Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — Expression of Interest and Capability for Energy Supply - pariri legali

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'pariri legali ħa biex wasal għall-konklużżjoni li l-proċess adottat fil-Expression of Interest and Capability for Energy Supply to Enemalta Corporation, huwa eżenti mill-Public Procurement Regulations u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tali pariri?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-regoli kollha rilevanti se jkunu qed jigu segwiti.
Leg 12 PQ #673 Sitting 13 2013-04-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Medicine Entitlement Unit — Approvazzjoni ta' Mediċina Imfliximab

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi approvata l-mediċina Imfliximab li ilha mis-sena l-oħra quddiem il-Medicine Entitlement Unit għal persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatment?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni ġiet mibgħuta lejn l-aħħar ta’ Jannar tal-2013 u wara diskussjoni klinika l-pazjent imsemmi baqa’ fuq it-trattament li kellu. Infatti d-dipartiment kien miftiehem mal-kliniċi li jerġgħu javżaw id-dipartiment b’emejl, meta jkunu jridu li jinbeda dan it-trattament lill-pazjent. Id-dipartiment qiegħed f’kuntatt mal-kliniċi u jekk minnufiħ iridu li t-trattament jinbeda, t-trattament se jingħata.

MCAST — Bini tal-Campus

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 206 u t-tweġiba għaliha, jista' l-Ministru jgħid jekk b’konsegwenza tal-evalwazzjoni ta’ Gvern Laburista dwar il-pjanijiet ta’ Gvern preċedenti Nazzjonalista għall-MCAST hux se jieqaf ix-xogħol fuq il-bini ta' campus ġdid? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv kemm hemm ħsieb li jtawwal dan il-waqfien mix-xogħol?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Mhux se jieqaf ix-xogħol fuq il-bini ta' campus ġdid għall-MCAST.

MCAST — Bini tal-Campus

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 206 u t-tweġiba għaliha, jista' l-Ministru jgħid jekk b’konsegwenza tal-evalwazzjoni ta’ Gvern Laburista dwar il-pjanijiet ta’ gvern preċedenti Nazzjonalista għall-MCAST, jekk dan id-dewmien jistax jipperikola xi għoti ta' fondi Ewropej?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Mhux se nħalli l-evalwazzjoni tipperikola l-għoti ta' fondi Ewropej.

MCAST — Bini tal-Campus

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 206 u t-tweġiba għaliha, jista' l-Ministru jgħid jekk b’konsegwenza tal-evalwazzjoni ta’ Gvern Laburista dwar il-pjanijiet ta’ gvern preċedenti Nazzjonalista għall-MCAST, jassigura lill-Kamra li l-bini ta' campus ġdid se jitlesta fiż-żmien stipulat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ix-xogħol fuq il-campus tal-MCAST se jitkompla kif kien ippjanat.

Kunsill Malti għall-Kwalifiki — rilokazzjoni

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 208 u t-tweġiba tiegħu għaliha, jista' l-Ministru jgħid sa meta huwa maħsub li l-Kunsill Malti għall-Kwalifiki se jkollu post xieraq minn fejn jopera wara li tneħħa minn Casa Leoni f'qasir żmien biex jiġi akkomodat Ministeru ieħor?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Għadu kmieni wisq biex nagħti t-tagħrif mitlub.

Skejjel — San Benedittu - pjanijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 209 u t-tweġiba tiegħu għaliha, jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskola sekondarja ġdida tal-bniet tal-Iskola San Benedittu f’Ħal-Kirkop ippjanata minn Gvern Nazzjonalista hix se titkompla wara li jitlesta b’mod pożittiv il-proċess mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Iva se titkompla.

Skejjel — San Benedettu - Pjanijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 209 u t-tweġiba tiegħu għaliha, jista' l-Ministru jgħid x’inhu ippjanat jekk jitwal il-proċess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) jew jekk Gvern Laburista ġdid jibqa' ma jallokax fondi, kif kien se jsir minn Gvern Nazzjonalista, biex tinbena din l-iskola ġdida?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Hu ppjanat li tinbena l-iskola msemmija.

In-Naxxar u s-Salina — bdil ta' arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-arbli li fuqhom hemm is-servizzi tal-Korporazzjoni Enemalta, bejn in-Naxxar u s-Salina, fejn l-arbli jinsabu fir-raba, dawn l-istess arbli jinqalgħu u jinbidlu ma' oħrajn ġodda, issa li l-għelieqi se jkunu mingħajr prodotti fix-xhur tas-sajf, għaliex jinsabu fi stat ħażin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li l-arbli jinbidlu skont sistema apposta li titħaddan mill-Korporazzjoni Enemalta.

Applikazzjoni għat-tqegħid ta' pipeline

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 428, dwar il-permessi għat-tqegħid tal-pipeline bejn il-Mellieħa u Binġemma, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub, kif ukoll jindika kif l-istess ilma li se jkun qed jitwassal għand il-bdiewa għal skop agrikolu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dettalji kollha tal-approvazzjoni ghall-progett ghat-tqeghid ta' pipeline bejn il-Mellieħa u Binġemma ngħatat f'seduta tal-Bord tal-MEPA li saret fit-18 t'April, 2013.
Leg 12 PQ #717 Sitting 13 2013-04-29 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

sajjieda reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma s-sajjieda reġistrati fuq kull wieħed mill-portijiet li hemm f'San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, l-Imġarr Malta u n-Naxxar? Dawn huma sajjieda full-time jew part-time?

