Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — staff complement
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-istaff compliment għadu ma ġiex finalizzat, ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Segretarjat parlamentari għall-Kompetitività u tkabbir ekonomiku — staff complement
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetitività u Tkabbir Ekonomiku, kariga b'kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema laqgħat mal-kunsilli lokali li hu qed jagħmel ġie mistieden ukoll is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-kunsilli? Jista' jgħid għal liema laqgħat attenda s-Segretarju Parlamentari?
Response (MIZZI, JOE)
Mal-bidu ta’ din il-leġislatura, inhasset il-ħtieġa li l-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura jibda jiltaqa’ mal-Kunsilli Lokali kollha biex jiddiskuti magħhom suġġetti li jaqgħu taħt id-desasteru tiegħu. Matul dawn il-laqgħat, il-Ministru qed jisma’ l-ilmenti u s-suġġerimenti tal-Kunsilli Lokali dwar is-servizz tat-trasport pubbliku u problemi infrastrutturali fil-lokal, fost ohrajn, kif ukoll biex ikun f’ pożizzjoni aħjar biex ikun jista’ jippjana xi proġetti infrastrutturali ġodda li jistgħu jsiru matul il-ħames snin li ġejjin.
Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali qed jinżamm regolarment informat b’ dawn il-laqgħat li qegħdin isiru.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — staff complement
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari numru 528
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-guidelines li jirregolaw il-ħidma u l-operat tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u tad-deputat laburista, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li ngħata inkarigu fir-Residenza San Vinċenz de Paul u fetaħ uffiċċju f'din ir-residenza?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 90, jista' l-Prim Ministru jindika meta se tiġi ppubblikata transfer policy għas-servizz pubbliku kollha indikata f'din ir-risposta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-Transfer Policy applikata fis-Servizz Pubbliku ilha nkluża fil-Public Service Management Code għal diversi snin u tinsab f’sezzjoni 1.1.2 tal-istess kodiċi. Tista’ tiġi aċċessata permezz tas-sit elettroniku http://pahro.gov.mt/employee-psmc?l=1 billi wieħed jidħol fl-Edizzjoni tal-2011, paġni 23 sa 25. Kopja tas-silta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Preżentament - u bħal ma hu normali li jiġri f’kull
policy process
li jrid jiġġedded kontinwament sabiex jibqa’ jirrifletti l-ħtiġijiet tal-Amministrazzjoni u l-impjegati tagħha, din il-policy qiegħda fil-proċess li tiġi kkonsolidata permezz ta’ diversi kjarifiki. Dawn il-kjarifiki primarjament jikkonċernaw il-proċess li jirregola t-transfers għal Għawdex, ta’ uffiċjali pubbliċi li jaħdmu f’Malta iżda huma ordinarjament residenti f’Għawdex u li jixtiequ jiġu trasferiti għal Għawdex, skont il-vakanzi eżistenti fil-grad u skont l-ordni ta’ min imissu.
Hekk kif il-proċess ta’ konsolidazzjoni jkun konkluż, l-emendi neċessarji jiġu nklużi fil-Public Service Management Code immedjatament.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kinux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
Ministry for Home Affairs and National Security:
No.
I.D. no
Name and Surname
Designation
Salary Scale
Previous Employment
1
564178 (m)
Abdilla Rodnick
Ministry Co-Ordinator
7
Private Sector
2
382287(m)
Arnaud Alison
Secretariat Pool
13
Private Sector
3
323193(m)
Azzopardi Tony*
Secretariat Messenger
14
Unemployed
4
302571(m)
Bugeja Lucienne
Private Secretary
5
Private Sector
5
572159(m)
Camilleri Joseph
Secretariat Officer
10
Private Sector
6
531875(m)
Cutajar Clint
Customer Care Officer
6
Private Sector
7
470082(m)
Debono Christian
Secretariate Officer
10
Private Sector
8
51055(m)
Farrugia Emmanuel
Ministry Co-Ordinator
7
Private Sector
9
296269(m)
Fenech Victor
Secretariat Messenger
14
Self Employed
10
20847(m)
Fiorentino Ryan
Ass.Private Secretary
7
BOV
11
122284(m)
Galea Joseph
Personal driver/Security
14
Private Sector
12
266678(m)
Grech Antione
Secretariat Officer
10
Private Sector
13
320788(m)
Saguna Alan**
Secretariat Officer
10
Unemployed
14
338767(m)
Scerri Silvio
Chief of Staff
32
Self-Employed
15
224688(m)
Zammit Luana***
Secretariat Pool
13
Unemployed
16
217655(m)
Magro Paul
Personal driver/Security
14
Heavy Plant driver (M.R.R.A)
*Azzopardi Tony – ma kienx jirreġistra
**Saguna Alan – kien jirreġistra
***Zammit Luana – ma kinetx tirreġistra
Parliamentary Secretary Secretariat:
1
248184(m)
Bonello Shaun
Ministry Co-Ordinator
7
Fisheries Protection Officer (MRRA)
2
253652(m)
Cassar Paul*
Personal Driver/Security
14
Unemployed
3
379274(m)
Chetcuti Alan**
Personal Driver/Security
14
Unemployed
4
589563(m)
Portelli Georgina Dr
Secretariat Officer
10
University Student
5
3409909m)
Psaila Jonathan
Secretary Messenger
14
Storekeeper
6
224774(m)
Sciberras Rita
Private Secretary
5
Part-time clerk – Education Department
7
463370(m0
Vella Martin
Head of Secretariat
4
BOV
8
883553(m)
Vella Rosette***
Secretariat Pool
13
Unemployed
9
931861(m)
Zaffarese Henry
Secretariat Messenger
14
Private Sector
10
592262(m)
Zammit Mario
Personal driver/Security
14
Private Sector
*Cassar Paul –
Was on unemployment benefit. Switched to medical benefit due to genuine ill-health resulting from unavailability of proper and decent work commensurate with the position he held at former place of work before being made redundant at the age of 50+.
