B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 684, billi fil-laqgħa ġenerali tal-lokalità konna infurmati li tneħħew għexieren ta' karozzi, jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk it-tmien karozzi li ssemmew fil-paper laid li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra hix waħda komprensiva inkella le? Jekk le, għaliex? Minbarra hekk, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar ta' min huma l-garaxxijiet li ssemmew fir-risposta bħala li qed jintużaw biex fihom jitqiegħdu l-vetturi li kienu indikati fir-risposta?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-informazzjoni mogħtija oriġinalment għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 684 tindika realment il-vetturi li tneħħew mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar. Skont il-Kunsill Lokali qatt ma saret referenza għal għexieren ta’ vetturi.
Intant infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-Kunsill mhux involut dwar il-garaxxijiet fejn jinżammu l-vetturi peress li dan hu kompitu tal-kuntrattur li jiġbor il-vetturi abbandunati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ġew ikkundanati l-ħabs fuq abbuż ta' minorenni, sena b'sena, mill-2003 'l hawn? Jista' jindika s-sentenzi mogħtija f'kull każ? Jista' jgħid kemm minn dawk misjuba ħatja ddaħħal isimhom fir-reġistru ta' dawk misjuba ħatja ta' każijiet bħal dawn?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista mehmuża turi n-numru ta’ persuni li ġew ikkundannati priġunerija mill-Qrati Kriminali ta’ Malta fuq abbuż ta’minorenni sena b'sena, mill-2003 'l hawn. Il-lista ma tkoprix is-snin 2003 sa 2005 peress li dak iż-żmien tali informazzjoni ma kinitx tinżamm. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija fuq ir-reġistru, mill-20 ta’ Jannar 2012 sa issa hemm seba’ (7) persuni li ġew imdaħħla f’dan ir-reġistru.
Sena
Numru ta’ Persuni kkundannati Priġunerija
Kemm Weħlu
2006
6 persuni misjuba ħatja u kkundannati priġunerija
Tlett snin ħabs- 3 persuni
Għaxar snin ħabs- 2 persuni
Sitt snin u sitt xhur ħabs- persuna waħda
2007
5 persuni misjuba ħatja u kkundannati priġunerija
Sitt snin ħabs- persuna waħda
Għaxar snin ħabs- persuna waħda
Sentejn u sitt xhur ħabs- persuna waħda
Tlett snin ħabs- persuna waħda
Sentejn ħabs- persuna waħda
2008
6 persuni misjuba ħatja u kkundannati priġunerija
Sentejn ħabs-żewġ persuni
Sentejn u ħames xhur ħabs- persuna waħda
Tlett snin ħabs persuna waħda
Ħmistax-il sena ħabs- persuna waħda
Għaxar snin ħabs- persuna waħda
2009
7 persuni misjuba ħatja u kkundannati prġunerija
Sentejn ħabs- żewġ persuni
Tlett snin u sitt xhur ħabs-persuna waħda
Erba’ snin ħabs- persuna waħda
Ħames snin u tlett xhur ħabs- persuna waħda
Għaxar snin ħabs- persuna waħda
2010
8 persuni misjuba ħatja u kkundannati priġunerija
Sena ħabs- persuna waħda
Erba’ snin ħabs –erba’ persuni
Ħames snin ħabs- persuna waħda
Ħames snin u sitt xhur ħabs- persuna waħda
Tmien snin ħabs- persuna waħda
2011
Ħdax-il persuna misjuba ħatja u kkundannati priġunerija
Sentejn ħabs- persuna waħda
Tlett snin ħabs- tlett persuni
Tlett snin u sitt xhur ħabs- persuna waħda
Erba’ snin u sitt xhur ħabs- persuna waħda
Ħames snin ħabs- tlett persuni
Tmien snin ħabs- persuna waħda
Għaxar snin ħabs- persuna waħda
Sitta minn dawn ġew appellati u għadhom mhux deċiż
2012
Sitta u għoxrin persuna misjuba ħatja u kkundannati ħabs
Sena u sitt xhur ħabs- ħames persuni
Sena u erbgha xhur ħabs- persuna waħda
Sentejn ħabs- persuna waħda
Sentejn u sitt xhur ħabs- persuna waħda
Tlett snin u sitt xhur ħabs-persuna waħda
Erba’ snin ħabs- sitt persuni
Ħames snin ħabs-żewġ persuni
Sitt snin ħabs-tlett persuni
Tmien snin u sitt xhur ħabs- persuna waħda
Disa’ snin ħabs- persuna waħda
Għaxar snin ħabs-tlett persuni
