Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #691 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini Out of Stock — Lactulose

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-mediċina Lactulose hix out of stock mill-Ispiżerija ta' Raħal Ġdid? X'inhi r-raġuni għal dan in-nuqqas? Meta se terġa tkun disponibbli?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpallant li ninsab infurmat li l-mediċina ‘lactulose’ tinsab disponnibli fl-isptarijiet kif ukoll fl-ispiżeriji tal-għażla tiegħek.
Leg 12 PQ #692 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — impjegati fis-Segretarjat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 285, jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li fis-segretarjat tiegħu hemm nies li ġew ingaġġati bil-kuntratt u oħrajn le? Tali sitwazzjoni hija skont il-policy tal-ingaġġ ta' impjegati fis-segretarjati hekk kif imfassla mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 7 tal-15 ta' April 2013? Intalbet approvazzjoni mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex isir dan? Jekk iva, l-approvazzjoni ġiet mogħtija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforna lill-Onorevoli interpellant li l-persuni li m’għandhomx kuntratt huma persuni li ilhom għal ħafna snin impjegati mal-istess Ministeru għas-saħħa. F’dan ir-rigward ma kienx hemm il-ħtieġa li jsir xi transfer u lanqas ħtieġa li tintalab approvazzjoni.
Leg 12 PQ #693 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħa fi Franza — Delegazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni kollha fid-delegazzjoni li hu mexxa fi Franza mit-23 ta' April 'l quddiem? Kemm hi l-ispiża relatata ma' din is-safra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 857

Skejjel — manutenzjoni

Question

B'referenza għad-dikjarazzjonijiet pubbliċi mill-Ministru fil-media li kważi l-iskejjel kollha jeħtieġu manutenzjoni u wara rapporti f'sezzjoni tal-media li setgħu taw l-impressjoni li kull skola għandha bżonn manutenzjoni estensiva; u konxji mill-fatt li fl-aħħar snin inbnew seba' skejjel ġodda fjamanti filwaqt li sar manutenzjoni fuq 32 skola oħra, jista' l-Ministru jelenka liema huma l-iskejjel li jeħtieġu manutenzjoni sempliċi li tista' tinkludi manutenzjoni fuq skola ġdida li nkisritilha tieqa, pum ta' bieb jew affarijiet żgħar oħra u liema fil-fatt jeħtieġu manutenzjoni estensiva?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel — manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema entità se tkun qed tmexxi il-programm ta' manutenzjoni fl-iskejjel imħabbra mill-Gvern?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Id-Direttorat ghal Servizzi Edukattivi lest li jkompli bix-xogħlijiet ippjanati ta' manutenzjoni li hemm bżonn f'kull skola.

passaporti ġodda u mġedda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu kkonsinjati passaporti ġodda u passaporti mġedda bejn l-2001 u l-2010 liċ-ċittadini Maltin minn rappreżentanzi diplomatici jew konsolari Maltin barra minn Malta, sena b'sena u pajjiż b'pajjiż?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Reġistru Pubbliku — reġistrar ta' twelid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu rreġistrati twelid mar-Reġistru Pubbliku ta' Malta ta' persuni li kienu twieldu barra minn Malta u f'liema pajjiż kienu twieldu, sena b'sena bejn l-2001 u l-2010?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

applikazzjonijiet għal ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet, pajjiż b'pajjiż bejn l-2007 u l-2010, ma' rappreżentanzi diplomatiċi jew konsolari Maltin barra minn Malta biex persuni jsiru ċittadini Maltin abbażi ta' dixxendenza? Kemm intlaqgħu s'issa minn dawn l-applikazzjonijiet?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

