Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — persuni ingaġġati
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk mit-13 ta' Marzu 'il hawn kienx hemm xi ingaġġ, minn reklutaġġ fi ħdan il-Ministeru li kien inbeda mill-amministrazzjoni ta' qabel, li twaqqaf jew ġie sospiż, u jekk iva għal liema raġuni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mid-Direttorati fi ħdan il-Ministeru tiegħi ma jirriżultax li kien hemm xi ingaġġ ta' reklutaġġ li twaqqaf jew ġie sospiż mit-13 ta' Marzu 'l hawn.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li hija inkarigata mill-Volserv ġewwa l-Isptar Mater Dei, ġiet trasferita għall-Out Patients f'dawn l-aħħar ġranet mingħajr ebda raġuni u b'effett immedjat? Ma jaħsibx li tali aġir imur kontra kull spirtu ta' koperazzjoni mal-NGOs u li dan se jwassal biex ix-xogħol siewi li kien isir f'dan il-qasam se jiġi mminat?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ġejt infurmat li l-persuna ġiet trasferita minħabba l-esiġenzi tas-servizz. Il-persuna intgħażlet fuq kriterji ta’ kapaċita’. Ma kienx hemmx bżonn li l-għaqdiet volontarji jiġu kkonsultati f’dan ir-rigward. Ma saritx sejħa pubblika.
Jista' l-Ministru jgħid liema tip ta' vettura u għal liema raġuni daħlet ġewwa l-garaxx tal-ambulanzi tal-Isptar Mater Dei nhar it-Tlieta 9 ta' April 2013, fejn l-istess vettura kkawżat ħsarat fis-sistema tal-isprinklers? Jista' jikkonferma rapporti li kaġun ta' dan, l-imsemmi garaxx ġie mgħerreq b'ammont kbir ta' ilma? Kemm hi l-ispiża tal-ħsara li saret? Sar rapport lill-pulizija u/jew awtoritajiet ikkonċernati sabiex issir aktar investigazzjoni u jittieħdu passi?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
It-Tlieta, 9 ta’ April 2013, sewwieq kien qed idaħħal trakk tal-istores ta’ G’Mangia., fil-garaxx ta’ l-ambulanzi ta’ Mater Dei biex iwassal affarijiet li kienu ordnati mill-General Stores.
Billi ma kienx hemm sinjali barra l-bieb tal-garaxx bħala ndikazzjoni lis-sewwieq dwar kemm tista’ tkun għolja l-vettura li tista’ tidħol fil-garaxx, is-sewwieq daħal u laqat il-kanna ta’ l-ilma tat-tifi tan-nar.
Il-ħsara li saret mhix aktar minn €250. Ma saret l-ebda ħsara oħra.
Ma sar l-ebda rapport lill-Pulizija għax dan ma kienx ka¿ ta’ Pulizija. L-awtoritajiet tal-Isptar Mater Dei u tal-Central Purchasing Supplies Unit, taw twissija verbali kollha biex ma jidħlux fil-garaxx ta’ l-ambulanzi tal-isptar Mater Dei b’dawn il-vetturi.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn nhar it-Tlieta 9 ta' April 2013 f'nofsinhar il-pazjenti ġewwa s-sala Gynae tal-Isptar Mater Dei ma tqassmilhomx l-ikel regolari u kawża ta' hekk il-pazjenti baqgħu għall-ħin twil mingħajr ikel u kielu għal ħabta tas-2:30 p.m.?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar. Ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti raġuni valida għalfejn bibien prinċipali ġewwa l-Isptar Mater Dei li kellhom ħsarat fil-ħġieġ, qed jiġu msewwija permezz ta' perspex minflok fire-proof glass? Ma jaħsibx li tali xogħol jista' jikkawża periklu kif ukoll ibaxxi l-istandards tal-isptar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-bibien imsemmija qed jigu temporanjament imsewwija bil-perspex bħala safety,sakemm il-ħġieġ speċjali jasal minn barra
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il deputy nursing officer huma fil-preżent assenjati ġewwa l-ITU fl-Isptar Mater Dei? Kemm huwa n-numru ta' deputy nursing officers li suppost ikun hemm f'din is-sala tal-isptar skont benchmarks stabbiliti internazzjonalment? X'inhu r-rwol ta' deputy nursing officer? Hemm xi ħsieb li jiżdied in-numru ta' deputy nursing officers fl-ITU u jekk iva, x'inhi r-raġuni għalfejn se jkun hemm din iż-żieda?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 63, peress li l-Ministru flok ippreżenta l-ismijiet tan-nies, ippreżenta n-nomenklaturi uffiċjali, jista' l-Ministru jelenka individwu, individwu u jirrispondi d-domandi relatati skont l-individwi li qed jaħdmu fis-segretarjat?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tan-nies li tinkludi l-ismijiet, in-numinklaturi uffiċjali, kemm dawk fuq ba¿i ta’ kuntratt kif ukoll dawk li ma humiex.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — membri tas-segretarjat
