Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #1348 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Interim From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — preżentazzjoni dwar tnaqqis fil-ħlasijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 610 u 875, jista' l-Prim Ministru jgħid min għażel il-membri fuq il-working group? Kemm kien hemm persuni fuq dan il-working group u min kienu, fejn jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1349 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — preżentazzjoni dwar tnaqqis fil-ħlasijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 610, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi sejħa interna fost il-ħaddiema tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex jindikaw min kien interessat jipparteċipa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemmx.
Leg 12 PQ #1350 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kodiċi ta' Etika tal-Ministri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux konxju li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin qed jibqa' jara pazjenti fi klinika privata kif rappurtat fl-artiklu fit-Times of Malta online bl-isem ‘Foreign Minister is still seeing patients at clinic’ tas-7 ta’ Mejju 2013 li l-link għalih qed jintbagħat separatament? Jista' jgħid jekk ħax passi biex din il-prattika tieqaf ġaladarba mhijiex skont il-Kodiċi ta’ Etika tal-Ministri?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-Prim Ministru ħa konjizzjoni tad-dikjarazzjonijiet li saru fil-media mill-Ministru George Vella li minn naħa tiegħu spjega li hu jara l-kostitwenti kull nhar ta’ Sibt fil-għodu fl-uffiċċju tiegħu, post li għal dawn l-aħħar snin kien iservi wkoll ta’ klinika minn fejn għal 48 sena sħaħ ħadem bħala tabib fiż-Żejtun. Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, ġaladarba jidher li qara l-artiklu li qed jikkwota minnu, il-Ministru George Vella caħad bl-aktar mod kategoriku li qed joffri s-servizzi medici tiegħu fil-għodu kmieni. Il-Ministru Vella huwa fid-dmir li jżomm kuntatt regolari mal-kostitwenti tiegħu bħal kull Ministru ieħor. Kif iddikjara l-Ministru stess jekk fost il-kostitwenti jkun hemm min jitolbu parir mediku, huwa obbligat li jagħtih skont id-dover u l-ħalfa professjonali. Kull meta jkun hemm ċirkostanzi bħal dawn, il-Ministru Vella qiegħed jinforma lill-individwi kkonċernati li m’huwiex se jibqa’ jipprattika ta’ tabib u għalhekk iħeġġiġhom biex ifittxu tabib ieħor. F’ċirkostanzi bħal dawn il-Ministru Vella mhux jitlob ħlas għas-servizzi tiegħu. Irrid ngħid ukoll li l-Ministru Vella għamilha ċara li m’huwiex qed idur nies fid-djar tagħhom u l-anqas qiegħed jaċċetta pazjenti ġodda, apparti li ripetutament qed jgħid lin-nies biex jirrikorru għand tobba ġodda. Jien infurmat li l-Ministru George Vella informa lid-Dar tal-Anzjani taż-Żejtun, fejn kellu ħafna pazjenti li kienu ilhom snin twal taħt il-kura tiegħu li ma kienx se jkompli bis-servizzi tiegħu hemmhekk u wkoll irrinunzja l-liċenzja tal- Authorised Aviation Medical Examiner li biha kien jiċċertifika l-bdoti. Kif jaf l-Onorevoli Interpellant il-Ministru Vella qal ukoll li huwa qieghed josserva l-kodiċi ta’ etika politika fl-istess ħin li qed josserva wkoll il-kodiċi medika li ma tistax tisvesti ruħek minnha mill-lum għal għada.
Leg 12 PQ #1351 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministru li jibqa' jagħmel xogħol privat

Question

Peress li skont l-artiklu fit-Times of Malta online bl-isem ‘Foreign Minister is still seeing patients at clinic’ tas-7 ta’ Mejju 2013 li l-link għalih qed jintbagħat separatament il-Ministru għall-Affarijiet Barranin qed jibqa' jara pazjenti fi klinika privata, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk awtorizzax waiver kif għamel diġà fil-każ ta’ Segretarju Parlamentari li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu wkoll separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1350.