energy benefit vouchers — irtirar ta' tender

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk talbitx li jiġi rtirat it-tender għall-ippakkjar u l-konsenja ta’ 150,000 pressure seal mailer forma għall-energy benefit vouchers ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern fl-istess ġurnata li l-Gvern ħabbar fil-Parlament li se titneħħa s-sistema tal-vouchers tal-energy benefit?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li bdew id-diskussjonijiet sabiex jibda jinħareġ il-benefiċċju tal-Enerġija mingħajr il-ħtieġa li jinħareġ vawċer, f’dan l-istadju għadu ma ġiex deċiż jekk jitkompliex il-proċess tal-evelwazzjoni tat-Tender għall-konsenja ta’ €150,000 “pressure seal mailer forms” li jintużaw biex jintbgħatu l-vawċers qabel ikun iffinalizzat il-pjan u jkun stabbilit sa meta se tinbidel is-sistema. Madanakollu se jkun żgurat li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali jkollu konsenja adegwata ta’ vawċers kif ikun meħtieġ.
Leg 12 PQ #1027 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur – Triq li twassal sar-Ramla l-Ħamra — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jibda x-xogħol fuq it-tieni parti tat-triq li min-Nadur twassal sal-bajja tar-Ramla l-Ħamra wara li ftit aktar minn sena ilu tlesta x-xogħol fuq l-ewwel parti ta' din it-triq?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li t-tenders għal dan ix-xogħol għad iridu jiġu ppreparati biex dan isir meta ikun possibli.
Leg 12 PQ #1028 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — nollijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li m'hemm l-ebda ħsieb li jiżdied in-noll tal-passiġġieri u vetturi li jużaw il-vapuri tal-Gozo Channel?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat illi n-nollijiet tal-passigieri u vetturi li juzaw is-servizz tal-Gozo Channel huma stabiliti permess ta' Avviż Legali 314 ta' 2004 u l-Public Service Obligtion Contract' li jirregola l-mod ta' kif il-Gozo Channel toffri s-servizzi bejn iż-żewġ gżejjer.

Fondi tal-Unjoni Ewropea – Għjnuna lill-Kunsilli Lokali u NGOs mill-MEUSAC

Question

Tista' l-Ministru tagħti elenku sena b'sena għal dawn l-aħħar erba' snin tal-kunsill lokali u għaqdiet non governattivi (NGOs) li ġew megħjuna mill-MEUSAC biex jakkwistaw fondi tal-Unjoni Ewropea għal proġetti u inizjattivi? Kemm kienu l-ammonti li ngħataw f'kull każ?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella tal-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant

Tribunal għat-Talbiet iż-Żgħar — każijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal għat-Talbiet iż-Żgħar fl-aħħar ta' kull sena mis-sena 2005 sal-lum? Jista' jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem l-istess tribunal fl-aħħar ta' April 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li kawżi pendenti quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar sena b’sena mill-2005 huwa s-segwenti:

Qorti tal-Maġistrati — Ġurisdizzjoni Ċivili - każijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Ġurisdizzjoni Ċivili) fl-aħħar ta' kull sena mis-sena 2005 sal-lum? Jista' jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem l-istess Qorti fl-aħħar ta' April 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Il-każijiet pendenti quddiem il-Qorti tal-Maġistrati - Ġurisdizzjoni Ċivili għas-snin indikati fil-mistoqsija kienu dawn: Sena 2005 2006 2007 2008 2009 2010 2011 2012 2013* Numru ta’ Każi 1273 1120 1110 1126 1150 1219 1132 1067 1015 *sal-aħħar ta’ April 2013 Rigward il-Qorti tal-Maġistrati Għawdex, peress li din għanda funzjoni doppja kemm Superjuri kif ukol Inferjuri, l-informazzjoni mitluba tinqasam hekk:- Kawżi pendenti fl-aħħar ta’ kull sena mis-sena 2005 sal-aħħar ta’ April 2013, fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Superjuri, Sezzjoni Ġenerali. Dawn il-kawżi jinkludu ċitazzjonijiet u/jew rikorsi ġuramentati biss:- Sal-aħħar tas-sena Kawżi pendenti (esklużi dawk sine die ) 2005 956 2006 943 2007 809 2008 679 2009 611 2010 528 2011 492 2012 476 30/04/2013 446 Kawżi pendenti fl-aħħar ta’ kull sena mis sena 2005 sal-aħħar ta’ April 2013, fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), Superjuri, Sezzjoni Familja. Dawn il-kawżi jinkludu ċitazzjoinijiet u/jew rikorsi ġuramentati biss:- Sal-aħħar tas-sena Kawżi pendenti (esklużi dawk sine die ) 2005 42 2006 49 2007 52 2008 60 2009 65 2010 51 2011 44 2012 41 30/04/2013 41 Kawżi pendenti fl-aħħar ta’ kull sena mis-sena 2005 sal-aħħar ta’ April 2013 fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), Inferjuri Ċivili:- Sal-aħħar tas-sena Kawżi pendenti (esklużi dawk sine die ) 2005 185 2006 151 2007 110 2008 94 2009 93 2010 77 2011 70 2012 51 30/04/2013 49

