Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bord tal-Klassifikazzjoni tal-Pellikoli u l-Palk — remunerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-Bord tal-Klassifikazzjoni tal-Pellikoli u l-Palk li jikklassifika il-films f'Malta u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed minnhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Klassifikazzjoni tal-Pellikoli u l-Palk li jikklassifika il-films f’Malta kien kompost u kien qiegħed jitħallas kif ġej qabel ta r-riżenja tiegħu. Name of Board Film Age Classification Board Name and Surname Type of Appointment PAYM ENTS Dr Andrew Azzopardi Chairman €815 per annum & €9.50 per film trailer Dr Roberta Attard Member €1.50 per film trailer & €9.50 per film viewed Mr Anthony Muscat Member €1.50 per film trailer & €9.50 per film viewed Ms Marie-Louise Perici Calascione Member €1.50 per film trailer & €9.50 per film viewed Ms Marion Grech Member €1.50 per film trailer & €9.50 per film viewed Ms Cecilia Xuereb Member €1.50 per film trailer & €9.50 per film viewed Mr Gino Mule Stagno Member €1.50 per film trailer & €9.50 per film viewed Mr Emmanuel Ellul Member €1.50 per film trailer & €9.50 per film viewed Ms Teresa Friggieri Member €1.50 per film trailer & €9.50 per film viewed Name of Board Theatre Guidance Board Name and Surname Type of Appointment PAYMENT Perit Adrian Mamo Chairman Ex-Ufficio Mr John Suda Member €700* Mr Michael Fenech Member €700* Ms Lou Ghirlando Member €700* Ms Rosetta Debattista Member €700* * Each member had to be paid €700 for the first year and €500 for the following year. So far no payment has been effected since board has to be composed again since they all resigned after 8th March, 2013.
Leg 12 PQ #975 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Finanzi

Bical — diskussjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk dan il-Gvern hux se jkompli bid-diskussjonijiet mal-partijiet konċernati fil-każ tal-Bical? Jekk fl-affermattiv, jista' jinforma jekk bdewx diġà u fejn waslu, bil-għan li dan il-każ jingħalaq darba għal dejjem?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s’issa għad ma kienx hemm żviluppi ġodda dwar il-Bical.
Leg 12 PQ #976 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Finanzi

National Bank of Malta — Sitwazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma x’inhi s-sitwazzjoni fis-saga tal-ex National Bank of Malta? Il-Gvern beħsiebu jkompli bid-diskussjonijiet? Jekk iva, jista' jinforma f'liema stadju qegħdin u dan biex din is-saga li ilha tkarkar tingħalaq u ssir ġustizzja?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninsab infurmat li l-Gvern ma kellux diskussjonijiet dwar il-kas tan-National Bank mill-elezzjoni 'l hawn.
Leg 12 PQ #977 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta — impjegati barranin

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-impjegati kollha Ingliżi u barranin mal-Air Malta, inkluż il-paga annwali totali li dawn qegħdin jieħdu, kif ukoll bonuses u allowances? Meta jiskadu dawn il-kuntratti? Il-Gvern għandu interess li jżomm dawn in-nies?

Response (VELLA, KARMENU)

Il-mistoqsija hija kummerċjalment sensittiva u għalhekk risposta ma tistax tingħata
Leg 12 PQ #978 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta — ġarr ta' passiġġieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġarret passiġġieri l-Air Malta f'dawn l-aħħar sitt xhur minn u lejn Malta, u kemm kien in-numru ta' passiġġieri lejn u minn Malta fl-istess xhur tas-sena l-oħra 2011/2012?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’kollox bejn Ottubru 2012 u Marzu 2013 il-linja Nazzjonali Air Malta ġarret 682,446 passiġġier. Sadanittant bejn Ottubru 2011 u Marzu 2012 l-Air Malta ġarret 647,670 passiġġier.

Units residenzjali għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm units residenzjali allokati għal finijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità tad-Djar — benefiċċji għal min għandu problemi ta' droga

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità tad-Djar tagħtix xi benefiċċji partikolari lil dawk il-persuni li kienu jbatu minn problema tad-droga? Jekk iva, tista’ tipprovdi l-istatistika ta’ kemm-il persuna bbenefikat f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'xi seduta oħra.

