Legislature:
Category:
Reset
Active:

Abbuż ta’ kundizzjonijiet ta’ xogħol prekarju – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament sabiex jiġi investigat każ ta' abbuż ta' kundizzjonijiet ta' xogħol prekarju?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-persuna msemmija infurmata bil-każ tagħha.
Leg 12 PQ #29373 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sussidju fuq id-dawl u l-ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament rigward sussidju fuq id-dawl u l-ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn ARMS Ltd li l-persuni msemmija ġiet ikkuntatjata u ingħatat l-assistenza mitluba.
Leg 12 PQ #29374 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – pagi ta’ parkers u securities

Question

Jista' l-Ministru jindika x'inhi r-raġuni għaliex il-parkers li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei għandhom paga differenti mis-securities li jaħdmu ġewwa l-Isptar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħaddiema tas-sigurta’ u li jaħdmu fil-parkeġġ ġewwa l-isptar Mater Dei jonoraw kuntratti b’kundizzjonijiet differenti.

Dar tal-Anzjani – każ ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament rigward każ dwar Dar tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Is-Siġġiewi, Ħal Qormi u Ħal Luqa – road humps/sleeping policeman

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm hemm road-humps/sleeping policeman ġewwa l-lokalitajiet tas-Siġġiewi, Ħal Qormi u Ħal Luqa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont ir-rekords ta’ Transport Malta, ir-road humps li hemm fis-Siġġiewi huma 11, f’Ħal-Qormi huma 44 u f’Ħal-Luqa huma 16.

Rabat Għawdex – Pjazza Indipendenza — ċitazzjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29270, jista' l-Ministru jgħid kemm, matul is-sena 2016, ingħataw ċitazzjonijiet mill-pulizija dwar parkeġġ illegali fiż-żona pedonali li hemm viċin Pjazza Indipendenza, fir-Rabat Għawdex?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat illi matul is-sena 2016, ingħataw mitejn u wieħed u sittin (261) ċitazzjoni mill-pulizija permezz ta’ traffic offence ticket, dwar parkeġġi illegali fiż-żona pedonali li hemm viċin Pjazza Indipendenza, fir-Rabat Għawdex
Leg 12 PQ #29387 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Deputy Nursing Officers

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ Deputy Nursing Officers li laħqu tul is-sena 2012 u d-data eżatt meta laħqu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-16 ta’ Ottubru tal-2012 ġew appuntati 102 Deputy Nursing Officers.

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada – CEO — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ħarġet sejħa għal CEO tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS)? Kemm-il applikant applika? Min kienu dawk li applikaw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minħabba l-urġenza biex ikun stabbilit kontroll u direzzjoni immedjata fil-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada ma ħarġitx sejħa pubblika imma ġie appuntat uffiċjal mis-settur pubbliku fuq positon of trust li għandu esperjenza fuq design u project management.

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada – CEO — kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, bħala CEO tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS)?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Kopja tal-kuntratt mitlub qed tingħata lill-Onorevoli Interpellant separatament.
Leg 12 PQ #29396 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – titjiriet lejn Manchester