Qorti f'Għawdex — abbozz ta' liġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-abbozz ta' liġi li jirrigwarda l-Qorti f'Għawdex li kien ġie mħejji minn kumitat ta' dan il-Parlament wara mozzjoni approvata b' mod unanimu minn din il-Kamra hux se jitressaq għad-diskussjoni jew inkella hux se jitressaq xi abbozz ieħor li jittratta l-qrati f'Għawdex? Jekk mhux se jiġi adottat l-abbozz mħejji mill-kumitat ta' din il-Kamra x'inhi r-raġuni?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern waqqaf Kummissjoni għal Riforma Ħolsitika fil-Qasam tal-Ġustizzja (www.krhg.gov.mt) illi skont it-terminu ta’ referenza “J” għandha tifformula liġi dwar riforma fil-Qorti f’Għawdex. Jiena informat illi l-Kummissjoni studjat ix-xogħol tajjeb ħafna li sar diġà mill-Kumitat Parlamentari għall-Kodifikazzjoni tal-Liġijiet li kien ippresedut mill-Onor. Franco Debono u effettivament taqbel mal-abbozz hekk imħejji. Il-Gvern beħsiebu għalhekk jieħu jimxi fuq il-mudell li kien imħejji diġà mill-Kumitat Parlamentari għall-Kodifikazzjoni tal-Liġijiet.
Leg 12 PQ #1118 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli — Minorenni bi problemi mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal taħt it-18-il sena li ddaħlu l-Isptar Monte Karmeli jsofru minn problemi mentali kkawżati minn xi tip ta' abbuż?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1119 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Suwiċidji – Minorenni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal taħt it-18-il sena li l-mewt tagħhom kienet kawża ta' suwiċidju fl-aħħar għaxar snin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ninsab infurmat li skont ir-Reġistru Nazzjonali ta’ l-Imwiet, in-numru ta’ każijiet ta’ mwiet f’residenti Maltin f’dawk taħt l-età ta’ 18-il sena meqjusa bħala r-riżultat ta’ suwiċidju kienu ta’ tlieta: tnejn fl-2004 u wieħed fl-2010.

Aġenzija Appoġġ — Minorenni rraportati minn awtoritajiet edukattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal taħt it-18-il sena li ġew riferuti lill-Aġenzija Appoġġ mill-awtoritajiet edukattivi fuq suspett ta' xi tip ta' abbuż?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fis-sena skolastika 2012/2013 kien hemm 193 każ riferut lill-Aġenzija Appoġġ mill-awtoritajiet edukattivi ta' tfal taħt it-18-il sena fuq suspett ta' xi tip ta' abbuż.

Kulleġġi — korsijiet ta' parenting skills

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kulleġġi li f'dawn l-aħħar ħames snin, organizzaw korsijiet dwar parenting skills għall-ġenituri tat-tfal li jattendu f'xi skola fi ħdan l-istess kulleġġi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.