Ħdax-il sena ħabs- persuna waħda
Tnax minn dawn ġew appellati għadhom mhux deċiżi
2013
Għaxar persuni misjuba ħatja u kkundannati ħabs
Sentejn ħabs- persuna waħda
Tlett snin ħabs- żewġ persuni
Erba’ snin ħabs- persuna waħda
Erba’ snin u sitt xhur ħabs- persuna waħda
Ħames snin ħabs- persuna waħda
Ħames snin u sitt xhur ħabs- persuna waħda
Sitt snin ħabs- żewġ persuni
Ħmistax-il sena ħabs- persuna waħda
Sitta’ minn dawn ġew appellati u għadhom mhux deċiżi
Abbużi fiżiċi u sesswali — Minorenni li ddaħħlu l-Emerġenza
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal taħt it-18-il sena li ddaħħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza jew f'xi ċentru tas-saħħa jsofru minn ġrieħi kkawżati minn abbuż fiżiku jew sesswali?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nħossni xxukkjat li ngħaddi din ir-risposta fejn ġejt mgħarraf li sal-lum ma tinżammx statistika ta’ numru ta’ tfal taħt it-18-il sena li jsofru minn ġrieħi kkawżati minn abbużż fiżiku jew sesswali.
Filwaqt li nirringrazzja lil Onorevoli Bonnici għal din il-mistoqsija, inwiegħed li ser nieħu l-passi kollha meħtieġa biex dan ma jibqax iseħħ.
Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni — riżenja tal-ex chairman
Question
Fid-dawl tal-ittra ta’ riżenja tal-ex Chairman tal-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni li ġiet ippubblikata nhar it-30 ta’ April, jista’ l-Ministru jikkonferma li t-tneħħija tal-istess Chairman hija konformi mad-Direttivi tal-Unjoni Ewropea dwar x’inhuma s-sitwazzjonijiet li fihom għandu jitneħħa l-kap tan-national regulatory authority, li fil-każ ta’ Malta hija l-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dak li qed jitlob huwa parir jew opinjoni legali/teknika u għalhekk tmur kontra l-ordnijiet permanenti tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għand il-Malta Enterprise għall-għajnuna u/jew inċentivi taħt kull skema/programm/inċentiv fiskali/faċilitajiet li toffri l-istess Malta Enterprise jew il-Malta Industrial Parks?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Irrid inżid illi l-maġġoranza ta’ l-applikazzjonijiet għal Microinvest daħlu fl-aħħar ta’ Marzu/April 2013 minħabba d-data tal-egħluq għall-iskema 2012. Dawn l-applikazzjonijiet ikunu proċessati kollha sa l-aħħar ta’ Ġunju. Min-naħa l-oħra n-numru ta’ l-applikazzjonijiet pendenti taħt Get Qualified huwa riżultat ta’ twessigħ ta’ l-iskema fix-xhur reċenti. Dawn l-applikazzjonijiet ikunu proċessati kollha sa l-aħħar ta’ Awwissu.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fis-servizz tas-saħħa f’pajjiżna jeżistix il-grad jew pożizzjoni ta’ toxicologist jew rwol simili u jekk din il-pożizzjoni hijiex okkupata minn persuna kwalifikata? Jekk iva, dan kemm ilu stabbilit u kemm għamel testijiet minn kemm ilu stabbilit, xahar b’xahar? Jekk le, x’inhi r-raġuni għaliex dan ma jeżistix fid-dawl tal-importanza u s-sensittività ta’ din il-materja f’pajjiżna?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Nixtieq navża lill-Onorevoli Interpellant li dan il-post ilu vakant u jien ħadt l-inkarigu li tinħareġ is-sejħa pubblika skont ir-regoli taċ-ċivil.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum kienx hemm bidliet fil-Bord tal-Malta Enterprise? Jekk iva, jista’ jgħid kif inhu kompost il-Bord illum? Jekk ma kienx hemm tibdil jista’ jgħid jekk hemmx persuna/i oħra li qegħdin jagħtu struzzjonijiet lill-Kap Eżekuttiv u jekk iva min huma dawn il-persuni u fuq liema bażi qed jagħtu dawn l-istruzzjonijiet?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-Bord tal-Malta Industrial Parks Ltd?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sakemm jinħatar wieħed ġdid, il-Bord tal-MIP jibqa’ kompost mill-membri li kien hemm qabel għalkemm dawn kienu offrew r-riżenja tagħhom.
