Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija — Ħatra ta' Kummissarju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 286 u jgħid jekk il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid saritx skont Kapitlu VII section 92 tal-Kostituzzjoni, li tgħid li l-kapijiet tad-dipartimenti, inkluż dak tal-Pulizija, jrid ikun membru tas-settur pubbliku?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Crime Rate

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienet il-crime rate għax-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi r-reati kollha rrapurtati lill-Pulizija matul l-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena kienu kif ġej: Jannar 2013 Frar 2013 Marzu 2013 1133 1817 1475

Korp tal-Pulizija — membri

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm fil-preżent supretendenti u surġenti maġġuri maħtura fil-Korp tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 25 membru tal-Korp tal-Pulizija li jokkupaw il-kariga ta’ Supretendent u 41 li jokkupaw il-kariga ta’ Surgent Maggur.

Ċentri miftuħa — persuni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm fil-preżent persuni u immigranti irregolari fiċ-ċentri miftuħa? Ta' liema nazzjonalità huma?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid -19 ta’ April, 2013, kien hemm 1448 resident fiċ-ċentri miftuħa. Ġejjin minn dawn il-pajjiżi: Somalia, Eritrea, Ethiopia, Mali, Ivory Coast, Nigeria, Sudan, Turkija, Niger, Bangladesh, Chad, Syria, Ghana, Togo, Afghanistan, Cameroon, Guinea, Senegal, Burkina Faso, Libya, Gambia, Congo, Palestina, Pakistan, Benin, Iraq, Sierra Leone, Albania, Burundi, Egypt, Morocco, Zimbabwe.

Ċentri ta' detenzjoni — persuni

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm persuni fiċ-ċentri ta' detenzjoni u mil-liema nazzjonalità huma?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa fiċ-ċentri ta' detenzjoni hemm 276 immigrant rregolari li n-nazzjonalità tagħhom hija kif qiegħed jiġi elenkat hawn taħt: Nazzjonalita Total ALGERIA 1 ERITREA 26 ETHIOPIA 8 GAMBIA 2 GHANA 3 GUINEA 2 IVORY COAST 3 MALI 5 MOROCCO 6 NIGER 4 NIGERIA 20 PAKISTAN 21 PALESTINE 2 SENEGAL 4 SOMALIA 163 SUDAN 2 SYRIA 3 TUNISIA 1 TOTAL 276
Leg 12 PQ #570 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — tnaqqis fil-ħlasijiet għall-applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-każijiet li se jieħdu bejn €1,000 u €2,000 bħala tnaqqis fil-ħlasijiet lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) bħala riżultat tal-inizjattiva mħabbra mill-Gvern għall-applikazzjonijiet li ddahlu għand l-Awtorità minn Jannar 2010? Jista' jgħid in-numru tal-applikazzjoni, it-titlu tal-applikazzjoni u l-ammont li se jieħdu bħala rifuzzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 455.
Leg 12 PQ #571 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — tnaqqis fil-ħlasijiet għall-applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-każijiet li se jieħdu bejn €100 u €1,000 bħala tnaqqis fil-ħlasijiet lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) bħala riżultat tal-inizjattiva mħabbra mill-Gvern għall-applikazzjonijiet li ddaħlu għand l-Awtorità minn Jannar 2010? Jista' jagħti n-numru tal-applikazzjoni, it-titlu tal-applikazzjoni u l-ammont li se jieħdu bħala rifuzzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 455.
Leg 12 PQ #572 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Crisis Intervention Team — servizz mogħti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-protokoll jew il-quality service charter tas-servizz importanti mogħti mill-Crisis Intervention Team? F’każ ta’ xi kriżi, x’servizzi konkreti qed jirċievu l-ġenituri ta’ membri tal-familja tagħhom li jsofru minn xi mard mentali? Fi x’ħin jistgħu jċemplu għall-għajnuna? Għaliex dan is-servizz mhux qed jingħata 24 siegħa kuljum u kemm ilu ma jinghata 24 siegħa kuljum? Isiru home visits mill-ewwel mill-professjonisti ta’ dan it-team meta jkun hemm ‘kriżi’ fil-familja?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #573 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali — Twaqqif mill-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex se jwaqqaf mill-ġdid il-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali li ilha wieqfa mill-31 ta’ Diċembru 2007?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tingabar u tingħata f’seduta oħra.

