Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #399 Sitting 13 2013-04-29 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat mit-12 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti u kull entità li taqa' taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni dettaljata ta' x'kienu l-prodotti u/jew servizzi mixtrija, mingħand min u l-ammont li ntefaq f'kull każ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant.
Leg 12 PQ #400 Sitting 13 2013-04-29 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti — kura barra minn Malta - policy

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi bidla fil-policy relatata mal-proċess fejn pazjenti jintbagħtu għall-kura barra minn Malta? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni għal dan it-tibdil?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat u nikkonferma li ma sar l-ebda tibdil fil-policy relatata mall-proċess fejn pazjenti jintbgħatu għall-kura barra minn Malta.
Leg 12 PQ #437 Sitting 13 2013-04-29 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Każ ta' individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi applikazzjonijiet għal żvilupp agrikolu u li jibbenefikaw minn fondi Ewropej jingħataw prijorità biex tali fondi ma jintilfux. Dan il-każ partikolari qed jiġi pproċessat mil-Awtorità f'dan il-kuntest.

Power Station tal-Marsa — Shifts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fis-shifts kollha fil-power station tal-Marsa li se tiġi phased out appena tibda taħdem il-power station il-ġdida?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onoervoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar

Power Station ta' Delimara — shifts ta' ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fis-shifts kollha fid-Delimara Power Station phase 1 li se tiġi phased out appena tibda taħdem il-power station il-ġdida?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat illi bħalissa ix-shift compliment fuq il-boilers u t-turbini ta' phase 1 u l-impjant awziljarju huwa ta' 65 persuna. Dan l-ammont jinkludi inġiniera, generation officers u anke operaturi
Leg 12 PQ #485 Sitting 13 2013-04-29 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Iż-Żurrieq — Triq JM Callus - Tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol ta' tarmak fi Triq JM Callus fiż-Żurrieq?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq li t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, li tagħha inżerta li huwa ukoll il-Perit, hi waħda mit-toroq li qed isiru permezz tal-iskema ta’ Public Privat Partnership. Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant jifhem u japprezza s-sitwazzjoni. Infurmat li waqt li kien għaddej ix-xogħol il-kuntrattur informa lill-Kunsill Lokali li ma kienx ser ikompli jaħdem bil-prezzijiet tat-tender u dan fid-dawl ta’ xi żieda fil-prezzijiet. B’konsegwenza t’hekk ix-xogħol waqaf f’nofs is-sena 2012. Sussegwentement il-Kunsill Lokali kellu diversi komunikazzjonijiet mal-kuntrattur inkwistjoni. F’Marzu 2013 l-Kunsill Lokali talab lill-kuntrattur dikjarazzjoni bil-miktub li l-kumpanija mhux lesta li tkompli x-xogħol bil-prezzijiet tat-tender. Il-Kunsill qed jistenna tweġiba mingħand il-kuntrattur qabel jipproċedi mod ieħor.
Leg 12 PQ #486 Sitting 13 2013-04-29 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ħal Safi — Pjazza San Ġużepp - Bankina

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jerġgħu jitwaħħlu tliet bankijiet li kienu jinsabu fi Pjazza San Ġużepp, Ħal Safi li nqalgħu minn posthom xi sena ilu?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi li l-bankijiet in kwistjoni se jiġu nstallati mill-ġdid f’posthom fil-ġranet li ġejjin, dan wara li dawn il-bankijiet inqalgħu minn posthom minn xi vandali f’Ottubru li għadda.

Power Station ta' Delimara — full load

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-power station ta' Delimara (phase 3) mhux qed taħdem full load?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat illi d-diesel engine units li jaghmlu parti mill-estensjoni għandhom bżonn il-manutenzjoni f'intervalli fissi bbazati fuq is-siegħat tal-operat. Mhux prattiku twaqqaf il-magni kollha fl-istess ħin li jkun għaddej il-manutenzjoni u allura magni differenti jkunu jithaddmu billi jkollhom siegħat differenti għal kull par.

Power Station ta' Delimara — fuel oil strainer

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li xi wear and tear parts tal-fuel oil strainer mhux qed jiġu ordnati bil-konsegwenza li dan qed jitħammeġ regolarment u b'hekk titnaqqas l-effiċjenza fl-operat ta' Power Station ta' Delimara (phase 3)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat illi l-ispare parts għal fuel oil strainers huma ordnati.
Leg 12 PQ #525 Sitting 13 2013-04-29 Oral · Interim From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ex-segretarji permanenti — rwol preżenti

Question

Jista l-Prim Ministru jgħid is-Segretarju Parlamentari Ewlieni, liema xogħol jew proġetti għadda f’idejn is-segretarji permanenti l-“qodma”? Jista' din l-informazzjoni jgħidha skont il-ħidma li qed jagħmlu l-eks segretarji permanenti fuq livell individwali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni se tingħata f’xi seduta oħra.

