Legislature:
Category:
Reset
Active:

kontijiet tad-dawl u l-ilma pendenti — residenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li kellhom kontijiet domestiċi li s-servizz tal-provvista tad-dawl u l-ilma tagħhom kien sospiż min-naħa tal-ARMS Ltd minħabba kontijiet pendenti bejn Marzu 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid kemm kienu jammontaw il-kontijiet pendenti tar-residenzi li nqatgħatilhom il-provvista tal-elettriku u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab Infurmat illi ż-żewġ korporazzjonijiet issosspendew (293) mitejn u tlieta u disgħin kont domestiku (residential) għal valur ta' (€1,638,283.25) miljun, sitt mija u tmienja u tletin elf, mitejn u tlieta u tmenin euro u ħamsa u għoxrin ċenteżmu tal-ewro.

Proġett ta' Parlament Ġdid — nuqqasijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti iktar dettalji dwar dawk li fl-aħħar jiem sejjaħ bħala nuqqas ta’ ħsieb fl-ippjanar u l-bini tal-Parlament il-ġdid?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għad-diskors li l-Onor. Prim Ministru għamel nhar id-29 ta’ April 2013 fil-Parlament b’referenza għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 60.

Proġett tal-White Rocks

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-White Rocks?

Response (MIZZI, JOE)

Infurmat li l-Gvern preċedenti li vara l-Konsorzju li kellu jersaq 'l quddiem biex iwassal għal proposti konkreti għall-iżvilupp tal-White Rocks, abolixxa kull tip ta' ftehim possibbli billi stqarr ftit ġranet qabel l-Elezzjoni Generali li għaddiet li l-proġett kif imressaq ma kienx serju u fattibbli biżżejjed u għaldaqstant waqqaf kull kuntatt mal-istess Konsorzju . Il-Gvern il-ġdid se jħares lejn l-estensivita' tal-art li kienet identifikata għal żvilupp potenzjali u jara l-aħjar użu għaliha.

proġett ta' Bieb il-Belt, il-Parlament u t-Teatru Rjal — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq il-proġett ta' Bieb il-Belt, il-Parlament u t-Teatru Rjal u kemm tħallsu b'mod separat sal-lum? Minn fejn ġew iffinanzjati? Jista' jgħid f'liema stadju wasal kull wieħed minn dawn il-proġetti? Jista' jgħid jekk ix-xogħlijiet humiex on schedule?

Response (MIZZI, JOE)

Bieb il-Belt € 14,153,074 Il-Parlament € 34,608,283 Pjazza/Open-air Theatre € 10,611,234 Dawn ġew iffinanzjati minn Malita Investments Ltd Il-persentaġġi fuq it-tkomplija tal-proġett u d-dati tat-tkomplija tax-xoghlijiet huma kif ġej:- Pjazza/Open-air Theatre 73% Ġunju 2013 Bieb il-Belt 58% Novembru 2013 Il-Parlament 69% Novembru 2013

Il-Qrendi — resurfacing u bini ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ipprogrammat xogħol ta' resurfacing u bini mill-ġdid ta' toroq minn Transport Malta fil-Qrendi għal din is-sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-lokalità tal-Qrendi bħalissa qed isir bini mill-ġdid ta’ partijiet mis-service road ta’ Triq it-Tempesta. Din is-sena wkoll għadhom kif tlestew il-bini mill-ġdid ta’: 1. Parti minn Triq Dun Santu Agius 2. Triq Filippu Gutenberg 3. Parti minn Triq Girgor Mifsud 4. Triq Manwel Sciberras 5. Parti minn Triq il-Kartaġinizi 6. Triq Mons. Guzeppi De Piro 7. Triq Dun Nerik Mahoney

Ħal Kirkop — resurfacing u bini ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ipprogrammat xogħol ta' resurfacing u bini mill-ġdid ta' toroq minn Transport Malta f'Ħal Kirkop għal din is-sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-lokalità ta’ Ħal Kirkop, huwa pprogrammat li ssir Triq Nerik Xerri. Pjazza Żernieq tagħmel ukoll parti mill-programm tax-xogħlijiet u bħalissa qegħdin jitħejjew investigazzjonijiet preliminarji.

Ħal Safi -resurfacing u bini ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ipprogrammat xogħol ta' resurfacing u bini mill-ġdid ta' toroq minn Transport Malta f'Ħal Safi għal din is-sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-lokalita` ta’ Ħal Safi hemm Triq Nassaba fil-programm tax-xogħlijiet, li ghad hemm problema biex tinbeda minħabba raġunijiet ta' esproprjazzjoni.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — staff complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta hija kif ġejja: Isem u Kunjom Kariga Skala Ġejjin mis-settur Pubbliku/ Privat Abdilla Rodnick Ministry Co-Ordinator 7 Privat Arnaud Alison Secretariat Pool 13 Privat Attard Ramona Deputy Chief of Staff & Communications Officer 4 Privat Azzopardi Tony Secretariat Messenger 14 Privat Bugeja Lucienne Private Secretary 5 Privat Camilleri Joseph SecretariatOfficer 10 Privat Cutajar Clint Customer Care Officer 6 Privat Debono Christian Secretariat Officer 10 Privat Farrugia Emmanuel Ministry Co-ordinator 7 Privat Fenech Victor Secretariat Messenger 14 Privat Fiorentino Ryan Asst. Private Secretary 7 Privat Galea Joseph Personal Driver/Security 14 Privat Grech Antione Secretariat Officer 10 Privat Magro Paul Personal Driver/Security 14 Pubbliku Saguna Alan Secretariat Officer 10 Privat Scerri Silvio Chief of Staff 3 Privat Zammit Luana Secretariat Pool 13 Privat

Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja — staff complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tas-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija diġà ġiet imwieġba u nitolbok tirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 335.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — staff complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?

