Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #1215 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Buskett — Triq l-Għajn il-Kbira - tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 438 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx xi ħsieb li Triq l-Għajn il-Kbira li tagħti għall-Buskett tingħata wiċċ bit-tarmak peress li hemm joqogħdu ammont ta’ familji li ta’ kuljum jgħaddu minn din it-triq li tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (VELLA, KARMENU)

Skont Skeda 4 tal-Liġi tal-Kunsilli Lokali l-Buskett huwa eskluż mir-responsabiltà tal-Kunsilli Lokali. Madankollu ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li huwa jieħu ħsieb it-triq li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant bona volontà tiegħu. F’dan id-dawl, u fid-dawl tal-finanzi tal-Kunsill, infurmat li t-triq imsemmija mhux fil-pjan imminenti tal-Kunsill.

Miżura 121 — proġetti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 436, jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi l-proġetti li kisbu l-istess punti taħt il-Miżura 121, ġew klassifikati bħala awarded u oħrajn bħala on reserve?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Bord tal-Għażla uża żewġ kriterji biex jiġu klassifikati applikazzjonijiet għal proġetti li spiċċaw bl-istess punteġġ. L-ewwel kriterju kien ibbażat fuq id-data ta’ meta l-applikant beda jopera fis-settur. F’każijiet fejn applikazzjonijiet reġgħu spiċċaw bl-istess punteġġ, intuża kriterju ulterjuri bbażat fuq l-ogħla fatturat annwali fis-settur relevanti.
Leg 12 PQ #1217 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Bajja s-Sabiħa (Birżebbuġa) — dgħajjes

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex dawk il-persuni li għandhom dgħajsa marbuta ġewwa l-Bajja s-Sabiħa ta' Birżebbuġa, in-naħa fejn se tiġi żviluppata, humiex se jingħataw post alternattiv fejn jorbtu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-risposta għal din il-mistoqsija ma taqax fil-mertu tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Leg 12 PQ #1218 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għar Lapsi (Siġġiewi) — tneħħija ta' periklu

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li jitneħħa l-periklu li hemm fiż-żona ta' Għar Lapsi ġewwa s-Siġġiewi? Jista' jgħid x'kienu l-konklużjonijiet ta' studju li ġie kkumisjonat f'Awwissu 2012 fuq din iż-żona u x'passi se jittieħdu fuq dan ir-rigward?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-risposta għal din il-mistoqsija ma taqax fil-mertu tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar iżda tal-Works Department.

Post tal-Gvern — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara li l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jingħata prijorità peress li ilha diversi snin tistenna post tal-housing?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna imsemmija ġiet ikkunatattjata mill-Head of Customer Care. Din ġiet infurmata li qed jittieħdu l-passi neċessarji sabiex jitħaffef l-każ tagħha.

Post tal-Gvern — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara li l-każ tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jingħata prijorità peress li ilha diversi snin tistenna post tal-housing?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #1237 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Urban Improvement Fund

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jkompli l-proċess li kien inbeda qabel l-aħħar elezzjoni sabiex kunsilli lokali jitħallsu mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) flus allokati lilhom permezz tal-Urban Improvement Fund (UIF)? Jekk iva, meta se jkun qed isir il-pagament lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fuq żewġ proġetti li kienu ġew approvati mill-awtorità xhur ilu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kunsilli Lokali se jkomplu jitħalsu mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-impjannar (MEPA) flus allokati lilhom permezz tal-Urban Improvement Fund (UIF). Il-Pagament lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fuq żewġ proġetti li kienu ġew approvati mill-Awtorità se jsiru hekk kif dawn il-pagamenti jiġu awtorizzati mill-Kumitat tal-UIF.