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra, il-lista ta’ dawn il-membri.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru għall-provvista ta' fuel tal-karozzi kollha tal-Prim Ministru u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn l-1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa tal-provvista ta' fuel tal-karozzi kollha tal-Prim Ministru u segretarjat privat għall-perjodu bejn l-1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet ta’ € 19,115.31.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Fuel
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-provvista ta' fuel tal-karozzi kollha tad-Deputat Prim Ministru u u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn l-1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?
Response (GRECH, LOUIS)
Peress li fil-perjodu msemmi l-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru Tonio Borg kien jinkorpora wkoll il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-provvista ta' fuel tal-karozzi kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn l-1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?
Response (VELLA, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa għall-provvista ta' fuel tal-karozzi tal-Ministru u s-Segretarjat Privat għall-perjodu bejn l-1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet €8,438.43.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-provvista ta' fuel tal-karozzi kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn l-1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?
Response (VELLA, KARMENU)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li In-nefqa tal-Ministeru għall-provvista ta’ fuel tal-karozzi kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perjodu bejn l-1 ta’ Ġunju 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 kienet ta’ €8797.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-provvista ta' fuel tal-karozzi kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn l-1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa tal-Ministeru għall-provvista ta' fuel tal-karozzi tal-Ministru u s-Segretarjat Privat tagħha għall-perjodu 01 ta' Ġunju 2012 u t-08 ta' Marzu 2013 kienet ta' €4749.69c.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-provvista ta' fuel tal-karozzi kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn l-1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n-nefqa tal-Ministeru għall-provvista ta' fuel tal-karozzi tal-Ministru u segretarjat privat flimkien, għall-perijodu bejn l-1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013, laħħqet is-somma ta' €8,130 maqsuma kif ġej: €3,479 għall-ammont ta’ 2,524 litri fuel għall-karozza tal-Ministru u €4,651 għall-ammont ta’ 3,107 litri fuel għall-karozzi għal użu tas-Segretarjat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema se jkunu d-destinazzjonijiet li minnhom se jkunu qed jiġu ajruplani, kemm bi skeda kif ukoll chartered bejn l-1 ta' Ġunju u l-aħħar ta' Ottubru 2013? F'kull każ meta bdew joperaw/se jibdew joperaw fuq dawn ir-rotot il-linji tal-ajru rispettivi? Meta saru u ntemmu d-diskussjonijiet dwar id-destinazzjonijiet li minnhom se jibdew joperaw rotot ġodda matul dan il-perijodu?