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex l-Airmalta se twaqqaf it-titjiriet tagħha lejn Manchester fiż-żmien li ġej? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk dan il-fatt kienx komunikat lill-imsieħba soċjali waqt il-laqgħa li kien hemm tal-MCESD? Jekk iva, x'kienet ir-reazzjoni għal dan? Jekk le, x'wassal biex dan ma ġiex komunikat meta jidher li d-deċiżjoni kienet diġà meħuda? Kemm kien in-numru ta' passiġġieri li nġarru mill-Airmalta minn din ir-rotta partikulari matul l-2016?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-laqgħa mal-MCESD kienet laqgħa tajba ħafna u li l-Ministru ser jibqa’ jagħmilha minn żmien għal żmien sabiex jibqa’ jinforma lill-imsieħba soċjali tax-xogħol li qed jagħmel il-Gvern bħala azzjonista tal-linja tal-ajru nazzjonali, flimkien mal-Bord tad-Diretturi u l-Manigment wara l-fjask wieħed wara l-ieħor li għamlu amministrazzjonijiet Nazzjonalisti preċedenti fl-Air Malta. Fit-tieni lok, il-laqgħa mal-MCESD kienet laqgħa fuq livell ta’ Gvern u kif qed jara l-linja tal-ajru nazzjonali għaż-żmien li ġej. Tant huwa hekk, illi ma kien hemm ħadd mil-linja tal-ajru li attenda għal-laqgħa u l-laqgħa saret skont aġenda li ġiet innotifikata minn qabel. Din il-laqgħa saret ukoll skont il-mansjonijiet li għandha l-MCESD skont il-liġi, jiġifieri, li fuq livell ġenerali tiddiskuti materji ta’ natura ekonomiċi u soċjali ta’ pajjiżna. Hekk fil-fatt sar. Fit-tielet lok, il-Gvern bħala azzjonista ma’ jindaħalx f’deċiżjonijiet ta’ maniġment u hekk ser jibqa’ jagħmel. Id-deċiżjoni ta’ Manchester kienet deċiżjoni tal-Air Malta li l-Gvern jaqbel magħha għaliex hija waħda minn ħolqa ta’ deċizjonijiet intiżi sabiex l-Air Malta ssir vijabbli. Fir-raba lok, ser ikun hemm aktar deċizjonijiet importanti li ser jittieħdu mingħajr biżgħa ta’ xejn u b’determinazzjoni sabiex l-Air Malta tiġi kummerċjalment vijabbli lil hinn milli tissieħeb ma’ sieħeb strateġiku jew le. L-ispjegazzjoni tal-Air Malta għal din id-deċizjoni hija s-segwenti: “Bħala linja tal-ajru, li topera f’ambjent tant kompetittiv, l-Air Malta kontinwament taħdem biex tinkiseb effiċjenza operattiva u timmassimizza l-opportunitajiet billi topera skeda ta’ titjiriet l-aktar li huma konvenjenti. F'dan ir-rigward, il-linja tal-ajru qed tkompli bl-isforzi tagħha biex tirfina l-iskeda tagħha tas-sajf 2017 għal titjiriet aktar attraenti, kemm għall-vjaġġaturi minn Malta kif ukoll għall-turisti li jżuru l-gżejjer. Fuq kollox, huwa neċessarju illi l-Air Malta timmassimizza wkoll l-profittabbiltà u d-dħul fuq l-investiment tagħha. Dan huwa il-qalba ta' dak kollu li jsir mil-linja tal-ajru”. “L-Air Malta tiddikjara li qed tiproġetta li titlef madwar żewġ miljun ewro fi spejjeż varjabbli jekk topera r-rotta lejn Manchester, b’erba’ titjiriet fil-ġimgħa, fis-sajf tal-2017. L-Air Malta tieħu r-responsabbiltajiet tagħha bis-serjetà ħafna bħala linja nazzjonali tal-gżira. Id-deċiżjoni li tagħlaq ir-rotta ta' Manchester ittieħdet wara analiżi bir-reqqa tad-domanda u l-provvista. Minħabba d-distanza tal-vjaġġ, Manchester hija wkoll rotta għalja biex topera u għalhekk kellha tiġi mwaqqfa snin ilu. L-Air Malta tinnota illi din ir-rotta hija moqdija sew permezz ta’ diversi linji tal- ajru low-cost u l-linji charter, li huma kapaċi jissussidjaw ċerti rotot. L-Air Malta ma tistax tinjora l-obbligi kummerċjali tagħha. Allura, filwaqt li konxji tal-ħtiġijiet tal-ekonomija lokali, ma jistgħux jittieħdu deċiżjonijiet li jipperikolaw il-vijabbiltà tagħha billi tkompli topera rotot li kienu qed jagħmlu telf. L-Air Malta għandha ssaħħaħ rotot profittabbli u tespandi l-offerta tagħha. Filfatt, minn Mejju 2017, il-linja tal-ajru ser iżżid il-frekwenzi fuq Munich, Brussell, Amsterdam, Vjenna, Zurich, Ruma, Catania, Lyon, Palermo, Praga u Moska. L-Air Malta ser tirdoppja titjiriet kuljum, waqt il-peak season, lejn Munich, Ruma u Catania. Dan filwaqt li ser iżżomm sittax-il titjira fil-ġimgħa lejn Pariġi u tlett servizzi kuljum lejn Londra. Għas-sajf li ġej, l-Air Malta ser tkun qed topera 150 titjira fil-ġimgħa lejn 29 destinazzjoni bil-għan illi ġġorr 1.2 miljun passiġġier bl-istess flotta ta’ tmien ajruplani bħal din is-sena”. Finalment inserraħ ras l-Interpellant li s-sena 2017, minn ottika turistika, ser tkun sena ta’ suċċess akbar mis-sena li għaddiet u l-Gvern determinat li jilħaq l-objettivi li huwa diġa’ poġġa għas-sena 2017.