reserved parking — każ ta' individwu

Question

Jista` l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ttieħdet deċiżjoni, jiem biss wara l-aħħar elezzjoni ġenerali minn Transport Malta, sabiex jitneħħa reserved parking għal persuna bi bżonnijiet speċjali minn quddiem residenza u titpoġġa quddiem residenza oħra fi triq li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa b'mod unanimu kien ta l-parir tiegħu diversi drabi li kellu jibqa' kollox kif kien oriġinarjament mogħti l-permess mill-istess Awtorità tmien snin ilu?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li, skont il-polza tal-awtorità, kull approvazzjoni li tinħareġ minn Transport Malta għall-parkeġġ riservat għall-persuni b’diżabilità tiġi mplimentata fl-aktar kaxxa tal-parkeġġ qrib tar-residenza tal-persuna b’diżabilità. F’dan il-każ, tali kaxxa ta’ parkeġġ riservat ma ġietx implimentata fl-aktar kaxxa qrib tar-residenza tal-persuna b’diżabilità u għaldaqstant din il-kaxxa ma kinitx implimentata skont il-polza tal-awtorità. Fil-31 ta’ Jannar 2013, l-awtorità reġgħet kitbet lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa f’dan ir-rigward u jekk il-kunsill kellu xi oġġezzjoni sabiex tali kaxxa tal-parkeġġ riservat titranġa sabiex tkun konformi mal-polza, il-kunsill kellu jinforma lill-awtorità fi żmien xahar. L-awtorità ma rċeviet l-ebda risposta mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fiż-żmien stipulat u għaldaqstant, fin-nuqqas ta’ risposta, l-awtorità kienet tifhem li l-kunsill ma jsib l-ebda oġġezzjoni li tali kaxxa tal-parkeġġ riservat titranġa skont il-polza, kif fil-fatt sar.

Arriva — użu ta' bendy buses

Question

B`referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 680, jista' l-Ministru jgħid jekk fil-pjan li jinkludi tneħħija gradwali tal-bendy buses hemmx inklużi sas-sajf li ġej ir-rotot li jagħtu għal San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-deċiżjoni fir-rigward ta’ liema rotot, kif ukoll iż-żmien meta sejrin jitneħħew il-bendy buses għadha ma ittieħditx. Din id-deċiżjoni sejra tittieħed wara li issir analiżi dettaljata tas-suġġerimenti u l-ilmenti illi tressqu lil Transport Malta permezz tal-konsultazzjoni pubblika li għadha kif ingħalqet, kif ukoll minn laqgħat illi qegħdin isiru mal-kunsilli lokali kif ukoll ma’entitajiet oħra.
Leg 12 PQ #1240 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

JKIPK — membri tal-grupp

Question

B`referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 682 , fejn il-Ministru stqarr li saru laqgħat b'mod informali tal-grupp hekk imsejjaħ JKIPK , jista' l-Ministru jgħid min huma s`issa l-membri li ħadu sehem f'dawn il-laqgħat informali u jekk hux se jkun hemm ħlas għal dawn il-membri li se jiffurmaw jew qed jiffurmaw dan il-grupp?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Segretarjat Parlamentari għadu qiegħed ilaqqa’ dan il-grupp b’mod informali u għaldaqstant għalissa m’hemmx ħsieb ta’ ħlasijiet.
Leg 12 PQ #1241 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

bordijiet — sejħa pubblika

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema se jkunu dawk il-bordijiet li għalihom se tkun qed issir sejħa pubblika minn fost il-pubbliku in ġenerali sabiex l-istess pubbliku jkollu rappreżentanza fuq dawn il-bordijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta’ ħatriet fuq bordijiet governattivi għadu għaddej u l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-bordijiet il-ġodda qed titħabbar gradwalment.
Leg 12 PQ #1242 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

kunsilli lokali — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-ħaddiema jaħdmu mal-kunsilli lokali f`Malta u Għawdex taħt l-iskemi tal-Industrial Projects and Services Limited (IPSL) u l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) sad-9 ta` Marzu 2013? Jekk żdiedu wara din id-data, b`kemm żdiedu?

Response (VELLA, KARMENU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministri ikkonċernati.

