Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #611 Sitting 13 2013-04-29 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonjiet għal billboards

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mid-9 ta’ Marzu 'l hawn kemm saru applikazzjonijiet lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għall-billboards? F’kull każ jista' jgħid permezz ta’ site plan is-sit propost u n-numru tal-applikazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, mid-9 ta' Marzu 2013 'l hawn, l-istess Awtorità aċċettat ħames (5) applikazzjonijiet għal screening (Annex A) u ġew validati żewġ (2) applikazzjonijiet għal billboards (Annex B). Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettaliji tal-applikazzjonijiet kif ukoll is-Site plan ta' kull sit hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant. Din l-informazzjoni ġiet miġbura mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq applikazzjonijiet li ġew validati jew applikazzjonijiet għal screening li ġew aċċettati mill-istess Awtorità li fil-proposta tal-iżvilupp hemm il-kelma " billboard".
Leg 12 PQ #612 Sitting 13 2013-04-29 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — użu ta' billboards għar-reklami

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħaditx passi kontra l-Partit Laburista peress li billboards li poġġa fit-toroq ta’ pajjiżna waqt il-kampanja elettorali, ntużaw għall-riklamar kummerċjali wara d-data tal-elezzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi azzjonijiet ta' infurzar fuq billboards bdew jittieħdu ftit wara xahar mill-Elezzjoni Ġenerali hekk li l-azzjonijiet setgħu jittieħdu fuq il-billboards illegali kollha, bil-lant. Fil-fatt it-taħrikiet bdew jinħarġu fuq il-billboards kollha li mhux koperti bil-permess jew bl-eżenzjonijiet legali, huma ta' min huma, bla distinzjoni.

Programm ta' bini ta' skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern issa hux beħsiebu jkompli l-programm ta' bini ta' skejjel ġodda? Jista' jgħid b'liema programm beħsiebu jimxi bih il-Gvern? Liema huma l-iskejjel ġodda li għandhom jinbnew u sa liema data għandhom jitlestew? Jista' jagħti d-dettalji dwar liema huma l-iskejjel immarkati bħala phasing out school u d-dati meta dawn se jingħalqu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-pjan ta' bini ta' skejjel se jkompli. Dejjem huwa mportanti li wieħed jirrevedi kull pjan li jsir u bħalissa qed isir eżerċizzju sabiex jigi stabbilit pjan ta' bini għall-iskejjel ġodda. Is-sena skolastika li ġejja l-'Phasing Out Schools' se jiffunzjonaw bi studenti tal-Form 4 u Form 5. Għas-sena ta' wara jkunu jridu jittieħdu d-deċiżjonijiet skont il-bżonnijiet tal-istudenti ta' kull skola. Ma jkunx għaqli li l-istess deċiżjoni ta' għeluq tittieħed għall-iskejjel kollha. Id-deċiżjonijiet iridu jittieħdu skont il-bżonnijiet tal-istudenti u l-ħaddiema.

Skejjel — Valutazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema skejjel saret valutazzjoni tagħhom bl-iskop li eventwalemnt jinbiegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-iskejjel li saret valutazzjoni taghhom fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti bil-proposta li eventwalment jinbiegħu huma:- Kulleġġ Sta. Tereża - Sekondarja Subien - Sta.Venera (ex-Umberto Calosso) Kulleġġ San Tumas More - Sekondarja Subien - Paola Kulleġġ Sant'Injazju - Sekondarja Subien - Żebbuġ Kulleġġ Santa Klara - Sekondarja Bniet - St. Andrews Kulleġġ Santa Klara - Sekondarja Subien - Gżira Kulleġġ Santa Tereża - Skola Primarja - Msida Kulleġġ Santa Tereża - Sekondarja Subien - Sta. Venera Kulleġġ Santa Tereża - Sekondarja Subien - B'Kara Kulleġġ Santa Margerita - Sekondarja Subien - Fortini Kulleġġ Santa Margerita - Sekondarja Bniet - Cospicua Kulleġġ San Ġorġ Preca - Sekondarja Subien - Marsa Kulleġġ San Nikola - Sekondarja Bniet - Rabat

Skejjel — sistema ta' co-ed

Question

Peress li l-Ministru ħabbar li se tinbeda s-sistema ta' co-ed fl-iskejjel governattivi, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx rapport minn esperti li fuqu l-gvern ibbaża d-deċiżjoni tiegħu? Jekk fl-affermattiv, min għamel dan ir-rapport?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li s-sistemi co-ed ilhom fis-seħħ madwar id-dinja kollha u hemm ħafna studji li juru l-vantaġġi ta' din is-sistema. F'pajjiżna wkoll għandna din is-sistema fil-qasam indipendenti u ħalliet il-frott tagħha fl-iżvilupp tat-tfal, jiġifieri fl-iżvilupp akkademiku, soċjali, psikoloġiku u anke emozzjonali. Meta wieħed jistudja ir-riżultat tas-sistema co-ed f'pajjiżna wieħed jara li dan l-iżvilupp mhux biss huwa pass naturali imma wkoll pass li ser itejjeb il-kwalita' fl-edukazzjoni f'pajjiżna.

