Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq il-Palazzi ġewwa ż-Żejtun wara li f’din it-triq sar żvilupp sostanzjali u allura t-triq hemm bżonn li ssir bit-tarmak?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq tal-Palazzi ġewwa ż-Żejtun taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali, għajr għal biċċa żgħira mit-triq li qatt ma saret peress li sar żvilupp u l-bini ġie rtirat ‘il ġewwa sabiex jikkonforma mal-linja tal-bini eżistenti. Din il-parti tat-triq se tiġi kkunsidrata għall-programm tax-xogħlijiet li jmiss. Madankollu, huwa l-obbligu legali tal-iżvilippatur tal-propjetajiet li jiffurmaw u jimmantjenu t-triq ta’ quddiemhom sew sakemm jingħata l-wiċċ min-naħa tal-Gvern.
Jista' l-Prim Ministru jelenka l-ismijiet tal-persuni kollha li servew bħala segretarji permanenti mill-1992 sal-lum u f'kull każ jgħid kemm damu jservu f'din il-kariga u x'kienet ir-raġuni għaliex waqfu jservu f'din il-kariga?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Peress li l-Prim Ministru ġie rappurtat li qal li hija prassi normali li Segretarji Permanenti jintalbu joffru r-riżenja tagħhom wara elezzjoni, jista' l-Prim Ministru jgħid mill-elezzjoni tal-1996 sal-aħħar elezzjoni, kemm-il segretarju permanenti intalab joffri r-riżenja wara li tħabbar ir-riżultat ta' elezzjoni u f'kull każ jgħid jekk it-talba saritx bil-fomm jew permezz ta' ittra? Minn min saret it-talba? Fil-każ li saret bil-miktub, jista' jipprovdi kopja tal-ittra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġbar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk is-Segretarji Permanenti li offrew ir-riżenja wara li ġew mitluba jagħmlu dan wara l-elezzjoni, offrewx li jiriżenjaw minn Segretarji Permanenti jew inkella offrewx li jirriżenjaw minn Segretarji Permanenti ta' Ministeru partikolari, u dan peress li dak il-Ministru ma baqax jeżisti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Segretarji Permanenti offrew ir-riżenja wara li ġew mitluba jagħmlu dan wara l-elezzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'vakanzi mtlew fil-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dekasteru li jaqa' taħtu kollu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u s-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġbar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — vakanzi
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u s-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?
Response (GRECH, LOUIS)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant
Jista' l-Ministru jgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u s-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-vakanzi li mtlew fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u d-dekasteru tiegħu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u 8 ta' Marzu 2013 huma s-segwenti:
Jista' l-Ministru jgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u s-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u s-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li għall-perjodu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa` taħti imtlew il-vakanzi kif indikat fil-listi li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dok 'A' - Direttorati fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol
Dok 'B' - Aġenzija Żgħażagħ
Dok 'Ċ' - Malta Libraries
Dok 'D' - Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla u Avvanzata
Dok 'E' - Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ
Dok 'F' - Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi
Dok 'Ġ' - Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija
Dok 'H' - Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija
Dok 'I' - Kunsill Malti għall-iSport
Dok 'J' - Universita` ta' Malta
B’referenza għall-istqarrija tal-Gvern fejn ħabbar il-membri l-ġodda tal-bord tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi (MRA), jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-CV ta’ kull persuna magħżula bħala membru fil-bord?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li l-membri tal-bord huma dawn:
Is-Sur Francis Cassar, Chariman
L-Inginier Marjohn Abela, Deputat Chariman
Profs. Manfred Weissenbacher, Membru
Dr Katrina Borg Cardona, Membru
Dr Simon Schembri, Membru
Is-Sur Christopher Buttigieg, Membru
Is-Sur Mario Azzopardi, Membru
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il transfer ingħata sal-lum fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) mill-elezzjoni ‘l hawn? Min ta l-ordni għal dawn it-transfers?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-elezzjoni sal-25 ta' April, fl-Awtorità dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sar biss ċaqliq intern skont l-esiġenza tas-servizz.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min għamel il-preżentazzjoni lill-bord tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) rigward it-tnaqqis fil-ħlasijiet ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-preżentazzjoni rigward it-tnaqqis fil-ħlasijiet ingħatat lill-bord tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) mill-working group inkarigat.
Droga u logħob tal-azzard — direzzjonijiet strateġiċi
Question
B’referenza għall-istqarrija maħurġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fit-23 ta’ April 2013, b’numru PR0756, tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma d-direzzjonijiet strateġiċi ewlenin li l-Gvern se jaħdem fuqhom fl-oqsma tad-droga u tal-logħob tal-azzard?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fejn huwa l-qasam tad-droga, hemm bżonn li tiġi reveduta il-Politika Nazzjonali dwar id-Droga li ġiet ippublikata fl-2008 bil-għan li tiġi aġġornata maż-żminijiet u tiġi implementata. F’dak li għandu x’jaqsam servizzi jiġu investiti aktar riżorsi fil-qasam tal-Prevenzjoni speċjalment dik ta’ natura sekondarja u servizzi ta’ kura li jirrispondu aħjar għar-realtajiet preżenti b’kollaborazzjoni sħiħa mas-servizzi tal-edukazzjoni u tas-saħħa.
Filwaqt li jinħtieġ draft dwar il-politika nazzjonali kontra l-abbuż mill-alkohol li tlesta snin ilu, jerġa’ jiġi rivedut sabiex jiġi aċċertat li jkun relevanti għall-lum u tibda tiġi implimentata.