Aġenzija Appoġġ — Out-of-home children

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta l-istandards nazzjonali għall-out-of-home children li ġew ippubblikati fl-2009, se jiġu implimentati mill-Aġenzija Appoġġ? X’kienet ir-raġuni li dawn għadhom ma ġewx implimentati?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Out of Home Care Standards l-Aġenzija APPOGG hi identifikata bħala l-Aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal. Diversi partijiet mill-Istandards huma diġà fis-seħħ mill-Aġenzija, filwaqt li hemm limitazzjoni fl-implimentazzjoni ta’ wħud mill-istandards minħabba nuqqas ta’riżorsi u flessibilita` fis-sistema. Fil-qasam tal-Fostering, l-Aġenzija APPOGG hi identifikata wkoll bħala l-Aġenzija li tipprovdi l-ħarsien. L-Aġenzija tassigura li s-servizz ipprovdut hu kemm jista’ jkun skont dak stabbilit mill-Istandards tal-Out of Home Care permezz ta’ professjonisti li jimmoniterjaw kemm il-kura li tingħata, kif ukoll lit-tfal li qed jirċievu s-servizz, kif ukoll permezz ta’ taħriġ lil min ikun ser jieħu ħsieb, u qed jieħu ħsieb it-tfal, iżda hemm limitazzjonijiet fin-numru ta’ foster carers. Parti kbira mill-Istandards huma diġa’ fis-seħħ filwaqt li hemm limitazzjoni fl-implimentazzjoni ta’ wħud mill-istandards minħabba nuqqas ta’ riżorsi u ta` foster carers. L-Aġenzija hija wkoll akkreditata biex tipprovdi s-servizz tal-fostering u biex tingħata din l-akkreditazzjoni jsir assessment tas-servizz provdut mid-Dipartiment tas-Social Welfare Standards, skont kif provdut fil-Liġi tal-Fostering. Sadanittant l-Istandards Nazzjonali li qed jirreferi għalihom huma n- National Standards for Out of Home Care li jirregolaw is-servizzi kollha li jingħataw lil tfal li ma jistgħux jgħixu mal-familji tagħhom. Dawn is-servizzi jinkludu is-servizzi mogħtija mid-djar tat-tfal, kif ukoll is-servizz tal- fostering li huwa kkordinat mill-Aġenzija Appoġġ. Id-Dipartiment tal-iStandards tal-Ħarsien Soċjali għaddej b'diskussjonijiet mal-Ufficcju tad-Djar tat-Tfal sabiex dawn id-djar jiġu konformi ma’ dawn l-istandards. La darba jiġi reġistrat progress mas-settur tad-djar tat-tfal, jinbeda ukoll il-proċess mas-servizz tal- fostering , biex dan ukoll jiġi konformi mal-istandards imsemmija.