Response (VELLA, KARMENU)
Qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, sadanittant nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rotott il-ġodda li se jibdew dan is-sajf ġew diskussi fil-ġimgħat u x-xhur li għaddew.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux se jittieħdu xi passi partikulari li permezz tagħhom se jiġu reklamati siti storiċi ta' ċertu importanza, bħal Ta' Ħaġrat u r-Roman Baths fl-inħawi tal-Imġarr Malta?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat li t-tempji preistorici Ta’ Ħaġrat u Skorba fl-Imġarr huma inklużi f’kull riklamar li tagħmel Heritage Malta għas-siti u l-mużewijiet tagħha.
Ix-xoghlijiet fis-sit tal-Banjijiet Rumani, li huma iffinanzjati mill-fondi Ewropej tal-EAFRD, għadhom għaddejjin, u għalhekk huwa prematur sabiex wiehed jaghmel kampanja ta’ riklamar
Tajje b li wieħed jinnota li dawn iz-zewg siti jigu inkluzi fil-programm ta’ open days li torganizza Heritage Malta u f’okkazjonijiet oħrajn.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux se jkun hemm xi skemi partikulari li permezz tagħhom se jiġu inċentivati persuni li għandhom inizjattivi ta' agrituriżmu? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi skemi partikulari li minnhom jista' jgawdi min għandu inizjattivi bħal dawn?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent m’hemmx skemi speċifiċi.
Ninforma ukoll li fil-jiem li ġejjin se tkun qiegħda titniedi għall-konsultazzjoni pubblika politika dwar turiżmu rurali.
Jista' l-Ministru jikkonsidra l-possibilità li l-pjanti tar-Reġistru tal-Artijiet jibdew ikunu aċċessibli online għal dawk lil jkollhom bżonn jixtru minn dawn il-pjanti, bħalma huma aċċessibli l-pjanti tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-possibilità li l-pjanti jkunu aċċessibli online ġiet ikkunsidrata kemm-il darba fil-passat. Minħabba l-ħsieb li jiġi introdott l-Att Dwar ir-Reġistru Ċentrali u miegħu, sistema elettronika moderna sabiex dan l-Att ikun jista jiġi implimentat, ma nħassx li jkun prudenti u vijabbli finanzjarament li isiru modifiki maġġuri tas-sistema kompjuterizzata li preżentament tintuża fir-Reġistru tal-Artijiet. Madanakollu xejn ma jżomm l-amministrazzjoni preżenti milli tikkunsidra jekk hux il-każ li l-pjanti jkunu aċċessibbli online qabel ma tinbidel is-sistema komputerizzata eżistenti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif se jiġi assigurat li matul ix-xhur tas-sajf meta l-popolazzjoni residenti fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, hu maħsub li taqbeż is-60,000 ruħ, ikun hemm biżżejjed preżenza tal-Pulizija biex tieħu ħsieb il-ħteġijiet tal-lokalità?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal ma sar fis-snin ta’ qabel, anke’ matul ix-xhur tas-sajf li ġej, il-Pulizija se ssaħħaħ il-preżenza tagħha f’lokalitajiet turistiċi u ta’ villeġġatura, fosthom l-inħawi ta’ Buġibba, l-Qawra u San Pawl il-Baħar, billi torganizza ronda kemm permezz ta’ muturi tat-traffiku, kif ukoll permezz ta’ pulizija fuq il-bicycle flimkien ma’ dawk tal-klieb u kavallerija.
Għaqdiet mhux governattivi — eżenzjonijiet ministerjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru eżenzjonijiet ministerjali, sena b'sena lil għaqdiet mhux governattivi u organizzazzjonijiet volontarji li mhumiex reġistrati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-organizzazzjonijiet volontarji minn kemm ilu mwaqqaf dan l-uffiċċju?
Response (DALLI, HELENA)
In-Numru ta' eżenzjonijiet ministerjali, sena b'sena lil għaqdiet mhux governattivi u organizzazzjonijiet volontarji li mhumiex reġistrati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-organizzazzjonijiet volontarji minn kemm ilu mwaqqaf dan l-uffiċċju kienu hekk:
Sena 2009 = 1
Sena 2010 = 10
Sena 2011 = 16
Sena 2012 = 46
Sena 2013 = 9