Applikazzjoni għaċ-Ċittadinanza — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għaċ-ċittadinanza peress li diġà saru l-proċeduri kollha?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #29403 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Santa Luċija – Berġa tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’servizzi ngħataw mill-Berġa tas-Saħħa ġewwa Santa Luċija u kemm persuni attendew matul l-2016? X’tiswijiet saru fl-istess Berġa u kemm intefqu spejjeż għal dan l-għan?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Berġa tas-Saħħa ġewwa Santa Luċija jingħata servizz ta’ tabib tal-familja, ta’ infermiera u ta’ Speech Language Pathologist. Matul l-2016 kien hemm 1,926 persuni li ħadu servizz minn din il-berġa.Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27168.
Leg 12 PQ #29404 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Fgura – Berġa tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju waslu d-diskussjonijiet dwar ir-rilokazzjoni tal-Berġa tas-Saħħa ġewwa l-Fgura? X’servizzi ngħataw u kemm persuni attendew matul l-2016? X’tiswijiet saru u kemm intefqu spejjeż għal dan l-għan?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet dwar ir-rilokazzjoni tal-Berġa tas-Saħħa ġewwa l-Fgura bejn id-Dipartiment tal-Kura Primarja u l-Kunsil Lokali għadhom għaddejjin.Fil-Berġa tas-Saħħa ġewwa l-Fgura jingħata servizz ta’ tabib tal-familja, ta’ infermiera u ta’ Speech Language Pathologist u matul l-2016 attendew 2,022 persuna.
Leg 12 PQ #29405 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Żejtun – Berġa tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’servizzi ngħataw fil-Berġa tas-Saħħa ġewwa ż-Żejtun u kemm persuni attendew matul l-2016? X’tiswijiet saru u kemm intefqu spejjeż għal dan l-għan, kif ukoll x’inhuwa previst li jintefaq tul is-sena 2017?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Berġa tas-Saħħa ġewwa ż-Żejtun jingħata servizz ta’ tabib tal-familja, ta’ infermiera u ta’ Speech Language Pathologist filwaqt li matul l-2016 attendew 4,623 persuna.

EU Nationals li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li huma reġistrati bħala EU Nationals li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol f’pajjiżna sal-aħħar ta’ Diċembru 2016? Jista’ jindika wkoll dettaljatament ta’ liema nazzjonalità huma?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ EU Nationals li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol f’pajjiżna sal-aħħar ta’ Novembru 2016 (l-aħħar ċifri ppublikati) kien ta’ 106 persuni. Rigward ta’ liema nazzjonalità huma, l-informazzjoni hi kif se nsemmi: EU Nationals Nazzjonalit à Total EU National Awstrija 1 Belġju 1 Bulgarija 7 Repubblika Ċeka 1 Danmarka 2 Franza 12 Ġermanja 3 Greċja 2 Ungerija 3 Irlanda 1 Italja 25 Polonja 5 Portugal 1 Rumanija 5 Spanja 13 Renju Unit 22 EEA & EFTA Svizzera 1 Dipendenti fuq l- EU Nationals Ukrajna 1 Total 106

Żgħażagħ reġistrati bħala NEET

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm żgħażagħ li skont l-eżerċizzju li kellu jsir f’Novembru 2016 jinsabu reġistrati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training)?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-eżerċizzju li sar jidher li hemm 6738 żgħażugħ/a bejn il-15 u l-24 sena li mhux qed jidhru fix-xogħol jew fl-edukazzjoni. Madankollu hekk kif ħareġ ukoll miċ-Ċensiment taż-Żgħażagħ, din iċ-ċifra ma tinkludix informazzjoni dwar żgħażagħ li jkunu bdew jaħdmu imma l-formola tal-bidu tal-impjieg ma tkunx għadha waslet għand il-Jobsplus, żgħażagħ li qegħdin jistudjaw f’istituzzjoni privata, żgħażagħ li qed jieħdu sehem f’xi skema, żgħażagħ li qegħdin jaħdmu barra minn Malta, u żgħażagħ li għażlu li jagħmlu xogħol fil-volontarjat kemm f’Malta kif ukoll barra minn pajjiżna.
Leg 12 PQ #29408 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Monte di Pietà – deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pietà sal-aħħar ta’ Diċembru 2016 u jista’ jinforma lill-Kamra liema huwa l-ixjeħ rahan li għadu veljanti u li ma nġabarx?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sal-31 ta’ Diċembru 2016 kien hemm 3,081 depożitu ta’ deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pietà u l-ixjeħ depożitu ta’ rahan li għadu ma nġabarx ilu depożitat mill-1981.