**Chetcuti Alan – kien jirreġistra.
***Vella Rosette – ma kinetx tirreġistra.
Ministeru għall-Finanzi — Impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kinux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Iva. In-numru tagħhom ilaħħaq erbgħa. L-ebda persuna ma kienet fuq ir-reġistru tal-Korporazzjoni Xogħol u Taħriġ (ETC).
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — Impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kinux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għas-Saħħa — Impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kinux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru tlieta u sittin (63)
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' learning support assistants assenjati f'kull ċentru għar-riżorsi (ex skejjel speċjali) li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tad-Diviżjoni għas-Servizzi Edukattivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' learning support assistants assenjati f'kull Ċentru għar-Riżorsi (eks Skejjel Speċjali) li jaqgħu taħt ir-responsabilità tad-Direttorat għall-Servizzi Edukattivi hu 112 u huma mqassmin kif ġej:-
Kulleġġ ta' Għawdex - Sannat Special Unit - 9
Kulleġġ Maria Regina - Young Adults Education Resource Centre,Wardija - 37
Kulleġġ San Benedittu - Helen Keller Education Resource Centre, Qrendi - 23
Kulleġġ Santa Klara - San Miguel Primary Education Resource Centre, Pembroke - 20
Kulleġġ San Ġorġ Preca - Guardian Angel Education Resource Centre, Ħamrun - 23
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern dwar il-proġett ta' Bieb il-Belt liema pjanijiet ġew rappurtati li ddiskuta mal-Perit Renzo Piano f'Pariġi?
Ministeri u s-Segretarjati — communications coordinators
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' communications coordinators impjegati fis-segretarjati privati tal-Ministru u s-Segretarji Parlamentari fil-Kabinett tiegħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li minħabba s-sistema ġdida kif qed jaħdmu l-Ministeri, il-communications coordinatorstal-Ministeri huma wkoll responsabbli mill-komunikazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari.
PBS — Bord Editorjali - esperjenza fil-qasam tax-xandir
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'esperjenza għandu fil-qasam tax-xandir kull wieħed mill-membri maħtura minnu fuq il-Bord Editorjali tal-Public Broadcasting Services (PBS)?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill- Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 618.
Kunsill Konsultattiv dwar id-Drittijiet Ċivili ta' Persuni (LGBT) — terms of reference
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-terms of reference tal-Kunsill Konsultattiv dwar id-Drittijiet Ċivili ta' Persuni li huma LGBT li twaqqaf dan l-aħħar? Tista' tgħid kemm se jitħallsu ċ-chairperson u l-membri ta' dan il-kunsill? Tista' tgħid jekk qabel inħatar dan il-kunsill intbagħtitx xi stedina lill-għaqdiet li saret referenza għalihom waqt it-tnedija tiegħu u oħrajn li ma ssemmewx biex dawn iressqu ismijiet għal fuq dan il-kunsill?
Response (DALLI, HELENA)
i. Qieghda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-terms of reference hekk kif maqbula mal-Membri tal-Kunsill Konsultattiv.
ii. Xejn
iii. Kif stipulat fil-programm elettorali tal-Gvern, jien stedint lill-għaqdiet kollha li huma attivi b'mod dirett dwar temi li jikkonċernaw id-drittijiet ta' persuni LGBT.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk minbarra l-Prim Ministru hemmx persuni oħra li qed jagħmlu użu regolari minn Villa Francia jew parti minnha?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, Villa Francia hija r-residenza uffiċjali tal-Prim Ministru u tintuża minn żmien għal ieħor f'dan l-ambitu.
Il-Gvern preċedenti kien ta’ l-faċilità tal-użu ta’ parti mill-ġnien fil-konfini tal-villa lil bidwi partikolari.
Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili — ittri uffiċjali eżekuttivi
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew preżentati ittri uffiċjali eżekuttivi a termini tal-artiklu 166A tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili tul is-sena 2012 u l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2012 u matul l-ewwel tlett xhur tas-sena 2013 l-ittri uffiċjali ppreżentati ai termini tal-artikolu 166A, u l-ammont ta’ ittri uffiċjali ai termini tal-istess artikolu li ġew reżi eżekuttivi huwa s-segwenti:
Preżentati
2012
Prim Awla tal-Qorti Ċivili-
285
Qorti tal-Maġistrati
3024
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex)
130
Preżentati
2013
Prim Awla tal-Qorti Ċivili
93
Qorti tal-Maġistrati
754
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex)
39
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 562 u ċjoè: Peress li t-talbiet għax-xiri tal-oqbra fiċ-Ċimiterju ta' Santa Marija fir-Rabat Għawdex ilhom snin twal biex isiru, jista' l-Ministru jgħid u jispjega għaliex dan id-dewmien kollu matul is-snin u meta se jsir l-ipproċessar tat-talbiet u eventwalment jiġi ffinalizzat it-trasferiment?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li nagħmlu l-verifikazzjonijiet ta’ fiex kien wasal dan il-proċess mall-amministrazzjoni preċedenti, se nkomplu naħdmu biex dan il-proġett jitlesta u eventwalment jiġi ffinalizzat it-trasferiment bl-aktar mod trasparenti bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-poplu.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 592 u jgħid x'vakanzi mtlew fil-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dekasteru li jaqa' taħtu kollu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u s-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.