
Benefi``ji
Dr. Saviour Gauci
Chairman
€1,358.80
€16,305.6
Petrol Allowance ta’€175 fix-xahar u servizz tal-
mobile.
*
Dr. George Grech
Deputy Chairman
€232.92
€2,795.04
Private Medical Hospital Plan Cover lilu u lill-familja tieg]u.
Borg Cardona Tanya
Member
€232.92
€2,795.04
Cassar Lorraine
Member
€232.92
€2,795.04
Galea Mark Ing.
Member
€232.92
€2,795.04
Grima Maria
Member
€232.92
€2,795.04
Mangion Daniela
Member
€232.92
€2,795.04
Dr. Ray Zammit
Board Secretary
€232.92
€2,795.04
ITS — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Ara dokument Nru. 157 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 12 tal-Erbgħa, 24 ta' April 2013)
Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob — Bord tad-Direttur u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li fi Frar 2013, iċ-Chairman tal-Awtorità dwar il-Lotteriji u Logħob kien is-sinjur Nicholas Xuereb, kellu €13,976.244 fis-sena u użu ta’ mowbajl.
Il-Bord tad-Diretturi kienu Dr.Pauline Debono, Dr.Roberta Fenech Gauci u Dr.Stanely Portelli. Kull wieħed kellu €2,795.244 fis-sena.
Long Term Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-espressjoni ta' interess u kapaċità għal Long Term Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess biex bidders jirċievu l-EOIC huwa spjegat fil-website tal-Enemalta
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa ddisinjat/ikkalkulat il-lifespan fi snin tal-operat tal-estensjoni ta' Delimara Power Station hekk kif proposta mill-gvern preżenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onorevoli Bezzina biex jispeċifika jekk qed jirreferi għall-impjant tal-BWSC.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — sejħa għal plant operator
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mis-sejħa għal plant operator mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma MPO/89/2005/22 u li l-avviż relattiv deher ukoll fuq it-Times of Malta tal-21 ta' Novembru 2012 li għaliha kien hemm min applika u ma ssema xejn iktar dwarha?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat illi rigward is-sejħa għall-plant operator, li qiegħda tirreferi għaliha l-interpellant, beda l-proċess tal-għażla.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jibqa miexi fuq il-pjan ta' Gvern Nazzjonalista li jibni skola ġdida kull sena sas-sena 2020?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Il-pjan ta' Gvern Nazzjonalista li jibni skola ġdida kull sena sas-sena 2020 stmat li jiswa €60 miljun iżda ma kienx hemm programm ta' finanzjament għalih. Qabel ma l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada tidħol għal impenji ġodda jrid isir programm ta' finanzjament ġdid u programm ta' ħlasijiet tad-dejn akkumulat ta' izjed minn €70 miljun.
Jista' l-Ministru jgħid liema minn dawk l-iskejjel li kienu diġà ppjanati li jinbnew matul dawn il-ħames snin li jmiss mhux se jsiru taħt Gvern Laburista 2013 - 2018?
Jista' l-Ministru jassigura lil din il-Kamra li l-bini tal-Campus il-ġdid tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) se jibqa għaddej kif oriġinarjament imħabbar minn Gvern Nazzjonalista?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-Istitut għall-Istudji Turistiċi jaqa' taħt il-Ministeru għat-Turiżmu. L-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għat-Turiżmu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk iħossx li l-Kunsill Malti għall-Kwalifiki ġiex mqiegħed f'post xieraq minn din l-amministrazzjoni wara li tneħħa minn Casa Leoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Se jsiru sforzi serji biex jinstab post aktar addattat mil-lum.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għall-iskola sekondarja ġdida tal-bniet tal-iskola San Benedittu f'Ħal Kirkop? Se jkompli l-proċess biex tinbena? Jekk din mhux se tinbena, liema se tkun l-iskola sekondarja tal-bniet għal dan il-kulleġġ? Minn meta se tibda tintuża?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat min-naħa tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada li l-proċess tal-MEPA f'dan l-istadju għadu għaddej.
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' impjegati fis-settur pubbliku inkluż dawk li jaqgħu taħt is-Segretarju Parlamentari li ġew trasferiti minn dipartiment għall-ieħor mill-11 ta' Marzu 2013 'l hawn? Jista' jgħid fejn kien jaħdem kull wieħed minn dawn l-individwi u fejn ġie trasferit?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li, mill-11 ta’ Marzu 2013, kien hemm 119-il uffiċjal pubbliku li ġew trasferiti minn Dipartiment għal ieħor fis-Servizz Pubbliku.
Mit-total ta’ 119 uffiċjali pubbliċi:
(i) 93 kienu f’Segretarjati Privati ta’ Ministri/Segretarji Parlamentari preċedenti u ġew trasferiti skont l-għażla tagħhom, kif inhi l-prassi;
(ii) 1 ġie mgħajjat f’Segretarjat Privat ta’ Ministru;
(iii) 5 ħarġu u 4 daħlu fl-Uffiċċju tal-Kabinett; u
(iv) 16 ġew trasferiti skont l-esiġenzi tas-Servizz.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, żewġ tabelli li juru t-trasferimenti li saru fid-dettal: l-ewwel tabella tikkorrispondi għall-(i) hawn fuq rigward it-trasferimenti mis-Segretarjati Privati preċedenti; u t-tieni tabella tikkorrispondi għall-(ii), (iii) u (iv) hawn fuq rigward t-trasferimenti l-oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Transfers
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jagħti lista ta' impjegati fis-settur pubbliku inkluż dawk li jaqgħu taħt is-Segretarju Parlamentari li ġew trasferiti minn dipartiment għall-ieħor mill-11 ta' Marzu 2013 'l hawn? Jista' jgħid fejn kien jaħdem kull wieħed minn dawn l-individwi u fejn ġie trasferit?
Response (GRECH, LOUIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 214.