Persuni b’Diżabilità – Independent Living — ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm dewmien sabiex jitħallsu l-persuni b'diżabilità li jibbenefikaw mill-fond Independent Living? Jista' jgħid jekk il-ħlasijiet li kellhom isiru fix-xhur ta' Ottubru 2016, Novemrbu 2016 u Diċembru 2016 tħallsux kollha sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk le, jista' jgħid kemm għad hemm benefiċċjarji li għadhom ma ngħatawx lura din ir-rifużjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-Fond tal-Ħajja Independenti fil-Komunità jitħallas lill-benefiċċjarji wara li jkunu ġew ivverifikati t-timesheets, l-invoices u l-karti neċessarji li jintbagħtu lill-Aġenzija Sapport. Il-benefiċjarji jiġu nfurmati b’dan minn qabel, fejn saħansitra jitniżżlu dawn id-dettalji fil-kuntratt li jkollhom mal-Aġenzija. Ċertu dewmien jinħoloq meta: · Diversi benefiċjarji jibagħtu l-karti neċessarji ta’ diversi xhur f’daqqa. · Ammont sostanzjali ta’ benefiċjarji jibagħtu l-karti tard fix-xahar. · Peress li dan huwa settur sensittiv, meta jkun hemm diskrepanzi, il-persuna terġa’ tingħata ċ-ċans li tbiddel jew tirranġa dawn l-iżbalji biex ma tintlaqatx ħażin. F’dak il-każ ma jkunx jista’ jinħareġ il-pagament ta’ dan il-perjodu sakemm ma jkunx sar it-tibdil neċessarju. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, rigward il-pagamenti ta’ Ottubru u Novembru 2016, sad-data li fiha qed tkun imwieġba din l-interpellanza, dawn kienu nħarġu kollha, apparti għal disa’ każijiet. Ħamsa minn dawn il-każijiet baqgħu ma tħallsux minħabba li għadha ma ntbagħtitx it-talba għall-kumpens waqt li l-erba’ każijiet l-oħra, minħabba li l-Aġenzija għadha qed tistenna li jintbagħtu l-korrezzjonijiet min-naħa tal-individwu. Fir-rigward tat-talbiet ta’ Diċembru 2016, l-Aġenzija SAPPORT bdiet tirċievi l-pagamenti tagħhom matul l-ewwel ġimgħa ta’ Jannar, fejn sad-data ta’ din it-tweġiba nħarġu l-pagamenti ta’ dawk it-talbiet kollha li rċevejna qabel l-4 ta’ Jannar.

Disabled Child Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn tfal fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 li qed jieħdu d-Disabled Child Allowance, sena b'sena b'mod separat, u maqsuma bejn bniet u subien? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża annwali għal kull sena msemmija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru tat-tfal flimkiem mal-ispiża għal min jirċievi d-Disabled Child Allowance, għas-snin imsemmija, hija skont kif qiegħed jidher fit-tabella t’hawn taħt: Sena Bniet Subien Total Spi ż a 2013 321 751 1072 €795,963.61 2014 345 839 1185 €1,063,566.82 2015 383 943 1326 €1,226,935.62 2016 409 976 1385 €1,377,623.70 Ta’ min isemmi li, fis-sena 2014 kien hemm żieda fir-rata tal-ħlas tad-Disabled Child Allowance minn €16.31 għal €20 fil-ġimgħa.

Foster Care Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn persuni li qed jirċievu l-Foster Care Allowance fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 sena b'sena b'mod separat? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża annwali għal kull sena msemmija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li qed jirċievu l-Foster Care Allowance, flimkien mal-ispiża, għas-snin imsemmija, hija kif qed jidher fit-tabella t’hawn taħt: Sena Benefiċjarji Spi ż a 2013 224 €967,025.00 2014 213 €879,873.71 2015 204 €875,713.37 2016 190 €821,705.46