Response (VELLA, KARMENU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #718 Sitting 13 2013-04-29 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

MEPA — ċpolicies dwar il-binjiet agrikoli

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux pjani speċifiċi, biex flimkien mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ibiddel il-policies dwar il-binjiet agrikoli?

Response (VELLA, KARMENU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #719 Sitting 13 2013-04-29 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — policies dwar kmamar tan-nar

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tippubblika l-policies tagħha dwar il-kmamar tan-nar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-MEPA diġà għandha numru ta’ policies dwar kmamar tan-nar. Dawn huma policy GZ-CMRC-13 fil-pjan lokali għal Għawdex u Kemmuna, u NWCM 6 fil-pjan lokali għal-Majjistral ta' Malta. F'kazijiet fejn il-policy mhux speċifika biżżejjed, wieħed jista’ jislet prinċipji adottati fi pjanijiet lokali oħra kif ukoll mill-gwidi ta' policies ġenerali li huma relevanti għas-suġġett.
Leg 12 PQ #720 Sitting 13 2013-04-29 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — policies dwar shooting ranges

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jiġu mfassla u ppubblikati l-policies tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) dwar ix-shooting ranges? Kemm hemm bħalissa applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges quddiem l-Awtorità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-policy tax-Shooting Ranges li kien ġie approvat mill-MEPA fl-2006, ġie rivedut flimkien mal-Weapons Board u ġie maqbul abbozz bejn iż-żewġ entitajiet. F'Marzu 2012 din kienet ġiet moħtija lill-Ministeru responsabbli mill-Isport għal veduti tagħhom. Mir-"records" ma jidhirx li il-MEPA rċeviet aktar rejazzjonijiet fuq l-imsemmi abbozz. Skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, bħalissa l-istess Awtorità għandha quddiemha żewġ applikazzjonijiet għal shooting ranges. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonjiet pendenti li fil-proposta tal-iżvilupp hemm xi waħda mill-kelmiet: • Shooting • Sparar

ETC — Impjieg mill-Ministeri

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn ġewx impjegati nies, li qabel kienu jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC), ma' Minisiteri, dipartimenti tal-gvern, koporazzjonijiet u entitajiet oħra governattivi? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid: a) liema huma dawn id-dipartimenti/entitajiet li magħhom ġew impjegati; b) kemm kien ilhom jirreġistraw mal-ETC; u ċ) x'kienu l-job preferences tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xoghol u Taħriġ (ETC) u ġew impjegati ma' Ministeri, dipartimenti tal-gvern, korporazzjonijiet u entitajiet oħra governattivi mill-11 ta' Marzu sas-26 ta' April 2013 kien ta' sitta. Din skont l-informazzjoni li tirċievi l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ mill-formoli ta' bidu ta' impjieg. Id-dipartimenti, entitajiet u Ministeri huma li ġejjin:- Ministeru tas-Saħħa Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ Kunsill Lokali Ħamrun Kunsill Lokali Rabat Kummissjoni Persuni b'diżabilita' Ħamsa minn dawn il-persuni kienu ilhom jirreġġistraw għal anqas minn sitt xhur filwaqt li l-persuna l-oħra kien ilu jirreġistra bejn sitt xhur u tnax-il xahar. Il- Job Preference tagħom kien kif ġej:- Legislators, Senior Officials and Managers Professionals Technicians and associate professionals Elementary occupation

Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni impjegati mill-ETC

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kenux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fis-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm dsatax-il impjegat li ġejjin minn barra s-Servizz Pubbliku. Minnhom hemm impjegat wieħed li kien jirreġistra għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC).

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — persuni impjegati mill-ETC

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kenux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-segretarjat tiegħi hemm sitt impjegati li ġew impjegati barra mis-Servizz Pubbliku. Ħadd minnhom ma kien jirreġistra mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ. Fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari hemm għaxar impjegati li ġew impjegati barra mis-Servizz Pubbliku. Persuna waħda mis-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari kienet tirreġistra mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — persuni impjegati mill-ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kenux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lil-Onor. Membru li fis-Segretarjat Privat tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin ġew impjegati erba' persuni minn barra s-Servizz Pubbliku. Impjegata waħda mill-erbgħa ingaġġati ma kienetx taħdem, iżda lanqas kienet qiegħda tirreġistra għax-xogħol.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — persuni impjegati mill-ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kenux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fis-segretarjat tiegħi hemm tnax-il persuna li ġejjin minn barra s-Servizz Pubbliku. Żewġ persuni minnhom kienu jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ filwaqt li persuna oħra kienet tirreġistra 3rd part.
Leg 12 PQ #726 Sitting 13 2013-04-29 Oral · Final From: FREDRICK AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — persuni impjegati mill-ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kenux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-Segretarjat tal-Ministeru tat-Turiżmu ġew impjegati 4 individwi li huma minn barra s-servizz pubbliku iżda ħadd minnhom ma kien jirregistra għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC).