Legislature:
Category:
Reset
Active:

Q fever

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'miżuri qed jieħu l-Ministeru biex jassigura li l-marda 'Q fever' li jidher li ġiet misjuba fuq xi annimali ma tinfirixx iktar milli sar s'issa? Kemm kien in-numru ta' annimali li jidher li huma infettati? Jista' jagħti tagħrif dwar kif se jiġi assigurat li l-marda ma tkomplix tinfirex, u kif se jiġi evitat kuntatt ta' annimali minn farms differenti?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-miżuri li ġew adottati s’issa u għal futur immedjat, kienu kollha msemmija fl-iStqarija lill-iStampa. Sabiex titwaqqaf il-firxa tal-marda Q Fever bejn l-irziezet, twaqqaf immedjatament il-moviment ta’ nagħaġ, mogħoż u baqar kif ukoll wirjiet u esibizzjonijiet ta’ dawn l-annimali għas-sitt xhur li ġejjin. Dan il-perjodu ser jintuża biex isiru testijiet ta’ l-irziezet kollha li għandhom nagħaġ, mogħoż u baqar biex ikun jista’ jsir analiżi ta’ liema kellhom din il-marda u ta’ dawk li qatt ma kellhom. Meta din l-informazzjoni kollha tkun miġbura, tkun tista tittieħed deċiżżjoni fuq pjanijiet għall-futur. Ninsab infurmat ukol li n-numru ta’ annimali li wrew sintomi kienu biss disgħa u fil-preżent m’hemm l-ebda annimal ieħor li qiegħed juri sintomi tal-marda.
Leg 12 PQ #1307 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Q fever

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif se jiġi assigurat li r-riskju li jista' jkun hemm infezzjoni ta' persuni mill-marda 'Q Fever' jiġi mnaqqas? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu kbir ir-riskju ta' tali tifrix tal-marda fost il-bnedmin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-marda tal-Q fever li hija ikkaġunata minn mikrobu li jaffetwa annimali bħal nagħaġ, mogħo¿, bovini u annimali oħra. Din il-marda tittieħed min-nies li jaħdmu jew għandhom kuntatt ma annimali bħal produtturi, raħħala, veterinarji, u dawk li jaħdmu l-biċċerija. Meta jkun hemm konferma tal-mard fl-annimali, dawn in-nies jiġu ittestjati skond ir-riskju li jkollhom. Peress li il-marda ma tittieħedx minn persuna għall-oħra, ma hemmx riskju li din tinfirex fost il-bnedmin
Leg 12 PQ #1308 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Tas -Sliema — skema ta' parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kienu r-reazzjonijiet tal-pubbliku għal dak li jikkonċerna l-iskema ta' parkeġġ għar-residenti f'Tas-Sliema? X'wassal għas-sospensjoni tal-istess skema, u min iddeċieda li l-iskema tiġi mwaqqfa?

Response (VELLA, KARMENU)

L-Onorevoli Interpellant jifhem li r-reazjoni tal-pubbliku hija waħda negattiva għajr għar-residenti tal-lokal. Għaldaqstant fid-dawl ta’ kif iddaħlet l-iskema, is-sigurta’ tat-tfal tal-iskola u l-ammont kbir ta’ parkeġġi meħuda, bi kważi nofs, din l-iskema ġiet sospiża fuq deċiżjoni tal-kabinett.

parking areas

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-inħawi li fihom hu mistenni li jkun hemm parking areas ġodda? Kif se jiġu operati dawn l-areas u minn min?

Response (MIZZI, JOE)

Bhala part mill-ħidma tal-Gvern biex jiffaċilita t-trasport, jghin lir-residenti u l-komunita’ kummerċjali f’ diversi nħawi f’ Malta u Ghawdex, beda xogħol dwar pjan komprensiv dwar il-parkeġġ f’żoni differenti tal-pajjiż
Leg 12 PQ #1330 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet Privati — Servizz ta' emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn il-kuntratt tal-Isptar St James għall-weekend emergency treatment għall-pazjenti priority 3 twaqqaf? X’sewa dan il-kuntratt? L-ispiża involuta tħallset?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ninsab infurmat li f’Mejju ta’ 2012, daħħal fis-seħħ dan il-kuntratt tal-Isptar St.James dwar il weekend emergency treatment għall-pazjenti priority 3, bl-għan prinċipali ta’ dan il-kuntratt ikun li jitnaqqas id-dewmien fl-emerġenza ta’ l-Isptar Mater Dei. Mir-riżultat ta’dan il-moniteraġġ ħareġ li dan il-għan ma ntlaħaqx u għaldaqstant il-ftehim li skada fit-3 ta’Mejju 2013 ma ġiex imġedded. L-ispi¿a globali għall-dan il-kuntratt hi ta’€420,140. Minn din is-somma għad baqa x’jitħallsu €101,740.
Leg 12 PQ #1331 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Public Private Partnership — ħlas għal arthroscopy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien li ħa l-kuntratti fil-Public Private Partnership (PPP) għal arthroscopy – knee repair u x’inhu l-ħlas pendenti li għad irid jitħallas?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li St Anne’s Clinic u St James Żabbar kienu li ħadu l-kuntratti fil-Public Private Partnership (PPP) għal arthroscopy – knee repair. Sa Frar 2013 saru pagamenti ta’ €230,139 li kienu jikkonsistu f’pagament ta’ €122,500 lil St James Hospital u €107,639 lil St Anne Hospital. Ma dawn il-Ministeru għas-Saħħa għad irid jirċevi kontijiet għax-xahar ta’ Marżu u April 2013 li jammontaw għal total ta’ €80,500.
Leg 12 PQ #1332 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Public Private Partnership Livelife — rijabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn twaqqaf il-kuntratt ta’ Public Private Partnership (PPP) għal rijabilitazzjoni mal-Livelife? X’sewa dan il-kuntratt u tħallset l-ispiża?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan kien proġett pilota. Ir-raġuni ewlenija hija li l-ispiża finanzjarja ta’ dan il-proġett ma kinetx ġiet allokata speċifikament fil-budget. L-ispiża għall-Frar u Marzu 2013 laħqet is-somma ta’ €126,000 u ġiet imħallsa kollha, imma jonqos il-kont u l-ħlas ta’ April.
Leg 12 PQ #1333 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

proġett ta' Cutrico House

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża tal-proġett ta’ Cutrico House? Meta ttieħdet id-deċiżjoni għal dan il-proġett? Kemm ħarġu tenders biex sar ir-refurbishment? Liema huma t-tenders li twaqqfu? Setgħet ġiet evitata li ssir kirja?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li Cutrico house inkriet minn għand Continental Business Centre għal perjodu ta’ tlett snin wara sejħa għall-offerti. Dan sar wara li saru diversi tentattivi biex jisab bini adegwat li sata jakkomoda l-ufficini tad-direttorat ghas-saħħa ambjentali fl-iqsar ¿mien possibbli. Il-kirja bidet f’Awwissu tal-2012. Kwalukwe xogħol li sar fil-post sar a spejjeż tas-sid ħlief spejjeż relatati mas-sistema tat-telephone u tal kompjuters li huma stmati li se jiswew madwar €21,700. Kien hemm żewġ tenders pendenti, waħda għall-għamara ta valur ta’ €95,000 li kienet diġa mogħtija u allura ma setgħetx titwaqqaf u waħda għall-partitions ta’ valur ta’ €42.300 liema tender twaqqfet. Twaqqfu ukoll żewġ tenders żgħar ta’ valur ta madwar €2,500 ghas-siġġijiet u purtieri. B’investimet moderat f’xi binja tal gvern, seta’ ġie evitat li issir kirja. Il-valur tal-kirja huwa ta’ €126,474 fis-sena
Leg 12 PQ #1334 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — xiri ta' software

Question

Jista’ l-Ministru jagħti statistika ta’ kemm sewa kull software fid-Dipartiment tas-Saħħa, mingħand liema kumpaniji nxtara u kemm tħallas f’manutenzjoni għalih għal dawn l-aħħar sitt snin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1335 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

spiżeriji tal-gvern — mediċina skaduta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni ta’ kemm kien hemm mediċina li skadiet f’kull spiżerija tal-Gvern f'dawn l-aħħar tliet snin u kemm kienet tiswa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1352 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — użu ta' billboards għar-reklami

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 612, jista' l-Prim Ministru jagħti lista kompluta tal-azzjonijiet li ttieħdu fuq il-billboards kollha li mhux koperti bil-permess jew bl-eżenzjonijiet legali, bil-lista tindika f’liema post kienet kull billboard u min kien oriġinarjament poġġiha f’dak is-sit?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn wara l-Elezzjoni Ġeneral s'issa (9 ta' Marzu 2013), l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet 17-il Enforcement Noticekontra billboards bla permess. Il-proċess għadu għaddej. Minn dawn is-sbatax-il billboard , s'issa, tnejn (2) minnhom tneħħew minn sidhom stess. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji ta' kull billboard koperta b' Enforcement Notice , is-sid, l-okkupant (cioe` l- advertiser ), u sid l-art, hekk kif imħarrkin f'kull Enforcement Notice , kif ukoll il-lokalita` ta' kull billboard. Il-każijiet il-magħluqa fejn il-billboards diġa` tneħħew, huma ECF 72/13 u ECF 77/13.