Ir-Rabat (Malta) — Skola Sekondarja tal-Bniet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux veru li nbidel il-ħsieb li l-iskola sekondarja tal-bniet tar-Rabat tingħalaq bħala skola u tinbena waħda ġdida fi Triq Farsons fil-Ħamrun minflokha? Jista' jgħid x'inhuma l-pjanijiet għall-istess skola llum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li bħalissa l-iskola sekondarja bniet tar-Rabat qed tilqa' fiha studenti mit-tielet sal-ħames sena tal-iskola sekondarja. Fis-sena skolastika li jmiss se tibqa' tilqa' fiha studenti tar-raba' u ħames sena sekondarja. Bħalissa qed ikun studjat il-pjan ta' bini ta' skejjel ġodda.
Leg 12 PQ #1244 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeru u s-Segretarji Parlamentari — ingaġġ ta' ħaddiema minn barra miċ-ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-kundizzjoni li kienet tapplika għas-segretarjati tal-Ministeri u l-uffiċċju tas-Segretarji Parlamentari, ċjoè li mhux permissibbli li l-Ministru u s-Segretarju Parlamentari jimpjegaw aktar minn erba’ persuni minn barra miċ-Ċivili jew entitajiet governattivi, m’għadhiex tapplika u li llum kull wieħed minn dawn jista' jimpjega segretarjat sħiħ minn barra miċ-Ċivil u l-entitajiet tal-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jikkonsulta d-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel saret manutenzjoni matul is-sena li għaddiet u kemm kienet l-ispiża marbuta ma' din il-manutenzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kif ġej: Dok. `A` - lista ta` skejjel li fihom saret manutenzjoni mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi; Dok. `B` - lista ta` skejjel li fihom saret manutenzjoni mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t`Għada.
Leg 12 PQ #1246 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

membri ta’ segretarjati privati — bordijiet u kumitati governattivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma l-policy li kienet eżistenti sal-lum, ċjoè li membri tas-segretarjati privati tal-Ministru u s-Segretarji Parlamentari li jiġu maħtura f'bordijiet u kumitati governattivi, ma jiġux rimunerati għal dan ix-xogħol?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dik il-policy għadha ma nbidlitx
Leg 12 PQ #1247 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għas-Saħħa

Ir-Rabat (Għawdex) — ċentru kliniku

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li ċ-ċentru kliniku tar-Rabat Għawdex ġie mibdul fberġa u allura m'għadux iservi ta' policlinic?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra
Leg 12 PQ #1248 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat (Għawdex) — ċentru kliniku - trasferiment għall-Isptar Ġenerali t'Għawdex

Question

Jikkonferma l-Ministru li hu kien ikkonsultat u kien favur li ċ-ċentru kliniku li kien jinsab fiċ-ċentru tar-Rabat Għawdex jiġi trasferit għall-Isptar Ġenerali t'Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-ċentri tas-saħħa jaqgħu taħt il-Ministeru tas-Saħħa u għalhekk jekk joġgħbu jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Monument tal-Gwerra — fjamma ornamentali

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament x'inhuma l-ħinijiet li fihom qiegħda tinżamm mixgħula l-fjamma ornamentali mal-monument tal-Gwerra fil-Furjana? Jista' jikkonferma jekk hux minnu li mid-9 ta' Marzu 2013 'l hawn, inbidlu l-ħinijiet li fihom tinxtel l-istess fjamma? Jekk kien hemm tibdil fil-ħinijiet, jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet għal tali tibdil? Jekk saru tibdiliet, jista' jinforma jekk u ma min saru konsultazzjonijiet qabel sar dan it-tibdil ta' ħinijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Il-fjamma ornamentali mal-monument tal-Gwerra fil-Floriana qiegħda tinżamm mixgħula bejn is-sitta ta’ filgħaxija tul il-lejl sas-sitta ta’filgħodu.

Estensjoni tal-Malta Freeport — impatt fuq ir-residenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju dwar l-impatt li l-estensjoni l-ġdida tal-Malta Freeport jista' jkollha fuq ir-residenti, partikolarment dak viżiv u ħsejjes aktar milli diġà qed isofru? Jista' jgħid jekk kienx hemm konsultazzjoni mal-kunsill lokali tal-lokalità dwar dan u dwar kif din il-lokalità għandha tiġi kkompensata biex jagħmel tajjeb għad-dannu ambjentali u ta' xort'oħra li qed jikkawża dan l-iżvilupp industrijali?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li bħala parti mill-proċess tal-permess ta’ żvilupp li ngħata mill-MEPA għall-estensjoni li qed issir bħalissa fil-Freeport kien sar assessment tal-impatt ambjentali fil-waqt li kien hemm ukoll konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali rispettiv. Dwar l-estensjoni li possibilment jista’ jkun hemm fil-futur din ser tkun suġġetta għal Pjan ta’ Azzjoni (Action Plan) li jkun irid jinħareġ għal konsultazzjoni pubblika. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-MEPA.