B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 206, 701 u 702, jista' l-Ministru jgħid l-evalwazzjoni ta' Gvern Laburista dwar il-pjanijiet ta' Gvern preċedenti Nazzjonalista għall-campus tal-MCAST x'qed tfittex li tistħarreġ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-evalwazzjoni hi dwar kif nużaw bl-aħjar mod il-footprint tal-MCAST.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 206, 701 u 702, jista' l-Ministru jgħid jekk l-evalwazzjoni preliminari ta' Gvern Laburista dwar il-pjanijiet ta' Gvern preċedenti Nazzjonalista għall-campus tal-MCAST hijiex evalwazzjoni purament politika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Jien infurmat li x-xogħol fuq il-fażi li jmiss tal-MCAST se jitkompla. L-evalwazzjoni li qed issir hija dwar jekk jinbnewx istituti ġodda bħal dak tal-performing arts fuq is-sit.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 206, 701 u 702, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tintemm l-evalwazzjoni preliminari ta' Gvern Laburista dwar il-pjanijiet ta' Gvern preċedenti Nazzjonalista għall-campus tal-MCAST?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-evalwazzjoni tkompli sakemm jittieħdu d-deċiżjonijiet kollha dwar dak kollu li se jinbena fuq is-sit tal-MCAST.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 206, 701 u 702, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tibda u tispiċċa l-evalwazzjoni formali ta' Gvern Laburista dwar il-pjanijiet ta' Gvern preċedenti Nazzjonalista għall-campus tal-MCAST?
Aġenzija Żgħażagħ — programmi ta' edukazzjoni mhux formali
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-programmi ta' edukazzjoni mhux formali li saru sal-lum mill-Aġenzija Żgħażagħ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-programmi edukattivi mhux formali li saru minn Aġenzija Żgħażagħ huma dawn:
- Proġett Kunsill Lokali Żgħażagħ
- Empower
- Social Theatre Mini Festival
- Divergent Thinkers
- Vol Tours
- Youth Upbeat
- Kuntest Letteratura Żgħażagħ
- Taħżiż
- Upcoming Artist Award
Jista' l-Ministru jgħid xi rwol qed jara għall-Aġenzija Żgħażagħ fl-edukazzjoni mhux formali taż-żgħażagħ tagħna?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Aġenzija Żgħażagħ ser tkompli ssaħħaħ is-servizzi ta` edukazzjoni mhux formali tagħha u tkompli tespandi dan ir-rwol f`oqsma oħra bħas-saħħa, esperjenzi interkulturali u djalogu soċjali.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet għall-permessi tal-bini mis-settur agrikolu li l-Awtorità ta' Malta dwar l-ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ntalbet tgħaġġel il-proċess tal-ippjanar tagħhom matul Marzu u April ta' din is-sena? Jista' jagħti tagħrif dwar kif ġiet komunikata t-talba biex tali applikazzjonijiet jiġu pproċessati b'mod mgħaġġel mill-MEPA? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar kif l-istess MEPA qed tkun mgħarrfa li tali applikazzjonijiet jikkwalifikaw għal xi skema tal-Unjoni Ewropea? Minn liema lokalitajiet kienu dawk l-persuni li l-applikazzjoni tagħhom ġiet imħaffa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar m'għandiex informazzjoni li bejn Marzu u April ta’ din is-sena kellha xi applikazzjonijiet mis-settur agrikolu li ntalbet tgħaġġel il-proċess tagħhom. L-Awtorita' tkun mgħarrfa li l-applikazzjoni tikkwalifika għal xi skema tal-Unjoni Ewropea billi l-informazzjoni tiġi mgħoddija dirett mill-Perit mas-sottomissjoni tal-applikazzjoni fuq is-sistema eletronika.
