Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm għalliema tal-Braille impjegati mal-Gvern u fejn huma assenjati?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Aġenzija SAPPORT tiffinanzja 20 siegħa fil-ġimgħa mill-paga ta’ impjegat tal-KNPD sabiex dan jassisti fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum ta’ Santa Venera u fost id-dmirijiet tiegħu huwa jgħallem il-Braille lill-klijenti neqsin mid-dawl.
Huwa fil-ħsieb ta’ dan il-Ministeru li għal quddiem se jitħarġu aktar nies f’dan il-qasam
San Pawl il-Baħar u Buġibba — Promenade - Xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jassigura li qabel is-sajf li ġej issir il-manutenzjoni neċessarja u tindif mistħoqq fuq il-promenade ta' San Pawl u Buġibba? Jista' jelenka fid-dettall l-interventi li ħa jkun qed jagħmel fuq dawn iż-żewġ promenades fit-tliet xhur li ġejjin?
Response (MIZZI, JOE)
L-interventi li qegħdin u sejrin isiru huma dawn:
Kisi u tibjid tal-bolards tal-konkos
Żebgha ta’ railings tal-ħadid
Manutenzjoni fuq id-dwal u bankijiet.
Tibdil u rranġar tal-pavimentar
Kull intervent qiegħed isir bl-objettiv ikun li x-xogħol isir qabel l-istaġun turistiku.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 608, peress li diġà kont irreferejt għall-istqarrija tal-Gvern fejn kienu ngħataw l-ismijiet tal-membri, l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali billi jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-CV ta’ kull membru tal-bord tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi (MRA)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-membri li d-dettalji tagħhom diġà ngħataw fil-mistoqsija preċedenti għandhom il-kompetenzi sussegwenti:
3 Accountants
Professur tal-Università
Inginier
2 Avukati
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 610, jista' l-Prim Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni li jagħmlu parti mill-working group inkarigat kif ukoll fejn jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-Persuni li jiffurmaw il-working group huma dawk involuti fil-professjoni li hija relatata max-xogħol tagħhom u bil-għajnuna ta’ mpjegati oħra fil-MEPA li taw is-sehem tagħom.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — transfers ta' impjegati
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 609, jista' l-Prim Ministru jagħti l-lista tal-persuni li kienu trasferiti minħabba “ċaqliq intern skont l-esiġenza tas-servizz”? Jista' jagħti fejn kienet kull persuna u fejn marret “skont l-esiġenza tas-servizz”? Min iddetermina x’inhu “l-esiġenza tas-servizz”? U min ta l-ordni taċ-"ċaqliq intern skont l-esiġenza tas-servizz”?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onorevoli Membru li l-passi li jittieħdu huma fl-interess tal-awtorità biex tiffunzjona aħjar milli kienet u skont il-ħidma tal-awtorità.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 601 u jgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu, fil-kas tad-Dipartiment tal-VAT, l-EPD, l-FIAU, l-IRD, il-Borża ta’ Malta, id-Dwana, il-Lottu u t-Teżor, ir-risposta hija fin-negattiv.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Ingaġġi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 599 u jgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 716 u 428, dwar permessi għat-tqegħid ta' pipeline bejn il-Mellieħa u Binġemma, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub, kif ukoll jindika kif l-istess ilma li se jkun qed jitwassal għand il-bdiewa għal skop agrikolu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ilma ttrattat u ippurifikat fl-impjant ta' purifikazzjoni tad-drenaġġ ġewwa Ċumnija limiti tal-Mellieħa se jiġi ppumpjat għall-ġibjun li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha fuq l-għolja tat-Tomna limiti tal-Mellieħa u minn hemm permezz ta' dan il-pipeline se jinżel by gravity għal Binġemma.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet marbutin ma’ logħob tal-flus illegali, kull sena f’dawn l-aħħar ħames snin maqsumin f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċeviet rapporti dwar logħob tal-flus illegali l-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob (LGA), kull sena f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsumin f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex? Kemm minn dawn ir-rapporti ġew investigati u fuq kemm ittieħdet azzjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xejriet li jindikaw li l-problema tal-illiterizmu hijiex aċċentwata aktar f'ċertu lokalitijiet minn oħrajn? Jekk iva, jista’ jagħti l-informazzjoni dwar l-inċidenza ta’ din il-problema f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Jiddependi mid-definizzjoni ta` illitteriżmu. Altru nitkellmu dwar analfabetiżmu (inabilita` assoluta biex tagħraf u tifhem il-kliem), altru dwar illitteriżmu (diffikulta biex taqra u tikteb), altru dwar illitteriżmu funzjonali (taqra u tikteb b'mod limitat u b'hekk l-individwu ma jasalx biex ikun indipendenti fix-xogħol u fis-soċjeta`).
M'għandniex riċerka li tinvestiga l-illitteriżmu fl-iskejjel fil-livell mitlub mill-interpellant. Studju internazzjonali reċenti, il-PIRLS, juri li t-tfal Maltin ta` xi 10 snin qegħdin taħt il-livell li hu mistenni mit-tfal fil-ħames sena f'dak li jirrigwardja l-qari u l-fehim. Fil-fatt l-istudju jiżvela li l-livelli tagħna huma taħt livelli internazzjonali - 23% tat-tfal Maltin qegħdin fil-livell tal-Intermediate Benchmark waqt li internazzjonalment hemm 15% f'dan il-livell u 23% tat-tfal qegħdin f'livell tal-Low Benchmark waqt li internazzjonalment 5% biss jinsabu f'dan il-livell l-aktar baxx.