persuni jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma mingħajr impjieg u qed jirreġistraw għax-xogħol, f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex? Jista’ jipprovdi din l-informazzjoni kategorizzata skont l-età tal-persuna li qed tirreġistra?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' persuni li kienu mingħajr impjieg u kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Marzu 2013 (skont l-aħħar informazzjoni li ġiet ippublikata), skont l-età u f'kull lokalità f'Malta u f'Għawdex.
Leg 12 PQ #983 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Terminal benefits – Eżenzjoni mit-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kull forma ta’ terminal benefit li titħallas lil ħaddiem li jkollu l-impjieg tiegħu tterminat, tiġix ikkunsidrata bħala eżenti mit-taxxa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mhux kull terminal benefit huwa eżenti. Wieħed ikun irid jiddetermina jekk in-natura tal-pagament hijiex kapitali jew income, u dan jiddependi miċ-cirkustanzi tal-kas. Pagamenti ta’ natura kapitali biss huma eżenti. Hemm ħafna elementi li jridu jiġi kkunsidrati, iżda inġenerali jekk impjegat (li m’għandux sehem fid-diriġenza tal-azjenda) jingħata kumpens għal terminazzjoni ta’ mpjieg minħabba redundancy , dan ikun kapitali u allura eżenti. Min-naħa l-oħra, f’karigi li jinbidlu minn żmien għal żmien u li hemm terminal payment stabbilit marbut magħhom, dan jitqies bħala parti mill-pakkett ta’ remunerazzjoni ta’ dik il-kariga u allura taxxabbli.
Leg 12 PQ #984 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

dħul medju ta' households

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu d-dħul medju tal-households f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Uffiċċju Nazzjonali Tal-Istatistika tista’ tipprovdi l-informazzjoni mitluba fuq livell ta’ distretti u mhux għal kull lokalità, minħabba li l-informazzjoni hija bbażata fuq kampjun.

Tfal li jingħataw kura f'istituzzjonijiet

Question

B'referenza għal dak li l-Ministru qalet fil-media lokali u ċjoè li f'Malta hawn 600 tifel u tifla li qed jingħataw kura f'istituzzjonijiet, tista' l-Ministru tagħti lista ta' dawn l-istituzzjonijiet, min imexxi dawn l-istituzzjonijiet u kemm hemm tfal f'kull istituzzjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata aktar tard.

Out-of-home care — numru ta' tfal

Question

B'referenza għal dak li qalet il-Ministru fil-media lokali u ċjoè li n-numru ta' tfal fl-out-of-home care irdoppja fl-aħħar snin, tista' l-Ministru tagħti l-ammont tat-tfal li kienu jew għadhom fl-out-of-home care sena b'sena, mis-sena 2000 sal-lum u kemm minn dawn it-tfal huma ta' nazzjonalità Maltija u kemm minnhom ta' nazzjonalità barranija?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-Informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Politika Nazzjonali dwar it-tfal

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-politika nazzjonali dwar it-tfal, li d-draft tagħha ġie varat f'Novembru 2011 u sussegwentament sar proċess twil ta' konsultazzjoni, inkluż ma' ammont kbir ta' tfal, hix se tiġi addotata minn dan il-Gvern?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata aktar tard.

Akkomodazzjoni soċjali — applikanti

Question

Peress li l-Ministru ġiet ikkwotata li qalet li hemm 3,800 persuna jistennew biex jingħataw akkomodazzjoni soċjali, tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar l-ammont ta' applikanti lokalità b'lokalità f'Malta u Għawdex?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata aktar tard.

Awtorità tad-Djar — Skema Kiri

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hix se titkompla l-Iskema Kiri tal-Awtorità tad-Djar li permezz tagħha kienu qed jinkrew appartamenti mingħand sidien privati sabiex dawn jintużaw mill-Awtorità mill-klijenti tagħhom għal skopijiet ta' akkomodazzjoni soċjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Bħalissa fl-Awtorita’ tad-Djar qed jitniehda eżerċizzju biex tiġi mfassla l-istrateġija ta din l Awtorita - xi ħaġa li ma saret qatt f’dawn l-aħħar snin. Minħabba f’hekk. l-skemi li ħarġet bihom l-Awtorita’ dan l-aħħar ma ġewx mfasslin fil-qafas ta’ strateġija fit-tul u agħar minn hekk ma sar l-ebda programm li jindika kull skema kemm se tiġi tiswa u kif ser tiġi iffinanzjata matul is-snin li l-iskema tibqa’ fis-seħħ. Għalhekk qed isir l-audit, kif ukoll il-Bord tal-Awtorita’ il-ġdid se jimbarka fuq il-bini ta’ strateġija u policies sostenibbli.

tibdil ta' post — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li xi ħadd jikkuntattja lil din is-sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għandha tliet itfal u tgħix ġo post tal-gvern u tixtieq li tibdel il-post biex iżżid kamra tas-sodda oħra biex t-tfal jgħixu f'ambjent aħjar?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ikkonċernata ġiet ikkuntattjatha mill-Head of Customer Care u il-każ beda jitmexxa.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — uffiċjali tas-segretarjati - kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tiegħu?

Response (VELLA, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23.
Leg 12 PQ #95 Sitting 13 2013-04-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — uffiċjali tas-segretarjati - kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tiegħu, inkluż is-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija se tingħata mill-Onorevoli Prim Ministru.