power station ġdida — pjanijiet

Question

Ġaladarba l-proġett ta’ power station ġdida li bilfors trid tinbena biex jista' jsir Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement, imkien ma jissemma fil-Pjan Nazzjonali tal-Enerġija, jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda l-proċess biex dan il-pjan jiġi rivedut?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninfroma lill-Onorevoli Interpellant illi l-amministrazzjoni preċedenti damet żmien twil biex toħroġ bi pjan. Fil-fatt ħarġitu biss qabel l-elezzjoni. Il-Gvern huwa kommess li jkompli bil-pjanijiet tiegħu.

Water Saving Kits — sejħa pubblika

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 754, jista' l-Ministru jispjega għaliex hemm ħtieġa li titfassal national water policy biex sempliċiment jitqassmu dawn il-water saving kits?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninfroma lill-Onorevoli Interpellant li n-National Water Policy huwa pjan ħolistiku li jħares lejn l-elementi kollha dwar il-konservazzjoni tal-ilma.

National Water Policy

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 754, jista' l-Ministru jgħid jekk hux konxju li anqas minn sena ilu kienet diġà ġiet varata national water policy?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-policy li kienet varata ma tindirizzax biżżejjed il-ħtiġijiet ta' pajjiżna f'dan il-qasam.

Water Policy — perijodu ta' konsultazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-input li ta l-Partit Laburista fil-perijodu ta’ konsultazzjoni pubblika fuq il-water policy li kienet iffinalizzata f’Ġunju tal-2012?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jistaqsi dwar il-Gvern.

sistemi fotovoltajċi — Feed in Tariff

Question

Ġaladarba l-Gvern preżenti kkonferma l-iskema għal għotja fuq xiri ta’ sistemi fotovoltajċi għall-familji Maltin u Għawdxin u kkonferma wkoll li din l-iskema se tingħata feed in tariff ta’ 22ċ għal kull unit iġġenerat għall-ewwel sitt snin, jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rata tal-feed in tariff tibqax l-istess u tibqax garantita għal sitt snin kemm-il darba l-Gvern preżenti jirnexxilu jwettaq il-wegħda tiegħu li jraħħas id-dawl bi 25%?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rata tal-feed in tariff se tibqa' l-istess għal sitt snin.

childcare centres

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ tfal taħt it-tliet snin li jmorru f’childcare centres? X’inhu l-persentaġġ ta’ dawn fost it-tfal kollha ta’ taħt it-tliet snin? Kemm minn dawn it-tfal imorru f’childcare centres li huma privati u kemm minnhom imorru f’childcare centres immexxija minn private/public partnership, mill-Gvern jew mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif dwar iċ-childcare centres mmexxija mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi u dawk immexxija permezz ta' public/private partnership qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward partijiet oħra tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizzahom lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.

childcare centres — servizz b'xejn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ tfal ta’ taħt it-tliet snin li jieħdu servizz b’xejn ta’ childcare centre? X’persentaġġ hu dan mit-total ta’ tfal li jmorru f’childcare centres immexxija minn private/public partnership, mill-Gvern jew mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li sal-aħħar ta' April 2013, in-numru ta' tfal li jattendu iċ-childcare centres immexxija mill-Fondazzjoni ghas-Servizzi Edukattivi li ma jħallsu xejn għas-servizz kien ta' 202. Dawn huma 39.92% mit-total tat-tfal li jattendu (506). Fiċ-ċentri li jitmexxew permezz ta' public private partnership hemm tifla waħda li tieħu s-servizz mingħajr ħlas.

childcare centres — waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ tfal li qegħdin fil-waiting list sabiex il-ġenituri tagħhom idaħħluhom f’childcare centres b’xejn immexxija minn public private partnership, mill-Gvern jew mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi? X’inhi l-età ta’ dawk it-tfal li qegħdin fil-waiting list?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Childcare Centre — applikazzjonijet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta mistennija jibdew jintlaqgħu l-applikazzjonijiet mill-ġenituri sabiex jiktbu lit-tfal tagħhom fiċ-childcare care centre li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi qeda fil-proċess li timpjega Childcare Assistants u Childcare Centre Coordinator għas-Sardinell Childcare Centre ġewwa San Ġwann. Il-Fondazzjoni ma tiftaħx jew tagħlaq applikazzjonijiet għas-servizz ta' childcare. Fil-preżent il-Fondazzjoni għandha 34 applikazzjoni mingħand ġenituri sabiex jiktbu lit-tfal tagħhom f'dan iċ- Childcare Centre.