B'referenza għall-ftehim li kien iffirmat fil-Ħdax-il Leġislatura bejn il-Ministeru responsabbli min-negozji żgħar u l-Università ta' Malta sabiex sal-bidu tal-2013 ikun lest l-ewwel studju soċjoloġiku dwar it-typology tan-negozji żgħar u ta' daqs medju Maltin, sabiex dan iservi bħala bażi għal tfassil ta’ policies tailor made għall-SMEs, jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-istudju (li kien qed isir mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament) li kellu jservi biex jitwaqqaf osservatorju għall-SMEs Maltin, hux konkluż?
Response (CARDONA, CHRIS)
Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant, kien hu stess li kien kummissjona l-istudju in kwistjoni, iżda minkejja li l-istudju kellu jitlesta sa Diċembru 2012 u kellha anke tkun organiżżata konferenza għal dan il-għan, mill-arkivji li rnexxielna nsibu u partikolarment il-fajl amministrattiv tal-każ, ma jirriżultax li din il-mira ta’ Dicembru 2012 kienet intlaħqet anke jekk il-Gvern sa Jannar ta’ din is-sena kien laħaq ħallas l-pagamenti kollha dovuti skont il-kuntratt. Ser isiru il-kuntatti neċessarji mal-Universita’ ta’ Malta sabiex naraw li l-ftehim jitwettaq fl-intier tiegħu.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2012? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ngħatax b’direct order jew le?
Response (VELLA, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2012? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ngħatax b’direct order jew le?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2012? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ngħatax b’direct order jew le?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat ukoll li l-entitajiet l-oħra fi ħdan il-Ministeru tiegħi ma għamlu ebda użu ta' konsulenti matul il-perjodu indikat fil-mistoqsija.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2012? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ngħatax b’direct order jew le?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li skond l-informazzjoni li għaddewlna, it-tagħrif mitlub qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra bħala Tabella ‘A’.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2012? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ngħatax b’direct order jew le?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2012? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ngħatax b’direct order jew le?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi introdotta xi sistema sabiex tkun tista' tattira turiżmu mediku fl-Isptar Mater Dei u dan peress li tali proġett jista' jsarraf fi dħul sostanzjali għall-istat?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bieb tagħna jibqa’ dejjem miftuħ għal kull opportunità li tista’ tħalli frott għall-pajjiż kif ukoll għall-ġid tal-pazjent tagħna.
Peress li riċentament tħabbar li persuni li jixtiequ s-servizz tal-home help se jiġu means tested, tista' l-Ministru tinforma jekk dawn il-persuni li diġà qed jingħataw dan is-servizz hux se jiġu affetwati minn dan it-tibdil?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu proġettat li jibda x-xogħol fuq il-bini tal-grawd tal-football ta' Birżebbuġa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-proċess fuq dan il-proġett għadu fi stadju bikri fejn qed isiru l-konsultazzjonijiet meħtieġa mad-Dipartiment tal-Kuntratti bil-għan li jiġi ippublikat it-tender għal dan ix-xogħol.
Birżebbuġa — Kappella tad-Duluri - xogħol ta' restawr
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' restawr tal-Kappella tad-Duluri f'Birżebbuġa u fiex jikkonsisti x-xogħol li se jiġi eżegwit?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta' restawr fuq il-Kappella tad-Duluri f'Birżebbuġa hu ppjanat li jibda f'Ġunju 2013.
Ser isir restawr fuq il-ġebla tal-faċċata tal-kappella li jinkludi tindif tal-ġebla, bdil tal-ġebel l-aktar deterjorat, mili mill-ġdid tal-fili, kif ukoll iffurmar ta' partijiet neqsin b'teknika ta' 'plastic repair'.
Ser isir ukoll restawr tal-aperturi tal-injam, tal-kanċell u l-ħadid tal-portiku.
Jista' l-Ministru jikkonferma kemm hi d-distanza massima għal provvista tal-elettriku tal-istreet lighting mingħajr ma jkun hemm spejjeż għall-kunsilli lokali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Id-Distanza massima stabbilita mir-regolamenti ghall-Provista tal-Elettriku hija dik ta' 150 metru mill-eqreb sors adekwat.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk preżentament hemmx provvista ta' arbli tad-dawl tal-Korporazzjoni Enemalta u kemm hi din il-provvista f'kull distrett tal-Korporazzjoni Enemalta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nixtieq navza lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qiegħda tiġi miġbura.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunellaġġ tal-iskart tal-borża sewda li l-WasteServ Malta Ltd ircieviet, kunsill b'kunsill kull xahar f'din l-aħħar sena?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li t-tunellaġġ totali tal-iskart tal-borża s-sewda għas-sena 2012 huwa ta’ 132,074.75. Id-dettalji, kunsill b’kunsill, xahar b’xahar, huma hekk murija fit-Tabella ‘A’ li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
WasteServ — ħlas mill-kunsilli lokali minħabba skart
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-WasteServ Malta Ltd iċċarġjata kull xahar lil kull kunsill lokali għal din l-aħħar sena għar-rimi tal-iskart tal-borża sewda fl-impjanti/landfills tagħha?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li għas-sena 2012, il-WasteServ iċċarġjat lill-Kunsilli Lokali kollha f’Malta u Għawdex is-somma ta’ €2,778,998.70 inkluz il-VAT, għar-rimi ta’ l-iskart tal-borża s-sewda. Id-dettalji, kunsill b’kunsill, huma hekk murija fit-Tabella ‘A’ li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern dwar il-living wage għas-settur privat u għas-self employed?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-kunċett li qed tirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa parti minn qafas usa’ tal-kudizzjonijiet tax-xogħol u għalhekk il-mistoqsija għandha tkun riferuta lil Ministru konċernat.