Sal-lum m’hawnx politika nazzjonali dwar il-Loghob tal-Azzard, għalhekk hemm bzonn tigi mfassla politika nazzjonali bl-involviment tal-i
stake holders
kollha, b’attenzjoni speċjali lejn persuni vulnerabbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li użaw is-servizzi taċ-ċentri tad-Detox li għandu l-Gvern, sena b’sena bejn l-2003 u l-2013 (l-ewwel tliet xhur)? Jista' jindika l-lokalità minn fejn kienu l-persuni rispettivi u x’età kellhom?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tingabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 356 u jipprovdi status update dettaljat dwar il-progress li sar fuq il-proġett li qed tmexxi l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jidhru separatament? Jista' jagħti d-dettalji marbutin mal-investiment li s’issa għamel il-gvern (direttament jew permezz ta’ xi entità tiegħu) f’dan il-proġett?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat illi bħalissa l-kumpanija qed timpjega 90 persuna u qed tiżviluppa l-prodotti tagħha biex jiġu kummerċjalizzati. Iktar informazzjoni ma tistax tingħata għaliex tali nformazzjoni hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.
Jista’ l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 357 u jipprovdi status update dettaljat dwar il-progress li sar fuq il-proġett tal-BioMalta Campus?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għat-twegiba li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 358, fejn il-Ministru rrefera għall-miri tal-Gvern preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miri strateġiċi ta’ dan il-Gvern fil-qasam tal-ekonomija diġitali u xi prijoritarijiet se jkun qed jaħdem fuqhom matul l-2013 (jiġifieri fuq bażi short-term sakemm titfassal l-istrateġija nazzjonali li qed jirreferi għaliha)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b'zieda ma' dak li diġa' għedt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 358, irrid ngħid li l-Gvern ħa jkollu jkompli fuq numru ta ‘key deliverables’ li kellhom jintlaħqu sal-2012 u baqgħu ma tlestewx. Diġa sar ‘stock-take’ u qed isir ir-‘re-planning’ meħtieġ sabiex l-Aġenzija titmexxa lejn il-miri tal-Gvern f’dan is-settur, fosthom:
· Tfassil ta’ Strateġija Nazzjonali għall-Ekonomija Diġitali ta’ Malta, u strateġiji oħrajn.
· Nagħmlu qafas ġdid ta’ xiri jew kera ta’ kompjuters fil-gvern.
· Nieħdu azzjoni biex l-investiment li sar fil-qasam tal-liċenzji ta’ ‘software’ jintuża fis-servizz pubbliku kif suppost.
· Nikkontribwixxu b’inizzjattivi biex intejbu d-‘Digital Literacy’ u nsaħħu l-‘eSkills Alliance’.
· Flimkien mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u Mpjiegi, nkomplu ninvestu fil-program tal-
eLearning
u fl-implimentazzjoni tiegħu.
· Nifhmu x’inhuma l-problemi, li ma jidhrux li huma żgħar, fil-proġett tal-Karti tal-Identita’ u nieħdu deċiżjoni kif għandna nimxu ‘l quddiem.
· Flimkien mal-Ministeru għas-Saħħa nieħdu deċiżjoni kif l-aħjar li nimxu bil-proġett tal-‘
Integrated Healtcare
’.
· Nagħmlu xogħol ta’ rinovar jew xiri ta’ sistemi strateġiċi oħra tal-ICT fil-gvern bħalma huma s-Sistema tas-Servizzi Soċjali.
B’referenza għat-tweġiba tal-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 358, fejn il-Ministru rrefera għall-miri tal-Gvern preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex infurmat li fil-qasam tal-istrateġija tal-ICT ix-xejra internazzjonali f’dawn l-aħħar snin kienet li pajjiż ikollu numru ta’ strateġiji vertikali li jiffukaw fuq oqsma speċjalizzati minflok strateġija waħda ġenerali?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar snin kien qed isir xogħol kemm fuq strateġija nazzjonali kif ukoll fuq numru ta’ strateġiji vertikali, imma dawn ma tlestewx.
Meta wieħed jikkunsidra ż-żmien li għadda minn meta x-xogħol fuq dawn l-istrateġiji beda, l-istat bikri tal-iżvilupp ta’ wħud minnhom, u l-mod mgħaġġel kif dan il-qasam jiżviluppa, x-xogħol irid pratikament jerġa’ jibda mill-bidu.
Dan il-Gvern ħa jagħti spinta ġdida u b’saħħita lill-ekonomija diġitali. Dan jista’ jseħħ bi strateġija għaqlija li tagħti direzzjoni wiesgħa u fit-tul, u li tikkunsidra l-kuntest tad-
’Digital Agenda’
tal-UE b’mod addattat għal pajjiżna. Strateġiji vertikali fuq oqsma partikolari jibqgħu relevanti u importanti f’oqsma speċjalizzati.
Jista' l-Ministru jara li jerġa' jitpoġġa l-bollard li kien hemm fit-tarf tat-Triq it-Teatru kantuniera ma' Triq l-Ifran peress li wara li tneħħew, ħafna vetturi b'mod abbużiv qegħdin jidħlu fil-pedestrian area fiċ-ċentru tal-Belt?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi tajt struzzjonijiet lil Transport Malta sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa fuq il-bollard imsemmija fil-mistoqsija tiegħu.