Response (VELLA, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 528.
Leg 12 PQ #552 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — staff complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?

Response (VELLA, KARMENU)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 528.
Leg 12 PQ #553 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali — staff complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tas-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?

Response (VELLA, KARMENU)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 528.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — staff complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nri. 328 u 725.
Leg 12 PQ #580 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

kunsilli lokali — laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali żammew il-laqgħa tal-lokalità tagħhom għal din is-sena? Liema kunsilli, għalkemm għadhom ma żammewx din il-laqgħa għandhom id-data tagħhom iffissata? X'suppost tkun l-aġenda ta' tali laqgħat għal-lokalità u kif tinfirex l-informazzjoni dwar tali laqgħat fost ir-residenti? F'liema ġurnali hemm l-avviżi dwar il-laqgħat fejn dawn il-laqgħat diġà nżammu?

Response (VELLA, KARMENU)

Waqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għat-tieni parti tal-Mistoqsija Parlamentari li tajt diġà, qed inpoġġi l-bqija tal-informazzjoni mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #647 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Emerġenza - numru ta' tobba

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li mill-11 ta' Marzu 2013, fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei fejn qabel din id-data kien ikun hemm 12-il tabib iservu lill-pazjenti, issa qed ikun hemm erbgħa biss? Huwa minnu li lit-tobba li jkunu qegħdin iservu fl-emerġenza ħarġulhom ordni li jridu jibdew jaraw lill-pazjenti tnejn tnejn fl-istess ħin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-ebda minn dawn l-allegazjonijiet ma hi korretta.
Leg 12 PQ #648 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Out Patients

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li mill-11 ta' Marzu 2013, inqatgħat il-prattika li lill-pazjenti li jkunu qegħdin jistennew fl-Out Patients tal-Isptar Mater Dei jingħataw tè jew kafè?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li dan mhux minnu, u l-pazjenti fl-Outpatuients għadhom jiġu servuti bit-te jew kafè.

Power station — xiri ta' fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intuża u nxtara fuel għall-power station għall-ewwel tliet xhur ta' din is-sena? Jista' jikkomparhom dawn mal-ewwel tliet xhur tas-sena 2011 u 2012?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninfroma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #688 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — transfers

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 91, fejn ġie indikat li ġew effetwati żewġ transfers biss (clerk u technical officer), jista' l-Ministru jivverifika għal darb'oħra din l-informazzjoni sabiex jiġi żgurat li l-Parlament mhux qed jiġi żgwidat, u dan peress li mir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 243, jirriżulta ċar li kien hemm tal-inqas transferiment ieħor fl-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onerevoli Interpellant li l-informazzjoni mogħtija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru 91 hija korretta. It-trasferiment li jissemma f’Mistoqsija Parlamentari Nru 243 huwa meqjus bħala deployment intern u li għalih ma jiġix ippubblikat document ta’ trasferiment kif isir meta impjegat jiċċaqlaq minn sptar jew entità għall-oħra.
Leg 12 PQ #689 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — persuna inkarigata mill-Volserv

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 243, jista' l-Ministru jgħid min hi l-persuna ġdida inkarigata mill-Volserv fl-Isptar Mater Dei u xi kwalifiki għandha sabiex intgħażlet għal dan ix-xogħol? Peress li ssemma li l-kriterji stabbiliti huma dawk ta' kapaċità, jista' jgħid x'kapaċitajiet għandha l-persuna magħżula, kif ġiet magħżula, u minn min? Jista' jikkonferma jekk ġietx esegwita it-transfer policy f'dan il-każ, u jekk le, għaliex? Ma jaħsibx li dan se joħloq preċedent?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li persuna magħżula ġiet magħżula skont l-esiġenzi tas-servizz fuq il-kapacitajiet tagħha ta kif tmur man-nies, l-attitudni lejn ħaddiema voluntiera u l-interess partikolari tagħha f’dan il-qasam. Ma kienx il-kaz li wieħed japplika transfer policy għax l-esiġenzi tas-servizz dan ma ppermettewhx. Dan ma għandux joħloq precedent għax b’mod regolari ikun hemm bżonn li ħaddiema jiċċaqalqu minn sezzjoni għall-oħra, specjalment meta din tigri fl-istess entità bħal ma ġara f’dan il-kaz.
Leg 12 PQ #690 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu każijiet ta' ilmenti għand il-customer care section tal-Isptar Mater Dei matul is-sena 2013, xahar b'xahar u kategorija b'kategorija? Kemm minnhom ġew solvuti u kemm baqa' pendenti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.