ex segretarju permanenti — ħlas ta' overtime

Question

B’referenza għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari 26738 u 28661 tal-XI-il Leġislatura fejn kien ġie kkonfermat li s-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali approva li jsir, u finalment jitħallas, ammont konsideroveli ta’overtime u li jammonta għal madwar €12,000 fuq medda ta’ tliet snin biss lil mara tiegħu stess, jista' l-Ministru jgħid x’kien l-ammont ta' overtime li tħallas lil din il-persuna fil-perjodu ta’ bejn Ġunju 2011 u Marzu 2013? Peress li kien hemm kunflitt ċar ta’ interess fejn uffiċjal pubbliku japprova li jsir u jitħallas overtime lil mara tiegħu stess u peress li minn dawn ir-risposti li kienu ngħataw dak iż-żmien is-Segretarju Permanenti ma rreferix dawn it-talbiet lis-Segretarju Pemanenti Prinċipali għall-approvazzjoni tiegħu u b’hekk kien ikun evitat dan il-kunflitt ta’ interess, x’passi dixxiplinarji ttieħdu jew se jittieħdu fil-konfront tal-persuna kkonċernata? Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jinvestiga kif taħt it-tmexxija ta’ dan is-Segretarju Permanenti, il-mara tiegħu ngħatat diversi promozzjonijiet u saħansitra nħolqot kariga ġdida minnu stess (Manager – Naturalment Malti) biex b’hekk il-mara tiegħu setgħet tapplika, u finalment ingħatat din il-kariga fi skala ferm ogħla minn dik li kellha? Jikkonferma jekk fl-aħħar xhur ta qabel l-elezzjoni, dan l-istess Segretarju Permanenti reġa' ħoloq kariga ġdida oħra fl-istess Ministeru li kien responsabbli tiegħu, saru l-intervisti u l-mara tiegħu reġgħet ġiet l-ewwel fl-intervista? Peress li jidher li hemm lok ta’ abbuż ta’ poter mill-ex Segretarju Permanenti, jista' jikkonferma jekk il-Pulizija qattx kienet mitluba li tinvestiga bħalma għamlet f’każ ferm anqas gravi minn dan meta mitluba mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali xi snin ilu?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.

Servizz pubbliku — eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-eżami għall-iskrivani tal-Gvern li sar f'Jannar li għadda hux se jibqa' jgħodd? Jekk fl-affermattiv, meta se joħroġ ir-riżultat tiegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Bħalissa għaddejja investigazzjoni mill-pulizija u għaldaqstant wieħed irid jistenna r-riżultat ta' din l-investigazzjoni sabiex tittieħed deċiżjoni.

San Pawl il-Baħar — qtugħ ta' siġar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 388, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar talabx li jinqalgħu xi siġar minn postijiet pubbliċi matul l-aħħar 12-il xahar? Jekk iva, meta u minn fejn? Fejn tħawlu s-siġar li nqatgħu minn fejn kienu?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-mistoqsija għanda tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat. Kif tħabbar ġimgħat ilu waqqaft kumitat ad hoc ta’ esperti fil-qasam tal-masġarija - bla ebda ħlas - sabiex iservu ta' kumitat konsultattiv ta' esperti fis-suġġett ħalli fil-ġejjieni qrib jiġi ndirizzat l-istupru ta' sigar minn żbir selvaġġ.

Każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, biex tkun tista' tiġi kkuntatjata bl-aħħar żviluppi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjatha u informatha mill-Customer Care Officer li qed jittieħdu l-passi neċessarji mall-Awtorità tad-Djar sabiex il-proċess jitħaffef.

Awtorità tad-Djar — Applikazzjoni Pendenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni lill-Awtorità tad-Djar, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-irranġar tal-proprjetà?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna msemmija li saret fl-1 ta’ Frar 2013 qed tiġi pproċessata. L-Awtorità tad-Djar qed tiġbor informazzjoni dwar l-assi u d-dħul tal-applikant sabiex jiġi stabbilit jekk jikkwalifikax taħt il-kundizzjonijiet tal-iskema u kemm huwa l-persentaċċ tal-għajnuna li tikkwalifika għalih. Aktar ‘l quddiem l-Awtorita’ tad-Djar ser tibgħat ukoll uffiċjal sabiex jispezzjona l-post u jiġu identifikati x-xogħlijiet li hemm bżonn isiru fil-post.
Leg 12 PQ #580 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