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri kollha tas-segretarjat privat tiegħu, kif ukoll tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru? X'inhi l-kariga ta' kull wieħed u waħda minn dawn l-impjegati? X'inhuma r-responsabilitajiet ta' kull kariga? X'inhu s-salarju tagħhom, l-allowances li għandhom dritt għalihom kif ukoll benefiċċji oħra li jagħmlu parti mill-pakkett offrut lilhom f'dan l-impjieg? X'inhuma l-kwalifiki ta' kull wieħed u waħda minnhom? X'kien l-impjieg jew il-kariga tagħhom bejn l-1 ta' Marzu 2012 u t-8 ta' Marzu 2013? X'kien id-dħul tagħhom minn dan l-impjieg?
Response (MALLIA, EMANUEL)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri kollha tas-segretarjat privat tiegħu, kif ukoll tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru? X'inhi l-kariga ta' kull wieħed u waħda minn dawn l-impjegati? X'inhuma r-responsabilitajiet ta' kull kariga? X'inhu s-salarju tagħhom, l-allowances li għandhom dritt għalihom kif ukoll benefiċċji oħra li jagħmlu parti mill-pakkett offrut lilhom f'dan l-impjieg? X'inhuma l-kwalifiki ta' kull wieħed u waħda minnhom? X'kien l-impjieg jew il-kariga tagħhom bejn l-1 ta' Marzu 2012 u t-8 ta' Marzu 2013? X'kien id-dħul tagħhom minn dan l-impjieg?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Numru 324.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — membri tas-segretarjat
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri kollha tas-segretarjat privat tiegħu, kif ukoll tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru? X'inhi l-kariga ta' kull wieħed u waħda minn dawn l-impjegati? X'inhuma r-responsabilitajiet ta' kull kariga?X'inhu s-salarju tagħhom, l-allowances li għandhom dritt għalihom kif ukoll benefiċċji oħra li jagħmlu parti mill-pakkett offrut lilhom f'dan l-impjieg? X'inhuma l-kwalifiki ta' kull wieħed u waħda minnhom? X'kien l-impjieg jew il-kariga tagħhom bejn l-1 ta' Marzu 2012 u t-8 ta' Marzu 2013? X'kien id-dħul tagħhom minn dan l-impjieg?
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri kollha tas-segretarjat privat tiegħu, kif ukoll tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru? X'inhi l-kariga ta' kull wieħed u waħda minn dawn l-impjegati? X'inhuma r-responsabilitajiet ta' kull kariga? X'inhu s-salarju tagħhom, l-allowances li għandhom dritt għalihom kif ukoll benefiċċji oħra li jagħmlu parti mill-pakkett offrut lilhom f'dan l-impjieg? X'inhuma l-kwalifiki ta' kull wieħed u waħda minnhom? X'kien l-impjieg jew il-kariga tagħhom bejn l-1 ta' Marzu 2012 u t-8 ta' Marzu 2013? X'kien id-dħul tagħhom minn dan l-impjieg?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — ingaġġ ta' konsulenti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 'il quddiem li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li sfortunatament tilfu ħajjithom minħabba overdose ta' droga, sena b'sena bejn l-2003 u l-2013 (l-ewwel tliet xhur)? Jista' jindika l-lokalità minn fejn kienu l-persuni rispettivi u x'età kellhom meta ddaħħlu l-isptar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li kien hemm total ta’ 65 mewt minn overdose ta’ droga bejn is-snin 2002 u 2012, skond ir-reġistru Nazzjonali tal-imwiet li jinżamm mid-direttorat tal-informazzjoni fuq is-saħħa u riċerka.
