Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pont ta’ Wied tal-Isperanza — Gallarija

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir gallerija mal-pont tal-Wied tal-Isperanza sabiex in-nies jużawha minflok jgħaddu minn fuq il-pont?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal-liema pont qed jirreferi billi hemm iktar minn wieħed.

Tribunal tal-Konsumatur – sottomissjonijiet b’mod elettroniku

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'qed iżomm milli tiġi introdotta l-faċilità li każ quddiem it-Tribunal tal-Konsumatur jiġi sottomess b'mod elettroniku, fejn kemm it-talba kif ukoll ir-risposta jkunu jistgħu jsiru b’mod elettroniku?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li dan huwa proċess u qegħdin isiru l-konsultazzjonijiet neċessarji għall-implementazzjoni ta’ din il-facilità.

Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur – andament tal-każ

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'qed iżomm milli l-Gvern jintroduċi sistema fejn wieħed jista' jsegwi l-andament tal-każ tiegħu quddiem it-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur b' mod elettroniku fuq website dedikata għal dan l-iskop, bħalma hemm diġà l-faċilità quddiem il-Qrati Ordinarji u fora oħra aġġudikattivi?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li dan huwa proċess u qegħdin isiru l-konsultazzjonijiet neċessarji għall-implementazzjoni ta’ din il-facilità.
Leg 12 PQ #29086 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ir-Rabat Għawdex – skola primarja – bini minflok playing field

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hu li ħa d-deċiżjoni li l-Iskola Primarja l-ġdida tar-Rabat Għawdex tinbena minflok parti mill-playing field li hemm fiċ-Ċentru tar-Rabat jew inkella kenux uffiċjali tal-Foundation for Tomorrow Schools (FTS) li waslu għal din id-deċiżjoni? Jista' jgħid jekk kienx hu li ħa din id-deċiżjoni u min tah il-parir biex wasal għal din id-deċiżjoni? Jekk kienet l-FTS li ħadet din id-deċiżjoni, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħa tal-Bord tal-FTS ta’ fejn u meta ttieħdet din id-deċiżjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni li l-iskola primarja l-ġdida fir-Rabat Għawdex tinbena fuq is-sit identifikat kienet deċiżjoni eżekuttiva wara konsultazzjoni pubblika u wara diskussjonijiet mal-partijiet kkonċernati u wara li ġew esplorati siti alternattivi differenti li ma setgħux jiġu aċċettati għal raġunijiet differenti, fosthom li huma żgħar wisq jew barra z-zona ta' żvilupp.

Toroq f’Għawdex – kofinanzjament ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea Programming Period 2014-2020

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq f'Għawdex li jistgħu jsiru b' kofinanzjament ta' Fondi tal-Unjoni Ewropea fil-Programming Period 2014-2020? Jista' jgħid minn dawn, kemm diġà tlestew taħt dan il-programming period? Dawk li għadhom ma sarux, meta hu maħsub li jsiru?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu 2014-2020, it-toroq tat-TEN-T li ġew priorizzati li jsiru matul dan il-perjodu jinkludu l-proġett tal-Kappara u l-junction tal-Marsa. In-National Transport Master Plan li ġiet ippublikata dan l-aħħar tipprovdi iktar dettalji dwar il-programm ta’ proġetti bħala parti mit-TEN-T li mistennija jsiru matul dan il-perjodu.

Kumitat Reġjonali għal Għawdex tal-MCESD — proposti

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28674, tista’ l-Ministru tgħid, mill-proposti li ġew imressqa mill-Kumitat Reġjonali għal Għawdex tal-MCESD għal-Baġit 2017, kemm minnhom ġew inkorporati fil-baġit u kemm minnhom tħallew barra?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #29103 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet – nefqa totali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' kienet in-nefqa totali (għal kull sptar individwali ) għall-ħaddiema kollha f'kull wieħed minn dawn l-isptarijiet għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016: a. Sptar Mater Dei; b. Sptar Karen Grech; u c. l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja fis-sena tan-nefqa totali għall-ħaddiema bejn l-2013 u l-2015 fl-isptarijiet imsemmija minnu kienet ta’ €166,636,683.42.

Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur – żieda fit-tariffi fit-trasport għat-tfal tal-iskola

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28915, tista’ l-Ministru tikkjarifika għal liema kwistjoni qed tirreferi meta wieġbet li waħda mill-kwistjonijiet “tirreferi għal żieda fit-tariffi tas-servizz u t-tariffi fis-suq li huwa liberalizzat”?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-frażi "Dwar is-suq liberalizzat" fir-risposta kienet qed tirreferi għal parti tad-domanda li kienet fuq il-vannijet tal-iskola.

MCCAA – żieda fit-tariffi għat-trasport għat-tfal tal-iskola

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28887, tista’ l-Ministru tgħid kemm saru, jew qed isiru, investigazzjonijiet mill-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur taħt id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li d-dispożizzjonijiet imsemmija huma ix-xogħol regolari ta’ kuljum li jsegwi l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur. Dan meta l-Uffiċċju jkun qed jittratta lmenti, mistoqsijiet ġenerali fuq prattiċi fis-suq kemm minn konsumaturi kif ukoll minn kummerċjanti, waqt spezzjonijiet fis-suq kemm fil-ħwienet u anke onlajn, kif ukoll waqt programmi ta’ informazzjoni fil-midja in ġenerali. L-għan tal-Uffiċċju hu li jinstab rimedju jew ftehim amikevoli mingħajr il-ħtieġa li jinbdew proċeduri amministrattivi jew kriminali, fin-nuqqas ta’ dan jiġu segwiti l-proċeduri relevanti skont il-leġislazzjoni miksura.

Awtorità għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur – rapport annwali

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 28526 u ċjoè: B’referenza għall-paġna 9 tar-Rapport Annwali tas-sena 2015 tal-Awtorità għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur b’mod partikolari għas-sezzjoni ntitolata Main Operations, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-deċiżjonijiet, anke f’format mhux kunfidenzjali, tal-wieħed u erbgħin każ li ġew riżolti?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, d-deċiżjonjiet li ttieħdu mill-Uffiċċju fis-sena 2015 taħt regolament 17 tar-Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Konċentrazzjonijiet [7] u l-artikolu 14(3) taħt l-Att dwar il-Kompetizzjoni [1]. Infurmata li fuq il-bqija tal-każijiet, l-Uffiċċju ma ħax deċiżjoni skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni u għalhekk mhumiex suġġetti għal-pubblikazzjoni.

Uffiċċju tal-Kompetizzjoni – laqgħat ma’ intraprendituri żgħar u medji – spjegazzjoni tal-provvediment tal-Att dwar il-Kompetizzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, minn Marzu 2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il laqgħa għamel l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ma’ intraprendituri żgħar u medji sabiex jiġi spjegat lilhom il-provvedimenti tal-Att dwar il-Kompetizzjoni? Jekk dawn saru, tista’ tgħid meta dawn saru u ma’ liema setturi tan-negozju dawn saru?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Uffiċċju għamel numru ta’ laqgħat ma’ intraprendituri żgħar u medji iżda statistika dwar in-numru ta’ laqgħat m’hemmx.

Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur – FA Premier League – każ ta’ Delayed Screening of Premier League matches

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur kiteb lil FA Premier League rigward il-każ tad-Delayed Screening of Premier League Matches? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din il-korrispondenza?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li waqt diskussjonijiet li kienu qegħdin isiru fil-bidu ta’ Awissu 2016 l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur talab lill-operatur ikkonċernat sabiex jgħaddi lill-istess Uffiċċju dikjarazzjoni uffiċjali mingħand il-Premier League li tikkonferma illi t-tibdil tal-prodott offrut mill-operatur ikkonċernat huwa riżultat ta’ tibdil fid-drittijiet tal-operaturi kollha fiż- Żona Ekonomika Ewropea fir-rigward tax-xandir tal-logħob tal-Premier League. L-informazzjoni dwar l-imsemmija dikjarazzjoni waslet mill-Football Association Premier League Limited fis-17 ta’ Awissu, 2016. Peress li f’din il-korrispondenza l-FA Premier League talbu li tinzamm kunfidenzjali, din l-informazzjoni ma tistax titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #29202 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex – Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex għas-snin 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #29203 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Mater Dei għas-snin 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13242.
Leg 12 PQ #29204 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentru tal-Onkoloġija – Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts taċ-Ċentru tal-Onkoloġija għas-snin 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25740.
Leg 12 PQ #29205 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli – Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Monte Carmeli għas-snin 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10500.
Leg 12 PQ #29206 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Sir Paul Boffa – Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Sir Paul Boffa għas-snin 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25740.