Impjegati tal-Gvern — Riżenji

Question

Jista l-Prim Ministru jgħid s’issa kemm irċieva ittri ta’ riżenja minn persuni li sa ftit ilu kellhom kariga mal-Gvern? Min kienu dawn l-individwi? Ġiet milqugħa r-riżenja? Ġew imwieġba l-ittri tar-riżenji?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 11-il offerta ta’ riżenja minn uffiċjali li kellhom il-ħatra ta’ Segretarju Permanenti jew kap ta’ dipartiment. Tmienja minn dawn l-offerti ta’ riżenja ġew milqugħa u l-ittri ta’ riżenja kienu mwieġba.

segretarji permanenti — użu ta' karozzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'arranġamenti saru biex is-segretarji permanenti l-ġodda ngħataw karozza? Jista' jagħti breakdown għal kull segretarju permanenti x'arranġament sar għal karozza li qed tintuża, l-għamla u t-tip tal-karozza, jekk qed tinkera minn fejn inkriet, xi proċess ta' għażla sar biex inkriet u kemm qed tiswa kull karozza fis-sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma ġie mlaħħaq l-ebda Segretarju Permanenti. Rigward Segretarji Permanenti oħra nitolbu jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — staff complement

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kariga b’kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f’liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 324.

Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva — staff complement

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, kariga b’kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f’liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — staff complement

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tas-Ministeru, kariga b’kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f’liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?

Response (GRECH, LOUIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-tweġiba moghtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 528

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-vakanzi li mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 kien ilaħħaq 57 ruħ kif jidher fil-lista mehmuża li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra bħala Tabella ‘A’ .

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?

Response (MIZZI, JOE)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li l-vakanzi li mtlew fil-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura u fid-dekasteru li jaqa’ taħtu bejn l-1 ta’ Novembru 2012 u s-8 ta’ Marzu 2013 qed jitpoggew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja: PBS: Mill-1 ta’ Novembru 2012 sat-8 ta’ Marzu 2013, fil-PBS imtlew is-segwenti vakanzi: 01/11/2012 Sales Executive 1 24/12/2012 Radio Coordinator 1 07/01/2013 Studio Operator/ Cameraperson 1 AFM Ħaddiema, Impjegati, Suldati ġodda ingaġġati mal- Forzi Armati ta’ Malta bejn Novembru 2012 u Marzu 2013: Data għas-sejħa ta’ l-impjieg Kif saret is-sejħa għal kull impjieg Kategorija Applikanti Numru Ingaġġati Data ta’ l-Ingaġġ 24 t’Awwissu, 2012 Gazzetta tal-Gvern 18,958 (paġna 10,421) Suldati Regolari 184 91 14 ta’ Jannar, 2013 24 t’Awwissu, 2012 Gazzetta tal-Gvern 18,958 (paġna 10,436) Suldati Bandisti 10 2 14 ta’ Jannar, 2013 Nil return for: Detention Service AWAS Refcom PBA TCN Defence Land and Public Registry: Pożiżżjoni Data Referenza Dipartiment Junior Legal Officer 28.01.13 MHA/173/2012; CRO 19/12 Reġistru Pubbliku 6 Visa Officers L- appointments uffiċjali għadhom ma ħarġux MFA/48/2007/III Central Visa Unit Assistent Direttur l- appointment uffiċjali għadu ma ħarigx MFA/HR Circular No 2/2012 Dipartiment taċ-Ċittadinanza Qrati tal-Ġustizzja: Sejħa Vakanzi Mimlijin Deputy Registrar 8 Court Messenger 10 Assistant Technical Officer 1 Junior Legal Officer 1 Judicial Assistant Part-time 5 Casual Substitute Clerk 3 Casual Substitute Executive Officer 1 Qrati tal-Ġustizzja Għawdex: Mill-1 ta’ Novembru, 2012 l’hawn dan id-dipartiment ma ħareġ l-ebda sejħa għall-vakanzi fl-istess dipartiment. L-uniku vakanzi li mtlew kienu tnejn (waħda fil-grad ta’ skrivan anzjan u l-oħra fil-grad ta’ skrivan) biex jissostitwixxu żewġ imġjegati li laħqu deputati reġistraturi f’Malta allura dwarhom ma kien hemm l-ebda sejħa għall-applikazzjonijiet. Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: NUMRU TA’ IMPJEGATI POŻIZZJONI RIFERENZA 1 Assistent Direttur HR MHAS HR/MHA/01/2013 1 Asst Head Aviation Security PAHRO Circ. No.155/2012 1 Accounting Off. Schengen Unit PAHRO Circ. No.158/2012 1 Project Officer (Migration) PAHRO Circ. No.248/2012 1 ERF Project Off up to 30.06.13 ERF Project 11/04 1 ERF Adm. Off up to 30.06.13 ERF Project 11/04
Leg 12 PQ #601 Sitting 13 2013-04-29 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

L-informazzjoni mitluba ser tinghata f'xi seduta ohra