Sptar Ġenerali t'Għawdex — tender għall-ikel tal-pazjenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatax it-tender sabiex l-Isptar Ġenerali t'Għawdex jiġi fornut bl-ikel tal-pazjenti? Jista' jgħid kemm se tiswa kull ikla meta mqabbla mal-istess tip fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid x'se jsir mill-kċina tal-Isptar t'Għawdex? Jista' jgħid jekk l-ikel li se jingħata lill-pazjenti f'Għawdex hux se jiġi msajjar Għawdex? Jekk iva, fejn? Jista' jgħid jekk hux se jintuża prodott u servizz tal-Għawdxin? Jista' jgħid jekk hix se tintuża l-istess kċina tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex mill-kuntrattur? Jekk iva, x'inhuma l-kundizzjonijiet tal-allokazzjoni tal-kċina lill-istess kuntrattur u xi gwadann finanzjarju hemm jekk hemm? Jista' jgħid x'se jsir mill-ħaddiema tal-kċina fl-Isptar t'Għawdex?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati dirett mas-servizz pubbliku (Dipartiment tas-Saħħa) fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Dawn l-impjegati kollha jidhru fuq il-payroll tal-Isptar t'Għawdex jew hemm minnhom fuq payroll tal-Isptar Mater Dei jew tal-Ministeru għal Għawdex? Jista' jgħid kemm titla' n-nefqa ta' kull sena f'pagi fl-Isptar t'Għawdex? Kemm jitla' l-ħlas f'overtime lill-impjegati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija kenitx ikkonkludiet l-investigazzjoni dwar l-allegat każ ta' frodi dwar il-Pont Manwel Dimech li seħħ tliet snin ilu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li din l-investigazzjoni għadha mhix konkluża.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta għandhiex il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni li l-pulizija għamlet dwar l-allegat każ ta' frodi dwar il-Pont Manwel Dimech?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta m’għandhiex il-konkluzjonijiet tal-investigazzjoni tal-Pulizijia u m’għandhiex informazzjoni jekk din l-investigazzjoni ġietx konkluża.
Proġett ta' Bieb il-Belt — Rilokazzjoni ta' gabbani
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ftehim li kien sar minn Gvern preċedenti mas-sidien tal-gabbani li kienu jbiegħu l-ħobż f'City Gate il-Belt, jiġifieri li dawn is-sidien jingħataw kjosks ġodda n-naħa tal-arrivals tal-bus terminus jew inkella jingħataw kumpens finanzjarju biex iċedu l-liċenzja għadhiex fis-seħħ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi l-ftehim imsemmi mill-Onor. Interpellant għadu fis-seħħ u ż-żewġ sidien se jingħataw gabbani taħt l-istess kundizzjonijiet u obbligi li ngħataw l-operaturi l-oħra ta’ gabbani ġewwa Bieb il-Belt.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Korporazzjoni Enemalta għall-għoti ta' servizz tal-elettriku f'boathouses l-Armier li nbnew qabel l-1992?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni Enemalta tipprovdi s-servizz tal-elettriku f'kull każ skont ir-regolamenti fuq il-provvista tal-Elettriku [L.S.423.01]
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-ħsieb tal-Gvern li jkompli tal-proġett tal-junction tal-Kappara kif propost mill-amministrazzjoni preċedenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern għandu l-ħsieb illi jkompli bil-proġett in kwistjoni u bħalissa qed jiġi mħejji rapport minn Transport Malta biex jiġi sottomess lill-MEPA bħalha parti mill-proċess tal-Applikazzjoni għall-Iżvilupp. Dan ir-rapport se jinkludi fih id-disinn li se jkun propost bħala parti mill-istess applikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-keep clear bay li hemm fi Triq tal-Mużew maġenb il-bank HSBC fir-Rabat Malta hix legali għax fuq din in-naħa tal-bank m'hemm l-ebda dħul jew faċilità tal-bank filwaqt li hemm bay oħra ta' keep clear quddiem il-bank is-Saqqajja?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat minn Transport Malta li l-keep clear bay li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ma ġietx approvata mill-awtorità u għaldaqstant l-awtorità se tieħu l-passi neċessarji f’dan ir-rigward.