Skejjel — On-Call Learning Support Assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' on-call learning support assistants li bħalissa qed jipprovdu servizz fl-iskejjel statali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li bħalissa hawn 19-il On Call Learning Support Assistants li qed jipprovdu s-servizz tagħhom fl-iskejjel statali.

Skejjel — sigurtà

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux d-data meta beħsiebu jintroduċi s-servizz ta' sigurtà fl-iskejjel? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min se jipprovdi t-tali servizz?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li sigurta' fl-iskejjel diġa' hemm. Il-proviżjoni ta' sigurta' fl-iskejjel tingħata minn watchmen, cctvs, reception areas u sistemi kontrollati ta' aċċess. Li jrid isir issa huwa li jitjieb il-livell ta' sigurta' fl-iskejjel billi fejn hu possibli fuq medda ta' żmien jiġu ntrodotti aktar reception areas, sistemi ta' cctv u aktar kontrolli ta' aċċess.

PBS — membri fuq il-bord tad-diretturi

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar l-esperjenza li għandhom fix-xandir kull wieħed u waħda mill-membri nominati biex iservu fuq il-bord tad-diretturi tal-Public Broadcasting Services (PBS)?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri rikonoxxuti li qed iservu fuq il-Bord tad-diretturi tal-Public Broadcasting Services huma kollha ta' esperjenza fuq ix-Xandir u għalhekk ġew maħtura.

Djar tal-Anzjani — Każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 299 u tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li applikat biex tidħol fid-Dar tal-Anzjani ta' Bormla però issa lesta li tmur fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari se tingħata aktar tard.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — konsulenti - remunerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma l-konsulenti li ġew maħtura u miżmuma fil-Ministeru kollu u kemm se jiġu remunerati?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Carmelo Mifsud Bonici li wara d-9 ta' Marzu, 2013 ġiet maħtura persuna waħda, dik ta’ Law Commissioner fuq bażi part-time li tattira salarju ta’ 60% ta’ Skala 4 li jammonta għal €18,401.00. Dawk il-konsulenti li kienu maħtura qabel din id-data, baqgħu jagħtu servizz kif jidher fit-tabella li qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qrati ta' Malta — sejħa għal Direttur Ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba s-sejħa għal direttur ġenerali għal Qrati tal-Ġustizzja ħarġitx jew le?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġà saret talba biex jinħatar Aġent Direttur Ġenerali fil-Qrati tal-Ġustizzja u qed nistennew li tiġi approvata u dan sakemm toħroġ is-solita sejħa biex timtela din il-pożizzjoni b’mod permanenti.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li ġew impjegati ġewwa d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? Jista' jindika l-gradi tagħhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li PQ numru 222 mingħand l-Onorevoli Charlo Bonnici datata 15/04/2013 elenkat lista ta’ impjegati fis-settur pubbliku fil-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali li kienu trasferiti minn dipartiment għall-ieħor mill-11 ta’ Marzu 2013. It-tweġiba għal mistoqsija Parlamentari 222 kienet hekk: 1 Manager (Civil Protection) John Gera gie trasferit mill-Kwartieri Generali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili ghas-Servizz ta’ Detenzjoni. 2 Mr. Thomas Cordina (officer in scale 5) gie trasferit mill-Ministeru tal-Intern ghall-Kwartieri Generali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u rega gie trasferit mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili ghall-Kwartieri General ital-Pulizija. 3 John Rizzo Kummissarju tal-Pulizija gie trasferit mill-Pulizija bhala Kap tal-Protezzjoni Civili. 4 Patrick Murgo Direttur Protezzjoni Civili gie trasferit mid-Dipartiment Protezzjoni Civili ghall-Ministeru tal-Intern u Sigurta Nazzjonali, pero huwa ghazel li jitfa r-rizenja tieghu mis-Servizz Pubbliku. Il-Mistoqsija Parlamentari numru 641 hija simili ma dik tal-mistoqsija Parlamentari numru 222; id-differenza fihom hija li l-mistoqsija 222 ma jissemmew l-ebda dati u b’hekk il-Mistoqsija Parlamentari numru 641 mhijiex mifhuma. Jista’ l-Onorevoli Interpellant jgħid minn liema data jixtieq l-informazzjoni mitluba? 1 Fil-preżent hawn 129 impjegati fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li jinkludu: Kap skala 2 Marine Engineer Operations Manager, Żewġ (2) Principal Officers Żewġ (2) Assistant Principals Executive Officer Communicator Detention Officer li ġie trasferit mad-Dipartiment tal-Protezzjoni riċentament ESTS Student (apprentistat) Sebgħa (7) Station Officers Sitta u għoxrin (26) Leading Assistance and Rescue Officers Ħamsa u tmenin (85) Assistance and Rescue Officers. Irid jiġi nnutat li l-aħħar grupp ta’ tmien (8) Assistance and Rescue Officers ġew impjegati fis-sena 2009.

