Ministeru tas-Saħħa — impjegati - lectures waqt il-ħin tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fil-Ministeru tiegħu li għandhom approvazzjoni sabiex jagħtu lectures waqt il-ħin tax-xogħol? Min huma u x'kariga jokkupaw dawn il-ħaddiema? Jista' jivverifika jekk l-istess uffiċjali humiex jitħallsu għal dawn il-lectures? B'liema rata u mingħand min?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li għalkemm xi impjegati diġà talbu l-approvazzjoni lil-Ministru għal xogħol privat, il-Ministru qed jikkunsidra l-aħjar mod organizzattiv kif tista’ tinġabar l-informazzjoni mitluba, peress li ma nstabux stutturi preċiżi għal ġbir ta’ tali informazzjoni fil-Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tiegħu rigward il-kura ta' rijabilitazzjoni? X'miżuri jew proġetti se jiġu mnieda sabiex dan is-servizz jitjieb u jsir aktar professjonali u b'hekk ikun jista' jagħti firxa aktar wiesa ta' servizzi bħal per eżempju kura ta' rijabilitazzjoni għat-tfal, dik respiratorja, kardijaka u wara li jkun sar xi intervent kirurġiku maġġuri?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f’xi seduta oħra.
Power Station ta' Delimara — tindif tal-fuel oil strainer
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li biex jitnaddaf il-fuel oil strainer il-power station ta' Delimara (phase 3) qed tinqaleb fuq il-magni diesel bil-konsegwenza li l-operational costs biex din il-power station topera qed jiżdiedu sostanzjalment?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi huwa ikkonfermat li b'riżultat ta' ħsara fuq self cleaning fuel oil restrainer, il-manual strainers kellu jsirilhom tindif perjodikament. Biex isir dan il-magni huma temporanjament maqlubin għal gasoil minflok fueloil għal żmien qasir, biex il-fouled strainers jitneħħew u jiġu mibdulin.
Università ta' Malta — Prospectus - Diploma in Facilitating Inclusive Education
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kors ta' Diploma in Facilitating Inclusive Education hux se jkun fil-prospectus tal-Università għas-sena skolastika li ġejja jew le? Dan il-kors se jkun full-time jew part-time?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Universita' ta' Malta sejra toffri l-kors li jwassal għad-Diploma in Facilitating Inclusive Education kemm fil-Kampus ta' Malta kif ukoll f'dak ta' Għawdex fis-sena akademika 2013/14 fuq bażi part-time.
Din l-informazzjoni qiegħda fuq il-website tal-Università ta' Malta: http://www.um.edu.mt/_data/assets/pdf_file/0020/142175/oct-course-list.pdf
(Informazzjoni addizzjoni tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 16 tas-7 ta' Mejju 2013 p.l. 229)
Diploma in Facilitating Inclusive Education — mature students
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kors ta' Diploma in Facilitating Inclusive Education ikun fil-prospectus tal-Università għas-sena skolastika li ġejja, mature students ikunux jistgħu japplikaw biex isegwu dan il-kors? Jekk fl-affermattiv, ikollhom jagħmlu proficiency tests jew interview jew it-tnejn li huma?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat illi applikanti li jkollhom aktar minn 23 sena fl-01 ta' Ottubru 2013 ikunu jistgħu japplikaw biex isegwu l-kors li jwassal għad-Diploma in Facilitating Inclusive Education skont il-provvedimenti għall-'maturity clause'. L-applikanti li jaqgħu f'din il-kategorija huma meħtieġa li jgħaddu minn 'proficiency tests' fl-Ingliż u fil-Malti, ikollhom ic-ċertifikat tal-ECDL u jgħaddu minn eżami bil-miktub.
L-applikanti jkunu meħtieġa ukoll jissodisfaw lill-Bord, permezz ta' intervista, li għandhom id-dispożizzjoni meħtieġa biex isegwu l-kors b'suċċess.