kunsilli lokali — laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali żammew il-laqgħa tal-lokalità tagħhom għal din is-sena? Liema kunsilli, għalkemm għadhom ma żammewx din il-laqgħa għandhom id-data tagħhom iffissata? X'suppost tkun l-aġenda ta' tali laqgħat għal-lokalità u kif tinfirex l-informazzjoni dwar tali laqgħat fost ir-residenti? F'liema ġurnali hemm l-avviżi dwar il-laqgħat fejn dawn il-laqgħat diġà nżammu?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba għall-ewwel parti tal-Mistoqsija Parlamentari qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ ċirkolari elettronika maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba għal din il-parti tingħata f’seduta oħra. Intant nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal Artiklu 70 tal-Liġi tal-Kunsilli Lokali li jirregola l-laqgħat tal-lokalità li jispeċifika li “avviż ta’ dik il-laqgħa (annwali) għandu jkun pubblikat darba fil-gazzetti kollha ta’ kuljum u mxandar darba fuq ir-radjijiet kollha nazzjonali.” Intant l-istess Artiklu 70 ikompli li “l-aġenda diskussa fil-laqgħa annwali tal-lokalità għandha tinkludi rapport amministrattiv fuq l-andament tal-Kunsill matul is-sena ta’ qabel u l-pjan ta’ attività għas-sena ta’ wara.”

Għases tal-pulizija

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 386, filwaqt li napprezza li jkun hemm ċirkostanzi fejn pulizija jkollu bżonn joħroġ barra minħabba l-eżiġenzi tas-servizz, jista' l-Ministru jassigura li kemm jista' jkun fl-għassa, mhux biss ta' San Pawl il-Baħar, qatt ma jkun hemm pulizija waħdu/weħidha b'mod partikolari matul il-lejl?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Għases tal-Pulizija principali jinzammu dejjem miftuha. F’dawn l-Ghases f’kull hin u dejjem ikun hemm xoghol minn ta’ lanqas surgent u zewg kuntistabbli. Ikun hemm hinijiet ukoll illi f’dawn l-Ghases ikun hemm ukoll l-Ispettur u membri tal-Korp ohra li jaghmlu xoghol klerikali. Fil-kaz tal-lokalita imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, hemm l-Ghassa tal-Qawra li hija wahda mill-Ghases principali msemmija. Ghaldaqstant u minhabba ragunijiet logistici ohra, mhux previst li s-suggeriment ta’ l-Onorevoli Interpellant ikun attwat.

Ilment rigward Bus Shelter

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 38225 tal-leġiżlatura preċedenti, jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li għandha lment rigward bus shelter?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata minn Transport Malta u jirriżulta illi fl-akwata fejn qiegħed jintalab sabiex jiġi stallat bus shelter, il-bankina hija dejqa ħafna u għaldaqstant mhux possibbli illi jitwaħħal tali bus shelter. Madankollu Transport Malta qiegħda tevalwa jekk tistax issib alternattivi oħra sabiex ikun jista’ jitwaħħal mezz ta’ kenn f’dawn l-inħawi.

Fondi tal-Unjoni Ewropea — Sussidju lill-Bdiewa u Raħħala

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-bdiewa u r-raħħala se jieħdu s-sussidju minn fondi tal-Unjoni Ewropea li ġie mwiegħed lilhom mill-amministrazzjoni preċedenti u li lanqas tħallas qabel l-elezzjoni? B’mod partikolari nistaqsi meta se jiġu mhallsa dawn is-sinjuri li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorita tat-Tmexxija Għall-Iżvilupp Rurali ser tippreżenta talba lill-Kummissjoni Ewropea, sabiex jiġu trasferiti fondi mhux utilizzati taħt miżuri oħra tal-Programm Għall-Iżvilupp Rurali, għal fuq il-Miżura 121, biex jintużaw għal dawk il-proġetti li ġew ikklassifikati bħala eliġibbli iżda li ma kienx hemm biżejjed fondi għalihom. Ninsab infurmat ukoll li l-applikazzjoni tas-sinjuri li d-dettalji dwarhom intbagħtu separatament, ġiet meqjusa eliġibli għall-fondi u skond ir-riżultat ġiet ikklassifikata fis-sebgħa post. Madankollu, bħalissa kif intqal diga, m’hemmx biżżejjed fondi biex l-applikazzjoni tiġi kkuntrattata f’dan il-waqt.