Ninforma lill-Onoreveli interpellant li minħabba n-numru ta’ każi f’kull sena huwa ¿għir ferm, jekk wieħed jaqsamhom bil-lokalita’ u l-eta’, dawn isiru identifikabbli.
Għalhekk qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella li turi total għal Malta kollha.
In-numru ta’ mwiet fl-ewwel tlett xhur taq’ din is-sena għadhom qed jinħadmu.
Sptar Mater Dei u Sptar Ġenerali t'Għawdex — każijiet ta' overdose
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei jew l-Isptar Ġenerali t'Għawdex isofru minn overdose ta' droga, sena b'sena bejn l-2003 u l-2013 (l-ewwel tliet xhur)? Jista' jindika l-lokalità minn fejn kienu l-persuni rispettivi u x'età kellhom meta ddaħħlu l-Isptar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar. Risposta tingħata f’xi seduta oħra
Minħabba li fid-diskors tal-Prim Ministru saret referenza diretta għall-proġett tal-Marsa Shipbuilding, jista' l-Ministru jispjega fid-dettal fiex se jikkonsisti dan il-proġett u meta se tinħareġ is-sejħa pubblika għalih?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa l-Gvern qed iħares lejn diversi possibilitajiet, inkluż dawk konnessi ma' attivitajiet marittimi u attivitajiet relatati. Meta jkun il-waqt il-Gvern ikun jista' jħabbar aktar dettalji.
Jista’ l-Ministru jara l-każ rigward penali fuq taxxa tal-boll tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant illi b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2013 fil-kaz ta’ trasferimenti b’titolu ta’ donazzjoni minn persuna lid-dixxendenti tagħha f’linja diretta, li jakkwistaw proprjetà immobbli bil-għan li jistabbilixxu fiha jew li jibnu fuqha r-residenza unika u ordinarja tagħhom, fl-istima tat-taxxa li mod ieħor tkun dovuta skont l-Att tat-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti ma jitqisux l-ewwel mitejn elf ewro (€200,000).
Il-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament seħħ is-sena l-oħra meta dan il-provediment ma kienx għadu ġie fis-seħħ u fil-kaz konċernat id-Dipartiment mexa skond il-providementi applikabbli dak iz-zmien skont l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti
Sptar Monte Karmeli — kuntrattur responsabbli mit-tindif
Question
Jista’ l-Ministru jara jekk il-kuntrattur responsabbli mit-tindif tal-Isptar Monte Karmeli għandux responsabilitajiet oħra inklużi fl-istess kuntratt, u jekk hu l-każ jista' jgħid jekk id-drittijiet tal-ħaddiema humiex jiġu salvagwardjati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li l-informazzjoni mitluba tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tara l-każ rigward benefiċċju soċjali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-Bord Mediku li ra lill-persuna msemmija, iddeċieda li medikament ma’ hix intitolata għall-Benefiċċju tal-Ħalib (MG). Din l-informazzjoni ngħatat f’ittra bid-data 10/7/2012 li ntbagħtet lil persuna msemmija. Bħalissa għaddej appell dwar dan il-każ quddiem l-Arbitru u fil-fatt dalgħodu stess kien qed jinstema dan l-Appell. Għad ma għandix risposta dwar jekk ittieħditx deciżjoni fil-każ jew le.