Din l-informazzjoni tinsab ukoll fuq il-website:- http://www.um.edu.mt/registrar/regulations/faculties/educ/dip-fie-bl-2005
Dawn l-applikanti jiġu kkunsidrati flimkien mal-applikanti l-oħra kollha biex issir il-lista fl-ordni ta' mertu minħabba li fil-kors jiġu aċċettati massimu ta' 50 student.
(Informazzjoni addizzjoni tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 16 tas-7 ta' Mejju 2013 p.l. 229)
Diploma in Facilitating Inclusive Education — studenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk in-numru tal-istudenti li jistgħu jsegwu il-kors ta' Diploma in Facilitating Inclusive Education hux se jkun marbut ma' numru jew jekk kull min jista' u jikwalifika jkunx jista' jsegwi dan il-kors?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li kif avżat fuq il-website tal-Universita' ta' Malta http://www.um.edu.mt/_data/assets/pdf_file/0020/142175/oct-course-list.pdf il-kors li jwassal għad-Diploma in Facilitating Inclusive Education huwa limitat għal massimu ta' 50 student fil-kors li sejjer isir f'Malta u 50 student ieħor fil-kors li sejjer isir f'Għawdex.
(Informazzjoni addizzjoni tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 16 tas-7 ta' Mejju 2013 p.l. 229)
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol relatat mar-rikostruzzjoni tal-pitch tal-waterpolo ta' Birżebbuġa?
Response (MIZZI, JOE)
L-għoti tal-kuntratt biex isir dan ix-xogħol huwa suġġett għal żewġ appelli fil-Qorti. Id-data tal-bidu tax-xogħol tiddependi mill-eżitu ta’ dwan iż-żewġ appelli.
European Union Secretariat — ħaddiema fuq kuntratt definit
Question
Jista’ d-Deptut Prim Ministru jgħid x’se jsir mill-ħaddiema tal-European Union Secretariat li huma ngaġġati fuq kuntratt definit?
Response (GRECH, LOUIS)
Ser jigi imniedi organizational review tal-European Union Secretariat u għalhekk f'dan l-istadju l-ħaddiema se jkunu qed jahdmu skont t-termini tal-kuntratt li bih ġew ingaġġati b'mod ġenerali u skont l-esigenzi tas-servizz.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk l-European Union Secretariat hux se jibqa’ f’Kastilja jew hux se jimxi għall-Auberge d’Aragon?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li prezentament l-EU Secretariat se jibqa' f'Kastilja. Kull decizjoni rigward bdil ta' lokazzjoni tittiehed skont l-esigenzi tas-servizz fil-mument opportun.
Dar Malta fi Brussel — tħejjija għall-presidenza tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' d-Deputati Prim Ministru jgħid kif se tintuża Dar Malta fi Brussell fit-tħejjija għall-presidenza tal-Unjoni Ewropea?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li meta Malta jkollha l-Presidenza, ir-rwol ta' Dar Malta fi Brussel se jizdied u jkun ta' mportanza kbira. Id-dettalji dwar dan jigu ffinalizzati aktar il-quddiem.
Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea — staff complement
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tas-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea 2017 u l-Fondi Ewropej, kariga b’kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f’liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (GRECH, LOUIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 528
Jista' l-Ministru jgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — vakanzi
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtha bejn l-1 ta' Novembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 u tagħmel referenza għal kull sejħa separatament?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-Informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — vakanzi
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtha bejn l-1 ta' Novembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 u tagħmel referenza għal kull sejħa separatament?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella tal-informazzjoni mitluba mill-Onor Interperllant.
Jista' l-Ministru tgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — individwu involut fis-segretarjat
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għandux involviment fis-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk fl-affermattiv, x'inhu r-rwol tiegħu? X'inhi l-funzjoni uffiċjali tiegħu? Kemm jammonta s-salarju tiegħu u x'benefiċċji oħra huma marbutin mal-istess pożizzjoni? X'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tiegħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu li qed jagħmel referenza għalih mhux impjegat fis-segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.