Jista' l-Ministru jaħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' żgħażagħ li ppartecipaw fil-Parlament taż-Żgħażagħ kemm ilu jiġi organizzat l-istess Parlament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Minn informazzjoni miksuba mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ jirriżulta li din is-sena hija l-ħdax-il edizzjoni. Madwar 200 żgħażugħ/a japplikaw kull sena.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Gvern għandux xi pjanijiet partikolari biex jinkoraġixxi liż-żgħażagħ jipparteċipaw fil-ħajja pubblika permezz tal-politika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Aġenzija Żgħażagħ għandha l-proġett tal-Kunsill Lokali Żgħażagħ biex tħarreġ liż-żgħażagħ fil-politika.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm żgħażagħ li pparteċipaw fil-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ minn mindu bdew jipparteċipaw f'tali kunsilli? Minn liema lokalitajiet kienu dawk li pparteċipaw kull sena?
Response (VELLA, KARMENU)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat (Ministru tal-Edukazzjoni).
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 577 li saret lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima u issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 388, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar talabx li jinqalgħu xi siġar minn postijiet pubbliċi matul l-aħħar 12-il xahar? Jekk iva, meta u minn fejn? Fejn tħawlu s-siġar li nqatgħu minn fejn kienu? Minbarra hekk, jista' jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kordinazzjoni ssir mal-kunsill lokali meta jkun hemm talbiet biex tali siġar jinqalgħu mill-kunsill lokali? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi ftehim ta' rilokazzjoni ta' siġar bejn l-awtoritajiet agrikoli u l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar? Jekk sar tali ftehim x'kien jinvolvi?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li matul l-aħħar 12-il xahar għamel talba waħda biex jinqalgħu xi siġar. Dawn inqalgħu l-Ħamis 25 ta’ April 2013 minn Triq il-Kaħli kantuniera ma’ Triq Sir Luigi Preziosi. Infurmat ukoll li s-siġar li nqalgħu tħawwlu fil-Magħtab Landfill fuq struzzjonijiet tal-Plant Health Directorate b’kordinazzjoni sħiħa bejn il-Kunsill Lokali, dan id-Direttorat u l-MEPA.
Dan ix-xogħol sar skont l-Avviż Legali 42 tal-2009.
Peress li l-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament għandu bżonn ta' manutenzjoni u ilhom snin isiru talbiet anke f'dan il-Parlament biex isiru dawn ix-xogħlijiet, jista' l-Ministru jara li dawn ix-xogħlijiet isiru?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li ġie mqabbad perit biex jagħmel evalwazzjoni tas-sitwazzjoni f'dan il-bini biex isir ix-xogħol meħtieġ.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li għandu applikazzjoni pendenti għall-Meals on Wheels?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f’seduta oħra.
sussidju fuq restawr ta' gallarija — każ ta' individwu
Question
Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li applikat biex tieħu sussidju fuq restawr ta' gallarija u minkejja li x-xogħol sar, għadha ma ħaditx il-flus tal-iskema?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont ir-records li għandha l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, il-persuna msemmija mill-Onorevoli Membru qatt m'applikat għall-iSkema ta’ Għoti ta’ Flus għall-Gallariji ta’ L-Injam, biex jieħu sussidju fuq restawr ta' gallarija. Ta' min jinnota li l-applikazzjoni msemmija (PA numru provdut - Minor internal alterations, extension of Maltese Balcony and completion of an existing room on the fourth floor of town house) fil-Mistoqsija, hija applikazzjoni ta’ ¿vilupp tal-MEPA u l-applikant ta’ din l-applikazjoni mhux il-persuna msemmija. Din l-applikazzjoni, li fost affarijiet oħrajn tikkonċerna wkoll talba għal bdil ta’ gallariji, kienet ġiet rifjutata fis-7 ta’ Novembru 2008.
