Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — uffiċjali tas-segretarjati - kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tiegħu, inkluż is-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-kuntratti li ġew iffirmati s'issa, jiġifieri sittax tas-segretarjat privat tiegħi (Dok 'A') u sebgħa tas-segretarjat privat tas-Segretarju Parlamentari (Dok 'B').
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — uffiċjali tas-segretarjati - kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tiegħu, inkluż is-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari?
Response (BRINCAT, LEO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — uffiċjali tas-segretarjati - kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tiegħu, inkluż is-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013, fil-Faċilità Korrettiva tal Kordin ġew impjegati:
a)
Manager
(Care and Re-Integration) li għaliha ħarget sejħa interna fiċ-Ċivil u kien hemm 7 applikazzjonijiet.
b) 3 Psikologi li għalihom ħarġet sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern u għaliha kien hemm 3 applikazzjonijiet.
ċ) Parole Clerk li għaliha ħarġet sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern u kien hemm 35 applikazzjoni.
d) Social Worker li ħarġet sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern u kien hemm 3 appikazzjonijiet.
e) 24 Trainee Correctional Officer fejn ħarġet sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern u għaliha daħlu 385 applikazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Tista' tgħid f'liema gradi ġew impjegati? Tista' tgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Din il-Mistoqsija Parlamentari għandha tingħata lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Korporazzjoni Enemalta bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurnat illi bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013 ma gewx impjegati ħaddiema ġodda mal-Koporazzjoni Enemalta
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013 il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma impjegat sitta u erbgħin (46) persuna skont l-informazzjoni hekk kif ippreżentat fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Gozo Channel bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-Gozo Channel impjegat żewġ uffiċjali ġodda bejn Ġunju tal-2012 u Marzu tal-2013. Persuna minnhom ġiet impjegata bħala Electrical/Electronics Officer Ashore u persuna oħra bħala Chief Executive Officer.
Fil-każ ta'
Electrical/Electronics Officer Ashore
is-sejħa kien hemm tliet applikazzjonijiet.
Fil-każ tal-pożizzjoni ta' Chief Executive officer nġabet approvazzjoni Ministerjali u tal-Korporazzjoni għax-Xoghol u Taħriġ biex is-sejħa toħroġ b'mod pubbliku. Għal din l-pożzizjoni intefgħu 49 applikazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Awtorità tad-Djar bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — ingaġġ ta' konsulenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 'l quddiem li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tagħha? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiemtn u Intrapriżi Żgħar — ingaġġ ta' konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 'l quddiem li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — ingaġġ ta' konsulenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 'il quddiem li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tagħha? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li hemm xi persuni li qed jagħtu servizz ta’ konsulenza, għadu ma sar l-ebda kuntratt.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — ingaġġ ta' konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 'il quddiem li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-onorevoli interpellant li r-risposta tinghata f seduta ohra.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 'il quddiem li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
L-informazzjoni mitluba ser tinghata f'xi seduta ohra.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — ingaġġ ta' konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 'il quddiem li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħat f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiġu impjegati professjonisti ġodda fil-qasam mediku, kategorija b'kategorija, wara li dawn jiggradwaw f'Lulju li ġej?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li huwa maħsub li jiggradwaw madwar mitt tabib u dawn se jkunu impjegati fil-qasam mediku wara li jiggradwaw f’Lulju li ġej. Dawn se jidħlu fl-iskema tal-Foundation Programme. Ninforma lill-Kamra li kien dan il-gvern li mill-ewwel ħareġ is-sejħa biex dan ikun jista’ jseħħ fil-ħin propizju.
Sptar Mater Dei — pazjenti jistennew fuq stretcher
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher fis-sala tal-osservazzjoni jew f'xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei mid-9 ta' Marzu 2013 sal-lum? Jista' jagħti d-dettalji ġurnata b'ġurnata?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.