Studju ieħor li sar ukoll dan l-aħħar ma` tfal tat-tielet sena jidentifika f'livell nazzjonali l-ħiliet bażiċi li jwasslu għall-kitba u għall-qari u b'hekk ma jagħtix informazzjoni speċifika fuq l-illitteriżmu u b'mod lokali.
Studju ieħor reċenti kien il-PISA għat-tfal Maltin fl-aħħar tas-sekondarja. Madwar 36% minn dawn it-tfal ma qabżux il-livell minimu ta` litteriżmu funzjonali. Dwar il-PIRLS u l-PISA l-Ministeru tal-Edukazzjoni għadu kemm xandar fil-pubbliku informazzjoni dettaljata.
Fl-1999 kien sar ukoll studju mat-tfal kollha ta` Malta tal-Year 2 (Mifsud et al) li jindika li l-akbar problemi fil-litteriżmu kienu jinsabu f'dawk l-iskejjel ta` madwar il-Port u Għawdex. Fl-istudju ta` wara (follow-up study) mal-istess tfal meta kienu fil-Year 5, filwaqt li l-istudenti fl-iskejjel f'Għawdex għamlu progress tajjeb, l-istudenti li joqgħodu madwar il-Port baqgħu lura.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm anzjani, minn kull lokalità f’Malta u f'Għawdex, li qegħdin fuq il-waiting list biex jidħlu fir-residenza San Vinċenz de Paul jew f’xi dar tal-anzjani residenzjali oħra tal-Gvern?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li qed jibbenefikaw minn kull benefiċċju soċjali li jipprovdi l-Gvern, u għal kull benefiċċju tista’ tipprovdi din l-informazzjoni maqsuma għal kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-Informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Minħabba li l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qiegħda tgħix f’kundizzjonijiet mhux adegwati għaliha u għat-tliet uliedha, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità hijiex qed tagħti prijorità lil dan il-każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-applikanta in kwesjoni applikat sabiex tpartat l-appartament mikri lilha mill-Gvern nhar it-22 ta’ Marzu, 2012 peress li hija qiegħda tgħid li l-post huwa żgħir. Fl-2007 hija kienet għamlet it-talba sabiex tiġi rikonoxxuta fil-post attwali tagħha u wara li l-Awtorità tad-Djar laqgħet it-talba tagħha, l-applikanta ffirmat il-kuntratt ta’ kera nhar il-05/03/2008. Dak iż-żmien l-applikanta kellha żewġt ibniet biss. Il-lokalita’ preferuta tal-applikanta hija l-Floriana. L-applikazzjoni tagħha qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità tad-Djar hix se żżomm il-policy li ma tibnix aktar appartamenti, kemm biex jintużaw għall-akkomodazzjoni soċjali kif ukoll biex jintużaw għall-akkomodazzjoni affordabbli, iżda minflok tniedi skemi li permezz tagħhom takkwista jew tutilizza bi ftehim mas-sidien privat, parti mill-istock kbir ta' appartamenti vojta li hawn mal-pajjiż kollu? Jekk se tinbidel kif?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed isir awditjar li mistenni jkun lest fil-ġranet li ġejjin. Wara se jsir analiżi dwar liema skemi l-Awtorità tad-Djar se tkun qed timplimenta.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kompetenzi fil-qasam tal-ilma ta' kull persuna li ġiet appuntata fuq il-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-membri ta' dan il-bord għandhom dawn il-kompetenzi:
3 Acoountants
1 IT and University lecturer
2 Inginiera u University Lecturers
1 Political science student
1 Entrapreneur
1 Banker
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk il-voti fil-baġit li ressaq f'April 2013 u li nbidlu minn kif kienu proposti f'dak li tressaq f'Novembru 2012? Jista' jgħid kemm kull vot naqas jew żdied u x'kienet ir-raġuni għal kull bidla li saret?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
L-Informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta ohra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk talbitx ir-riżenja taċ-chairpersons tat-Tribunal Industrijali? Jekk iva, ma taħsibx li dan imur kontra l-liġi peress li l-ħatra ta' dawn il-persuni li jaġixxu ta' ġudikanti fi kwestjonijiet industrijali hija proprju mħarsa sabiex tassigura li dawn ma jkollhom l-ebda pressjoni, jaġixxu b'mod indipendenti u ma jkun bl-ebda mod soġġetti għall-Gvern?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Miinistru ma talbet l-ebda riżenja taċ-chairpersons tat-Tribunal Industrijali.
Għawdex — Djar residenzjali għal persuni b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-vot biex tinfetaħ l-ewwel dar residenzjali f'Għawdex għall-persuni b'diżabilità tnaqqas minn €500,000 għal €300,000, u dan meta l-Gvern għandu wegħda espressa li matul din il-leġiżlatura jiftaħ djar fil-komunità għall-persuni b'diżabilità kollha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux kontroll tal-ħaddiema u ta' dak li jiġri fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) fil-Qala, fl-iskola tal-Arti f'Għajnsielem, fl-iskola tad-Drama fin-Nadur u fl-iskola tal-Mużika fis-Sannat?
Response (REFALO, ANTON)
Jien infurmat li l-Ministeru għal Għawdex għandu l-kontroll tal-ħaddiema tiegħu fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-Qala filwaqt li l-ħaddiema fl-iskejjel jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.