Peress li ġie rrappurtat li l-Gvern se jfassal politika għall-avjazzjoni, jista' l-Ministru jgħid min se jkun responsabbli għat-tfassil ta’ din il-politika u t-terms of reference li saru li se jiggwidaw it-tfassil ta’ din il-politika?
Response (VELLA, KARMENU)
L-Onorevoli Interpellant japprezza li Malta qatt ma kellha Politika Nazzjonali Għall-Avjazzjoni li kummerċjalment tikkomplimenta l-Politika Nazzjonali Għat-Turiżmu.
Ghalhekk twaqqaf kumitat konsultattiv biex jipprepara abbozz ta’ Politika għall-Avjazzjoni, li għandu jiġi ippublikat f’qasir żmien bħala ‘white paper’ u li fuqha ser issir konsultazzjoni vasta qabel it-tnegħid u l-implimentazzjoni.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 591, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-komunikazzjoni li permezz tagħha s-segretarji permanenti offrew ir-riżenja tagħhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li se tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 739 li fiha ntqal li twaqqaf Derogation Management Board bil-għan li jkun hemm biżżejjed infurzar, jista' l-Ministru jgħid jekk, in vista tar-rapporti li kien hemm ksur qawwi ta’ liġijiet li jirregolaw il-kaċċa, huwiex sodisfatt bix-xogħol li sar minn dan il-bord?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li d-Derogation Monitoring Bord li twaqqaf mal-bidu tal-Legistratura preżenti beda x-xogħol tiegħu mmedjatament qabel fetaħ l-istaġun tar-Rebbiegħa. Fuq dan il-Bord, b’Chairman u Segretarju maħtura mill-Gvern, hemm rappreżentati l-FKNK, il-Birdlife Malta, l-ALE, il-Forzi Armati ta’ Malta u l-MEPA. Dan il-Bord iltaqa’ b’mod regolari tul il-perjodu tad-deroga u għin sabiex jiġu ddentifikati dawk l-inħawi fejn kien hemm bżonn ta’ aktar sorveljar u nfurzar.
Tul il-perjodu tad-Deroga, il-Pulizija tal-ALE rrapurtaw 48 każ ta’ ksur ta’ liġi kif gej:
· 5 każi ta’ persuni li kellhom aktar minn żewġ skrataċċ fil-kompartiment tas-senter
· 3 każi ta’ kaċċa llegali
· 8 każi ta’ persuni li ma kellhomx dokumenti fuqhom (on the spot)
· 3 każi ta’ kaċċaturi li ġarrew snieter ikkargati fil-pubbliku u mhux mgħottija bil-cover
· 3 każi ta’ persuni li kellhom fuqhom arma mhux reġistrata
· 7 każi ta’ persuni li kienu qed jikkaċċjaw mingħajr permess meħtieġ għall-kaċċa fir-Rebbiegħa
· 10 każi ta’ persuni li kienu qed jikkaċċjaw f’anqas minn 200 metru l-bogħod mill-abitat
· 4 każi ta’ kaċċa fil-ġranet jew ħin mhux permess (nhar ta’ Ħadd jew wara it-3.00pm)
· 3 każi ta’ kaċċa llegali ġewwa Foresta 2000
· 2 każi ta’ kaċċa llegali fuq għasafar protetti
Il-Bord, grażżi għall-kontribut ta’ kulħadd involut, għamel xogħlu u dan il-kumitat għandu jkompli għaddej bil-ħidma tiegħu.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — uffiċjali tas-segretarjati - kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tiegħu inkluż is-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Inħeġġeġ lill-Onor. Interpellant jara ftit ir-risposta li kienet ingħatat għall-mistoqsija preċedenti 335 li kienet fuq l-istess suġġett.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — uffiċjali tas-segretarjati - kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tiegħu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratti tal-impjiegi tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tiegħi huma mfassla skont dak li jipprovdu l-linji gwida għall-istaff tas-segretarjati privati, li kopja tagħhom diġà tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tas-Saħħa — uffiċjali tas-segretarjati - kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tiegħu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratti kollha tas-segretarjat Privat tal-ministeru għas-Saħħa jsiru skont id-dokument dwar l-ingaġġ tal-Istaff fis-Segretarjati tal-Ministru, maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Marzu 2013.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — uffiċjali tas-segretarjati - kuntratti
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tagħha inkluż is-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-Informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Heritage Malta bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’kollox ġew ingaġġati 9 impjegati ġodda u 4 oħra li ġew trasferiti mis-Servizz Pubbliku. Aktar informazzjoni qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013 ġew impjegati tliet ħaddiema: Systems & Financial Auditor fejn applikaw wieħed u għoxrin u Chief Inspector fejn kien hemm applikazzjoni waħda. Dawn intgħażlu skont il-proċeduri tal-MPO u l-ETC.
Fl-istess perijodu, kien hemm l-impjieg tal-Personal Assistant to the CEO & Chairman fuq mertu ta' position of trust.
Ministeru għal Għawdex — Kuntratti għal konsulenza b'direct order
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill onorevoli interpellant li twegiba se tinghata f xi seduta ohra.
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm kienu n-nies li kkwalifikaw għall-ikel tal-Unjoni Ewropea sena b'sena mill-2005 sal-lum? Jista' jagħti l-lista, lokalità b'lokalità?
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2012? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ngħatax b’direct order jew le?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed tinġabar l-informazzjoni u għaldaqstant se tingħata risposta f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — konsulenti
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2012? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ngħatax b’direct order jew le?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 'il quddiem li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent intbgħat għall-kura barra minn Malta minn Jannar 2013 sal-lum? F'liema sptarijiet intbagħtu u għal liema raġuni? Kemm kienet l-ispiża involuta f'kull każ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati fil-Ministeru tiegħu li għandhom approvazzjoni sabiex jagħmlu xogħol part-time? Min jagħti din l-approvazzjoni?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li għalkemm xi impjegati diġà talbu l-approvazzjoni lill-Ministeru għal xogħol privat, il-Ministeru qed jikkunsidra l-aħjar mod organizzattiv kif tista’ tinġabar l-informazzjoni mitluba, peress li ma nstabux strutturi preċiżi għal ġbir ta’tali informazzjoni fil-Ministeru.
Approvazzjoni hija rregolata skont l-
Public Service Managment
Code.