Peress li qed ikun hemm ilmenti dwar is-servizz tal-provvista tal-ħrieqi għall-anzjani u persuni b'diżabilità tant li hemm min ilu tliet xhur ma jieħu l-ħrieqi allokati skont il-każ, jista' l-Ministru jara li dan in-nuqqas jiġi indirizzat?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li lill-anzjani u persuni b'diżabilità se jitqassmulhom il-ħrieqi fil-jien li ġejjin.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 153, jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies li qed jaħdmu full-time mal-Kunsill Malti għall-Isport u fejn kienu jaħdmu qabel ħadu dan ix-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Qed inpoġġi wkoll lista tal-impjegati full-time mal-Kunsill Malti għall-Isport.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 575 u ċjoè: B’referenza għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari 26738 u 28661 tal-XI-il Leġiżlatura fejn kien ġie kkonfermat li s-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali approva li jsir, u finalment jitħallas, ammont konsideroveli ta’overtime u li jammonta għal madwar €12,000 fuq medda ta’ tliet snin biss lil persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħtaw separtament, jista' l-Ministru jgħid x’kien l-ammont ta' overtime li tħallas lil din il-persuna fil-perijodu ta’ bejn Ġunju 2011 u Marzu 2013?
Peress li kien hemm kunflitt ċar ta’ interess fejn uffiċjal pubbliku japprova li jsir u jitħallas
overtime
lil din il-persuna u peress li minn dawn ir-risposti li kienu ngħataw dak iż-żmien is-Segretarju Permanenti ma rreferiex dawn it-talbiet lis-Segretarju Permanenti Prinċipali għall-approvazzjoni tiegħu li b’hekk kien ikun evitat dan il-kunflitt ta’ interess, x’passi dixxiplinarji ttieħdu jew se jittieħdu fil-konfront tal-persuna kkonċernata?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jinvestiga kif taħt it-tmexxija ta’ dan is-Segretarju Permanenti, din il-persuna ngħatat diversi promozzjonijiet u saħansitra nħolqot kariga ġdida minnu stess, li t-titlu tagħha qed jintbagħat ukoll separatament, biex b’hekk din il-persuna setgħet tapplika, u finalment ingħatat din il-kariga fi skala ferm ogħla minn dik li kellha?
Jikkonferma jekk fl-aħħar xhur ta’ qabel l-elezzjoni, dan l-istess Segretarju Permanenti reġa' ħoloq kariga ġdida oħra fl-istess Ministeru li kien responsabbli tiegħu, saru l-intervisti u din il-persuna reġgħet ġiet l-ewwel fl-intervista?
Peress li jidher li hemm lok ta’ abbuż ta’ poter mill-ex Segretarju Permanenti, jista' jikkonferma jekk il-Pulizija qattx kienet mitluba li tinvestiga, bħalma għamlet f’każ ferm anqas gravi minn dan meta mitluba mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali xi snin ilu?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant ili l-każ qiegħed jiġi investigat.
B'referenza għall-mistoqsija numru 588, jista' l-Ministru jibgħat esperti ħalli jagħmlu assessment serju tat-Triq il-Palazzi fiż-Żejtun minħabba li anke l-parti l-kbira tat-triq li qed jingħad li hija fir-responsabbiltà tal-kunsill lokali mhux f'sitwazzjoni tajba?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat minħabba li l-assessment mitlub minnu huwa r-responsabbilta` tal-Kunsill Lokali kknoċernat, u mhux ta’ Transport Malta, madanakollu lesti li naghtu kull ghajnuna.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 589 u jelenka l-ismijiet tal-persuni kollha li servew bħala segretarji permanenti mill-1992 sal-lum u f'kull każ jgħid kemm damu jservu f'din il-kariga u x'kienet ir-raġuni għaliex waqfu jservu f'din il-kariga?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ser tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 590 u ċjoè: Peress li l-Prim Ministru ġie rappurtat li qal li hija prassi normali li Segretarji Permanenti jintalbu joffru r-riżenja tagħhom wara l-elezzjoni, jista' l-Prim Ministru jgħid mill-elezzjoni tal-1996 sal-aħħar elezzjoni, kemm-il segretarju permanenti ntalab joffri r-riżenja wara li tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni u f'kull każ jgħid jekk it-talba saritx bil-fomm jew permezz ta' ittra? Minn min saret it-talba? Fil-każ li saret bil-miktub, jista' jipprovdi kopja tal-ittra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ser tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.