għajnuna lill-fabbriki

Question

Billi l-Ministru stqarr fl-intervista tiegħu li dehret fil-ġurnal il-Kulħadd tas-Sibt 20 ta' April 2013, li ltaqa' ma' erba' fabbriki li kienu lesti jitilqu, jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawn il-fabbriki u x'qed jagħmel il-Gvern biex jindirizza s-sitwazzjoni tagħhom? Jista' jgħid jekk dan il-Gvern hux qed ikompli bid-diskussjonijiet li diġà kienu nbdew mill-Malta Enterprise biex fil-każ tat-tliet kumpaniji segwenti u li ħabbru d-deċiżjoni tagħhom qabel l-elezzjoni ġenerali u li l-Gvern preċedenti kien qed isegwi: a) fil-fabbrika li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jinbidlu ċertu prattiċi tax-xogħol b'diskussjoni mal-unions biex il-kumpanija tibqa' topera b'mod kompetittiv f'pajjiżna; b) fil-fabbrika li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament biex tikkonsidra ma ċċaqlaqx parti mill-operat tagħha fl-Afrika ta' Fuq; u ċ) fil-fabbrika li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li ħabbret li se tagħlaq parti mir-riċerka tagħha f'Malta u tramite l-Malta Enterprise bdejna diskussjoni mal-management biex tiġi inkoraġġita tikkonsidra l-pożizzjoni tagħha?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat illi fit-tlett każi, a), b) u ċ) imsemmija, l-Malta Enterprise għaddejja bid-diskussjonijiet. Fir-rigward tal-kumpaniji l-oħra li saret referenza għalihom fil-ġurnal Kulħadd, l-ismijiet tagħhom ma jistgħux jingħataw għaliex l-informazzjoni hija ta’ natura kunfidenzjali.

miżuri għal ħolqien ta' xogħol

Question

Billi l-Ministru fl-intervista tiegħu li dehret fil-ġurnal il-Kulħadd tas-Sibt 20 ta' April 2013, jistqarr li l-ħolqien tax-xogħol huwa prijorità u li "l-prijorità assoluta hija l-ħolqien tal-impjiegi; xi ħaġa li jemmen li diġà bdiet issir", jista' l-Ministru jelenka l-miżuri li diġà beda jieħu dan il-Gvern biex jinħoloq ix-xogħol?

Response (CARDONA, CHRIS)

Il-fatt waħdu li llum għandek Gvern stabbli b’maġġoranza parlamentari b’saħħitha ġab stabbilita’ li qabel ma kinitx teżisti u taġevola l-ħolqien tax-xogħol. Barra minn hekk dan il-Gvern minn dejjem qal li hu ser jibni fuq it-tajjeb li sab u għalhekk inżammu inċentivi eżistenti. Irrid nghid ukoll li kif spjegajt fl-intervista li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant diġà qed ikollna entużjażmu minn dawk li jħaddmu biex jimpjegaw iżjed nies. Diġà qed naraw kumpaniji żgħar li kienu ilhom snin jistennew kreditu ta' taxxa, u issa li tajnihulhom diġà jridu jespandu wara ftit ġimgħat. Għalija dan huwa sodisfazzjon kbir; li f'qasir żmien iltqajt ma' ħafna nies u li b'intervent minimu ħaddimna nies ġodda.

Enemalta — Expression of Interest and Capability for Energy Supply

Question

Jista' l-Ministru jiċċarra fl-Expression of Interest and Capability for Energy Supply to Enemalta Corporation, għal kemm hu t-tul tal-perjodu li l-Korporazzjoni Enemalta jew il-Gvern qed jara dan l-arranġament u għal kemm hu l-perjodu li għalih qed jintalab prezz fiss f'dak li hu forniment ta' gass u elettriku? X'mekkaniżmu ta' aġġustament se jintuża għas-snin sussegwenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dokument tal-Expression of Interest and Capability huwa dokument Kummercjali. F'dan l-istadju qed inħallu ċertu livell ta' flessibilità fl-interess nazzjonali.

Prezz fiss tal-gass u tal-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma dak li qal fil-ġurnal tat-Times ta' 24 ta' April 2013, li l-perjodu minimu li għandu jingħata prezz fiss hu ta' ħames snin kemm għall-gass kif ukoll għall-elettriku, u jikkonfermax li fil-kampanja elettorali l-Ministru kien dejjem jinsisti li għaxar snin u li dawn it-tip ta' kuntratti jeżistu għalkemm qatt ma ippreżenta kopja?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dokument tal-Expression of Interest and Capability huwa dokument kummerċjali. F'dan l-istadju qed inħallu ċertu livell ta' flessibilità fl-interess nazzjonali.

Dipartiment tal-Kuntratti — Public Procurment Regulations

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern ħa d-deċiżjoni li japplika eżenzjoni mill-Public Procurment Regulations u l-involviment tad-Dipartiment tal-Kuntratti? Jaħsibx li tali deċiżjoni hux se twassal biex ikollna proċess anqas transparenti? U jekk din ma kinetx l-intenzjoni, xi strutturi u proċessi se jintużaw biex il-poplu jiġi assigurat li l-ogħla standards ta' trasparenza jiġu segwiti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-regoli kollha rilevanti se jkunu segwiti