San Ġwann — proġett tal-bandli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett tal-bandli f’San Ġwann hux se jsir kif kien imħabbar, skont il-permessi maħruġa u kif imwiegħed minn deputati li llum qegħdin fil-Gvern? Jekk fl-affermattiv, meta hu mistenni li dan jitlesta?

Response (MIZZI, JOE)

Jekk l-Onor Interpellant qiegħda tirreferi għall-proġett imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari Nru 296, nirreferiha għat-tweġiba mogħtija għal din l-istess Mistoqsija Parlamentari.
Leg 12 PQ #1368 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Marsa — Triq Diċembru 13

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hi mistennija li titlesta Triq Diċembru 13, ġewwa l-Marsa?

Response (VELLA, KARMENU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Skejjel sekondarji — co-ed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju fejn juri li l-co-ed hijiex aktar effettiva mis-sistema edukattiva tal-iskejjel sekondarji tal-istat preżenti jew id-deċiżjoni li Kulleġġ Santa Klara ssir co-ed itteħditx fuq bażi ta’ trial and error?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Is-sistema co-ed diġa' kienet esperjenza posittiva ħafna fl-iskejjel indipendenti f'Malta u fl-iskejjel tal-pajjiżi l-oħra fl-Unjoni Ewropea. Il-Gvern waqqaf kumitat b'rappreżentanza mill-Ministeru, Direttorati, Kapijiet ta' Skejjel, Għalliema u Ġenituri biex imexxu 'l quddiem dan il-proġett ta' ko-edukazzjoni. Kulleġġi oħra diġa' talbu li jkollhom ukoll skejjel sekondarji co-ed għas-sena skolastika li ġejja iżda l-Ministeru ddeċieda li d-dħul tagħhom ikun gradwali.

Studenti li għaddew mill-O levels

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru medju ta’ O Levels li kisbu l-istudenti fl-aħħar sena skolastika, skola skola, il-medja tal-iskejjel tal-istat f’daqqa, il-medja tal-iskejjel tal-Knisja u l-medja tal-iskejjel privati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-medja tan-numru ta' suġġetti fil-livell tas-SEC li kisbu l-istudenti mill-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti f'Mejju 2012 huma kif jidhru fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, maqsumin bejn subien u bniet. It-Tabella tinkludi wkoll in-numru ta' kandidati minn kull settur, il-medja tan-numru ta' suġġetti li rreġistraw għalihom, il-medja tan-numru ta' suġġetti li għaddew minnhom bi Gradi 1 sa 5 u bi Gradi 1 sa 7 kif ukoll in-numru minimu u massimu ta' reġistrazzjoinijiet, u n-numru minimu u massimu ta' suġġetti li għaddew minnhom. Ir-riżultati għal kull skola individwali ma jingħatawx biex ma jinħolqux paraguni mhux ġustifikati u li iktar jagħmlu ħsara milli ġid lill-iskejjel.
Leg 12 PQ #1371 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Riċessjoni — miżuri biex tkun kumbattuta

Question

Fid-dawl tal-aħħar tbassir ekonomiku tal-Unjoni Ewropea fejn qed twissi li r-riċessjoni se tippersisti jew tiżdied fl-Unjoni Ewropea, x’miżuri mistennija jittieħdu sabiex dan jiġi kkumbattut f’pajjiżna?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

It-tbassir tal-Kummissjoni Ewropea għall-Malta juri rata ta' tkabbir ekonomiku relattivament tajba meta mqabbla mal-kumplament taż-żona tal-Ewro. Għaldqstant, filwaqt li l-Gvern huwa u se jibqa' attent għal dak kollu li għaddej madwarna, għalissa żgur li m'hemmx lok għal xi tħassib kbir jew għal xi miżuri addizzjonali min-naħa tagħna.
Leg 12 PQ #1372 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali — inizjattivi