Kunsill Malti għall-Isport — sejħa għal kap eżekuttiv
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-files kollha, kif ukoll kull rapport ieħor li sar/u u li għandhom x’jaqsmu mal-aħħar sejħa għall-applikazzjonijiet għall-milli tal-vakanza ta’ kap eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Isport?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 635 u 299 u tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li applikat biex tidħol fid-Dar tal-Anzjani ta' Bormla però issa lesta li tmur fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Il-persuna msemmija kienet applikat sabiex tidħol f’dar tal-anzjani tal-Gvern l-ewwel darba fl-1996. Din ġiet ammessa fid-Dar ta’ Bormla fis-sena 2002 u telqet mir-residenza minn jedda.
Din il-persuna reġgħet applikat biex tidħol fl-istess dar fis-sena 2006 u ġiet ammessa mill-ġdid iżda reġgħet telqet mid-dar ta’ Bormla minn jedda.
Fis-sena 2009 reġgħet applikat biex tidħol fl-istess dar u l-Bord approvaha bħala Prijorità Għolja. Saret ‘update’ tal-applikazzjoni fl-4 ta’ Novembru 2010 u l-Bord ikkonfermaha bħala Prijorita’ Għolja. L-istess proċedura ta’ ‘update’ reġgħet saret fis-26 ta’ Settembru 2012 u f’Ottubru 2012 din l-applikazzjoni reġgħet ġiet konfermata mill-Bord ta’ l-Ammissjonijiet bħala Prijorita Għolja.
B’hekk din l-applikazzjoni tinsab fil-lista ta’ stennija ma’ applikazzjonijiet oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 607 u jagħti l-informazzjoni ta' kemm saru operazzjonijiet ta' ċirkonċiżjoni pediatric f'dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu — Direttur Quality Assurance
Question
B'referenza għas-sejħa għal applikazzjonijiet għall-post vakanti ta' Direttur Quality Assurance mal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu, jista' l-Prim Ministru jikkonferma x'kienu l-kwalifiki akkademiċi u x'esperjenza ta' xogħol rekwiżiti mill-PAHRO?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rekwiżiti approvati mill-PAHRO għall-post vakanti ta’ Direttur Quality Assurance mal-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu kienu:
[1] Kwalifiki -
first degree
f’materja relatata, u
[2] Esperjenza - minimu ta’ ħames snin esperjenza f’livell maniġerjali, preferibbilment fil-qasam turistiku.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma d-diffikultajiet li sab fiċ-Ċentru tas-Saħħa l-ġdid tal-Mosta, minkejja li kien diġà nfetaħ uffiċjalment u ġie finalizzat bil-ħidma ta' dan il-Gvern?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Minkejja li kien sar il-ftuħ uffiċjali tal-proġett mill-gvern preċedenti,il-post ma’kienx fi stat li jaqdi l-bżonnijiet tal-pazjenti. Kien għad fadal li jsiru bosta xogħolijiet ta’ finishings bħall-vinyl tal-art, twaħħil ta’tabelli kif ukoll trasferiment ta’ files u servizzi li kienu għadhom ma sarux.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa li saret mill-ex Ministru għas-Saħħa? Fiex kienet tikkonsisti din in-nefqa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li sal-lum in-nefqa totali ħalla warajh l-ex Ministru tas-Saħħa u s-Segretarju Parlamentari li kien jaqa’ taħtu, tammonta għal : € 26,263.40.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji ta’ fhiex jikkonsisti dan l-infiq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru dialysis urġenti msejħa on call mir-Renal Unit fis-snin 2011, 2012 u 2013 sal-lum? Dawn kollha saru fir-Renal Unit jew inkella f’xi swali jew units oħra?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 610 u 875, jista' l-Prim Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni li għamlu l-preżentazzjoni lill-bord tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? Jista' jgħid għaliex tali preżentazzjoni ma saritx miċ-chairman jew mis-CEO iżda minn dawn il-persuni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 610 u 875, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iċ-chairman u s-CEO tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kinux involuti fit-tfassil tal-proposti li fuqhom saret il-preżentazzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.