Question

Peress li fir-rapport ta’ Fitch, l-aġenzija qed twissi li minkejja l-istabbilità tal-banek lokali wieħed għandu jinnota xi riskji fil-business model addottat mill-kumpaniji Maltin fil-qasam tas-servizzi finanzjarji fl-eventwalità li l-awtoritajiet Ewropej u globali jitfgħu ħarsithom fuq ċentri finanzjarji offshore, jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu mill-Bank Ċentrali biex jassiguraw li Malta tibqa’ ċentru finanzjarju internazzjonali minkejja inizjattivi li jistgħu jieħdu awtoritajiet internazzjonali fejn l-impatt fuq is-settur lokali jista’ jkun negattiv?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #1432 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Interim From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarji Permanenti — riżenji

Question

B’referenza għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari 591 u 1196, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-komunikazzjoni li permezz tagħha s-segretarji permanenti offrew ir-riżenja tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1433 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Politika għall-avjazjoni — kumitat konsultattiv

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1195, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-kumitat konsultattiv?

Response (VELLA, KARMENU)

Il-Membri tal-Kumitat Konsultattiv għall-politika għall-avjazjoni huwa kompost minn Alfred Quintano, Eric Fenech Pace, Joe Capello u Johan Debattista. Fost bosta nies mill-industrija li jkunu mistiedna minn żmien għall-ieħor, Carmel Vassallo huwa mistieden regolari.
Leg 12 PQ #1434 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Valletta 18 – Project Co-ordinator

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu ir-rwol tal-Project Co-ordinator ta' Valletta 18? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-Project Co-ordinator?

Response (VELLA, KARMENU)

L-irwol tal-Koordinatur tal-Proġett tal-Fondazzjoni Valletta 2018 hu ta’ kordinazzjoni ġenerali tal-ħidma tal-Fondazzjoni. Sa Ottubru 2012, il-ħidma prinċipali tal-koordinatur tal-proġett iffukat fuq il-kisba tat-titlu ta’Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018. Minn Outturu 2012 l’hawn, il-ħidma qalbet fuq il-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tal-proġett permezz ta’ koordinazzjoni tar-riżorsi umani, finanzjarji u loġistiċi fl-oqsma tal-amministrazzjoni, iffinanzjar, ippjanar, implimentazzjoni tal-proġetti pilota tal-programm kulturali, kommunikazzjoni interna u esterna, evalwazzjoni u monitoroġġ mill-Kummisjoni Ewropea, is-sostenibilita’ u l-wirt tal-proġett. Kopja tal-kuntratt qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1435 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Interim From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarji Permanenti – talba għar-riżenja

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 590 u 1193 u ċjoè: Peress li l-Prim Ministru ġie rrappurtat li qal li hija prassi normali li segretarji permanenti jintalbu joffru r-riżenja tagħhom wara l-elezzjoni, jista' l-Prim Ministru jgħid mill-elezzjoni tal-1996 sal-aħħar elezzjoni, kemm-il segretarju permanenti ntalab joffri r-riżenja wara li tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni u f'kull każ jgħid jekk it-talba saritx bil-fomm jew permezz ta' ittra? Minn min saret it-talba? Fil-każ li saret bil-miktub, jista' jipprovdi kopja tal-ittra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1436 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Interim From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarji Permanenti — Servizz

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb l-mistoqsijiet parlamentari 589 u 1192 u jelenka l-ismijiet tal-persuni kollha li servew bħala segretarji permanenti mill-1992 sal-lum u f'kull każ jgħid kemm damu jservu f'din il-kariga u x'kienet ir-raġuni għaliex waqfu jservu f'din il-kariga?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1437 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet li daħlu b'risposta għar-raba’ sejħa għall-proġetti li jixtiequ jibbenefikaw minn fondi taħt il-Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects u dan peress li din l-evalwazzjoni kellha tkun lesta sal-aħħar ta' Ġunju? Dan id-deadline se jinżam? X'inhuma l-implikazzjonijiet jekk dan id-deadline ma jinżammx?

Response (VELLA, KARMENU)

Il-process ta' evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet mistenni jibda f'nofs Mejju u l-proċess mistenni jiehħu l-istess ammont ta' żmien kif maħsub. Il-proġetti għalhekk ikunu jistgħu jibdew ladarba l-evalwazzjoni tkun lesta u iridu jitlestew sa l-aħħar ta' Settembru 2014, kif mħabbar meta nħarġet is-sejħa għall-proġetti.
Leg 12 PQ #106 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — uffiċjali tas-segretarjati - kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tiegħu?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għar-risposta għal mistoqsija Parlamentari numru 23
Leg 12 PQ #108 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-preżent hawn madwar 100 mediċina out of stock?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li sal-15 ta’April 2013, kien hemm 38 mediċina fuq il-lista ta’ out of stock.
Leg 12 PQ #109 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out of stock — Rivotrol

Question

Jista' l-Ministru jispjega għala l-mediċina Rivotrol, li hija kalmant, illum kienet out of stock mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek f'Ħal Kirkop?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Mediċina Rivotrol kienet out of stock f’waħda miż-żewġ spiżeriji li hemm f’Ħal-Kirkop.
Leg 12 PQ #110 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Finanzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega, ġaladarba l-Gvern stqarr li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha miljuni ta' ewro fi djun, u fid-dawl tal-fatt li llum tħabbar roħs fit-tariffi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li jwassal sa 55%: a) kif u minn fejn se jitħallsu l-pagi tal-ħaddiema; b) fuq livell ta' prinċipju ta' ġustizzja soċjali, ifissirx dan li dawk l-eluf ta' ċittadini li ma jagħmlux użu minn servizz tal-Awtorità jridu, anke b'mod indirett, jekk mhux dirett jissussidjaw mit-taxxi tagħhom lil dawk li fil-fatt għandhom bżonn jinqdew mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar; ċ) kemm jistenna li jikber id-dejn tal-MEPA minħabba s-shortfall mir-revenue; u d) jekk hux se jiżdied is-sussidju li l-Gvern iħallas lill-Awtorità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li: Id-dejn tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma nħoloqx minn dan il-Gvern, iżda beda jinħoloq meta waqaf is-sussidju li l-Gvern kien jagħti lill-istess Awtorità. Minkejja li l-Gvern preċedenti għolla t-tariffi, d-dejn li kellha l-Awtorita` mhux talli ma naqas iżda żdied. Dan kien b’riżultat tan-numru anqas ta’ permessi mitluba biex jinħarġu mill-Awtorità. Aħna naħsbu li bir-roħs tat-tariffi, in-numru tal-permessi sejrin jiżdiedu b’riżultat li nkopru parti jew kollox dak li l-Awtorità tkun tilfet mill-introjtu tagħha. Bir-roħs li ħabbarna huwa stmat li ċ-ċittadini li se japplikaw għall-permess sejrin jiffrankaw madwar €2 miljuni. Id-deċiżjoni jekk hux sejjer jiżdied is-sussidju tal-Gvern lill-Awtorità tittieħed meta jkun qiegħed jiġi mfassal il-Budget għas-sena 2014. Madanakollu nista’ ngħid li l-Gvern intrabat li jekk l-introjtu bir-rati l-ġodda jaqa taħt il-€2 miljuni il-Gvern jagħmel tajjeb għal dan in-nuqqas (short fall). Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Membru li għalkemm l-Awtorita` tipproċessa applikazzjonijiet għal żvilupp magħmula minn applikanti ta’ kull ġeneru u minnhom tiġbor il-ħlas dovut għal dan l-ipproċessar, il-prinċipju ta’ ġustizzja soċjali jgħidlek ukoll li l-Awtorità trid tħares ukoll id-drittijiet, is-saħħa u tipproteġi l-ambjent tal-komunità. Nista’ nassigura lill-impjegati kollha tal-Awtorità li l-pagi jitħallsu u jitħallsu fiż-żmien li jkunu dovuti u, skont il-programm elettorali ħadd minnhom ma jitlef impjieg minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja tal-MEPA.